Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-pjani nazzjonali ta’ rkupru se jkunu inqas effettivi jekk ir-reġjuni u l-bliet jitħallew barra  

L-irkupru ekonomiku u soċjali, kif ukoll it-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, jistgħu jirnexxu biss jekk l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti direttament fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza.

Sħubija mill-qrib bejn il-livelli kollha ta’ governanza, l-imsieħba soċjali u l-NGOs hija ta’ importanza kbira biex jiġi żgurat li l-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza jikkorrisondu mal-ħtiġijiet territorjali u tiġi evitata d-duplikazzjoni ma’ politiki u fondi oħra tal-UE. Dawn huma l-messaġġi ewlenin li l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) bagħat lill-gvernijiet nazzjonali u lill-istituzzjonijiet tal-UE permezz ta’ Opinjoni mfassla minn Rob Jonkman, Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Opsterland, fin-Netherlands. Din l-Opinjoni ġiet adottata fil-Plenarja tal-KtR fl-1 ta’ Diċembru.

Il-membri tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni huma diżappuntati li, fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri , it-tħejjija tal-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza kienet prinċipalment proċess minn fuq għal isfel, u jesprimu t-tħassib tagħhom dwar in-nuqqas ta’ involviment tal-livell sottonazzjonali fil-fażijiet ta’ implimentazzjoni u evalwazzjoni. Dan l-approċċ jippreżenta r-riskju ta' ċentralizzazzjoni tal-investimenti pubbliċi importanti u ta' sottovalutazzjoni tad-differenzi territorjali, u b’hekk jiġi mminat l-impatt tal-pjani ta’ rkupru.

Għaldaqstant, l- Opinjoni ssostni li r-reġjuni li diġà kienu għadhom lura f’termini ta’ żvilupp qabel it-tifqigħa tal-pandemija jistgħu jesperjenzaw diskrepanza saħansitra akbar fl-iżvilupp, kemm f’termini ta’ impjiegi, appoġġ għan-negozju, diġitalizzazzjoni u anke f'oqsma ta’ politika ewlenin oħra. Barra minn hekk, l-involviment insuffiċjenti tar-reġjuni u l-muniċipalitajiet jippreżenta r-riskju ta’ investimenti li jikkoinċidu bejn il-fondi għall-irkupru u l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, u b’hekk tinħoloq kompetizzjoni bejniethom. Għaldaqstant, il-mexxejja lokali jqisu li huwa inkoraġġanti li l-Kummissjoni Ewropew dalwaqt se tippubblika online t-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Kif spjegat f’ittra mibgħuta mill-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni, Valdis Dombrovskis lill-President tal-KtR, Apostolos Tzitzikostas u lill-President tal-Kummissjoni għall-Politika Ekonomika tal-KtR, Michael Murphy, it-tabella l-ġdida ta’ valutazzjoni se tipprovdi informazzjoni dwar l-ipproċessar tat-talbiet għal pagament mill-Istati Membri, u fejn possibbli, tinkludi metodu ta’ monitoraġġ orjentat aktar lejn it-territorji.

Ir-relatur, Rob Jonkman  (NL/KRE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Opsterland, qal: “ Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija r-riżultat ta’ ftehim storiku bejn il-mexxejja tal-UE, u hija għodda ambizzjuża sabiex noħorġu aktar b’saħħitna mill-kriżi tal-COVID-19. Madankollu, għalkemm l-awtoritajiet lokali u reġjonali kienu fuq quddiem nett fil-ġlieda biex ilaħħqu mal-konsegwenzi soċjoekonomiċi sa mill-bidu tal-pandemija, f’ħafna Stati Membri ninsabu fl-aħħar post fir-rigward tal-involviment fi pjani ta’ rkupru. Għandna bżonn kooperazzjoni, mhux ċentralizzazzjoni.

L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli għal terz tal-infiq pubbliku kollu , u għal aktar minn nofs l-investiment pubbliku tal-UE, li ħafna minnu jikkonċentra fuq oqsma ta’ politika ewlenin għall- Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza , il-pedament tal-pjan ta’ rkupru Next Generation EU . Għalhekk huwa importanti li l-bliet u r-reġjuni jkunu involuti direttament fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza, sabiex ir-riformi u l-investimenti li jinsabu fihom jiġu implimentati b’suċċess.

Għal bosta muniċipalitajiet u reġjuni, il-kriżi tal-COVID-19 wasslet għal tnaqqis fid-dħul u ż-żieda fin-nefqa. It-tieni Barometru Reġjonali u Lokali , ippubblikat f’Ottubru mill-KtR, jistma li d-diskrepanza finanzjarja kienet tammonta għal EUR 180 biljun għall-2020 biss. Il-KtR jsostni li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom id-dmir li jgħinu b’mod urġenti lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jassorbu x-xokkijiet fuq il-finanzi tagħhom, u jagħmlu l-ekonomiji u s-soċjetajiet Ewropej aktar sostenibbli, reżiljenti u ppreparati aħjar għall-isfidi u l-opportunitajiet tat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, anke permezz ta’ pjani ta’ rkupru nazzjonali.

Il-KtR jistieden ukoll lill-Kummissjoni Ewropea tinkludi taqsima dwar l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rapport annwali tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u jistieden lill-Parlament Ewropew biex jaqdi r-rwol sħiħ tiegħu bħala gwardjan tal-kisba tal-għanijiet tal-pjani ta’ rkupru, bl-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fuq bażi regolari.

Sfond:

Fl-24 ta’ Settembru, il-KtR – flimkien mal-Presidenza Slovena tal-Kunsill tal-UE – organizza l-ewwel Forum ta’ Livell Għoli dwar l-Irkupru u r-Reżiljenza Reġjonali. Matul l-avveniment, li sar f’Lipica (is-Slovenja), il-Kummissarju Ewropew għall-Ekonomija, Paolo Gentiloni, enfasizza li huwa biss permezz ta’ ħidma flimkien mar-reġjuni u l-muniċipalitajiet li l-pjani nazzjonali ta’ rkupru jistgħu jirnexxu. Tista’ taqra l-istqarrija għall-istampa hawnhekk .

Il- Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tal-UE hija l-istrument finanzjarju ta’ EUR 723,8 biljun (fi prezzijiet kurrenti, li minnhom EUR 338 biljun jingħataw f’għotjiet u EUR 385,8 biljun f’self) imfassal biex jappoġġja lill-Istati Membri fit-twettiq tar-riformi u l-investiment fil-prijoritajiet komuni tal-UE. Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija l-akbar għodda finanzjarja inkluża fil-pjan ta’ irkupru ta’ EUR 801 biljun tan- Next Generation EU . Sabiex jibbenefikaw mill-appoġġ tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza li jindikaw ir-riformi u l-investimenti li jkunu se jiġu ffinanzjati.

(Ġunju 2021).

Konsultazzjoni konġunta bejn il-KtR u CEMR dwar it-tħejjija tal-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza. Ir-riżultati kollha huma disponibbli hawnhekk (Jannar 2021)

Kuntatt

Matteo Miglietta

Tel. +32 (0)470 895 382

matteo.miglietta@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/DIGITAL-SKILLS-CONNECTIVITY-SMART-VILLAGES.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/NATIONAL-RECOVERY-PLANS-LESS-EFFECTIVE-IF-REGIONS-CITIES-LEFT-OUT.ASPX

Digital skills and connectivity are key to making rural villages 'smart' and attractive
Digital skills and connectivity are key to making rural villages 'smart' and attractive
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/STRONG-COHESION-POLICY-UNITED-FAIRER-FUTURE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/NATIONAL-RECOVERY-PLANS-LESS-EFFECTIVE-IF-REGIONS-CITIES-LEFT-OUT.ASPX

Only a strong Cohesion Policy can ensure a united and fairer future to the EU
Only a strong Cohesion Policy can ensure a united and fairer future to the EU
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CP30-THE-DANGER-OF-A-TALENT-TRAP.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/NATIONAL-RECOVERY-PLANS-LESS-EFFECTIVE-IF-REGIONS-CITIES-LEFT-OUT.ASPX

EU's regions: the danger of a talent trap
EU's regions: the danger of a talent trap
13.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESIONALLIANCE-ARE-YOU-READY-FOR-A-NEW-CHALLENGE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/NATIONAL-RECOVERY-PLANS-LESS-EFFECTIVE-IF-REGIONS-CITIES-LEFT-OUT.ASPX

#CohesionAlliance needs you. Are you ready for a new challenge?
#CohesionAlliance needs you. Are you ready for a new challenge?
08.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HG-11-CORDEIRO-NUEVA-ECONOMIA.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/NATIONAL-RECOVERY-PLANS-LESS-EFFECTIVE-IF-REGIONS-CITIES-LEFT-OUT.ASPX

"If Cohesion policy is in danger, the European Union is in danger", says President Cordeiro in Madrid
"If Cohesion policy is in danger, the European Union is in danger", says President Cordeiro in Madrid
02.03.2023