Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-bliet u r-reġjuni lesti li jieħdu f’idejhom ir-riedni tar-rivoluzzjoni tal-mobbiltà sostenibbli fl-Ewropa  

Sabiex is-settur tat-trasport Ewropew jissawwar mill-ġdid b’suċċess u jsir aktar sostenibbli, il-bliet u r-reġjuni fl-UE jeħtiġilhom jagħmlu enfasi akbar fuq it-tħeġġiġ ta’ mobbiltà mingħajr emissjonijiet, il-promozzjoni ta’ modi ta’ trasport attivi u kondiviżi, it-tfassil mill-ġdid tal-mobbiltà urbana u l-konnessjoni aħjar taż-żoni rurali. Dawn is-suġġerimenti jirriżultaw minn Opinjoni dwar Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti li ġiet adottata mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) u ppreżentata mir-relatur Robert van Asten (NL/Renew Europe) matul il-plenarja tal-KtR nhar l-Erbgħa 30 ta’ Ġunju.

Fl-2017, it-trasport kien responsabbli għal 27% tal-emissjonijiet tas-CO 2 fl-UE , u l-emissjonijiet fis-settur tat-trasport żdiedu kemm fl-2018 kif ukoll fl-2019 , li jfisser li se jkunu meħtieġa bidliet fuq skala kbira sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambizzjużi tal-UE dwar il-klima. Bil-għan fit-tul li l-emissjonijiet fis-settur tat-trasport jitnaqqsu b’90% sal-2050, l- Istrateġija tal-UE għal Mobbiltà hija waħda mill-inizjattivi ewlenin tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, li għandha l-għan li tistabbilixxi s-sisien sabiex jintlaħqu l-objettivi tat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali fis-sistema tat-trasport tal-UE. L-istrateġija ġiet proposta mill-Kummissjoni Ewropea fi tmiem is-sena li għaddiet u hija kkomplementata bi pjan ta’ azzjoni li jelenka miżuri konkreti li għandhom jiġu adottati matul l-erba’ snin li ġejjin. Vetturi b’emissjonijiet żero u infrastruttura tal-karburanti alternattivi, ipprezzar tal-karbonju b’inċentivi aħjar għall-utenti, u li l-mobbiltà ssir aktar affordabbli u aċċessibbli huma fost l-oqsma ewlenin definiti mill-pjan ta’ azzjoni.

Robert van Asten (NL/Renew Europe), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ The Hague, u relatur tal-Opinjoni, qal: “ L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol kruċjali fit-tranżizzjoni tal-mobbiltà li torbot il-Patt Ekoloġiku Ewropew mat-tranżizzjoni diġitali għal mobbiltà aktar sostenibbli u intelliġenti. L-aspetti soċjali u inklużivi huma komponenti ewlenin fir-rapport tiegħi, peress li t-tranżizzjoni tal-mobbiltà teħtieġ ukoll bidla fl-imġiba li fiha l-utent huwa ċentrali. L-UE tista’ tgħinna nikkollegaw aħjar il-konnettività, l-aċċessibbiltà u s-saħħa, mhux biss billi tiffinanzja, iżda wkoll billi tiżgura l-istandardizzazzjoni u l-armonizzazzjoni tar-regoli tal-UE. Jeħtieġ ukoll li nqisu l-Pjani ta’ Mobbiltà Urbana Sostenibbli tal-Kummissjoni Ewropea li jistgħu jkunu strument effettiv għall-kooperazzjoni bejn saffi differenti ta’ gvern, iżda biss jekk ikunu flessibbli biżżejjed u jaqblu mal-isfidi li jiffaċċjaw il-bliet u r-reġjuni”.

Ismail Ertug , membru tal-Parlament Ewropew, ta l-kummenti tiegħu dwar l-Opinjoni: L-Istrateġija tal-UE għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti qiegħda tistabbilixxi t-triq għall-futur tas-settur tat-trasport Ewropew. L-isfidi doppji tad-diġitalizzazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni huma kompitu ewlieni għad-deċennji li ġejjin. Sabiex jirnexxu, il-livell Ewropew, nazzjonali, kif ukoll dak reġjonali jridu jaħdmu flimkien mill-qrib. Dan japplika b’mod speċjali għal proġetti infrastrutturali, kemm jekk qed nitkellmu dwar konnessjonijiet transfruntiera neqsin, sistemi ferrovjarji mtejba jew network komprensiv ta’ infrastruttura tal-karburanti alternattivi”.

Il-KtR jilqa’ l-Istrateġija għal Mobbiltà proposta mill-Kummissjoni Ewropea, iżda identifika diversi oqsma li jista’ jsir titjib dwarhhom. Il-membri enfasizzaw b’mod speċjali l-importanza tad-dimensjoni reġjonali tal-Istrateġija għal Mobbiltà, peress li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol ewlieni fit-tfassil tal-politika Ewropea tat-trasport u fil-provvista ta’ servizzi u infrastruttura tal-mobbiltà. Minħabba din ir-realtà, tranżizzjoni b’suċċess tal-mobbiltà se teħtieġ impenn qawwi mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u approċċ konġunt li jinvolvi ’l-livelli kollha ta’ gvern, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà attiva.

L-Opinjoni tindika wkoll li, minbarra li t-trasport isir aktar sostenibbli, billi, pereżempju, jiġi estiż l-użu tal-ferroviji aktar milli l-avjazzjoni, it-tranżizzjoni tal-mobbiltà teħtieġ ukoll bidla fl-imġiba taċ-ċittadini. Aspetti, bħat-tnaqqis tad-distanzi u l-ammont ta’ vjaġġar fejn possibbli, il-bidla lejn forom ta’ mobbiltà aktar attivi, bħaċ-ċikliżmu u l-mixi, u l-kondiviżjoni tal-modi ta’ trasport, jeħtieġ li jiġu estiżi ħafna sabiex jintlaħaq l-għan ambizzjuż li l-emissjonijiet fis-settur tat-trasport jitnaqqsu b’90% sal-2050. 

Il-membri enfasizzaw ukoll in-nuqqas ta’ inizjattivi konkreti għaż-żoni rurali fl-istrateġija tal-Kummissjoni minkejja r-rwol importanti tal-mobbiltà fl-iżgurar tal-provvista ta’ servizzi f’żoni rurali b’infrastruttura skarsa. Għalhekk, l-Opinjoni tappella għal aktar fondi Ewropej u miżuri regolatorji biex jgħinu fit-titjib tal-mobbiltà taċ-ċittadini, speċjalment f’żoni li huma aktar skarsament popolati.

Informazzjoni ta’ sfond

Minħabba d-dimensjoni reġjonali tagħha u l-importanza tagħha għall-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-infrastruttura tal-mobbiltà u t-trasport ġiet identifikata bħala wieħed mill-oqsma ewlenin fejn għandha tissaħħaħ il- kooperazzjoni bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kummissjoni Ewropea .

Parti kbira mill-istrateġija tal-UE biex it-trasport isir aktar sostenibbli hija l-bidla lejn it-trasport ferrovjarju. Is-sena 2021 ġiet uffiċjalment magħżula bħala s- Sena Ewropea tal-Ferroviji u l-KtR ilu involut b’mod attiv fiha mill-bidu nett, billi ħadem flimkien mal-Kummissjoni u organizza diversi avvenimenti lokali f’kooperazzjoni mal-membri tal-KtR. Il-President tal-KtR Apostolos Tzitzikostas u diversi membri oħra huma mistennija wkoll iżuru l-ferrovija Connecting Europe Express tul ir-rotta tagħha fi 23 Stat Membru mit-2 ta’ Settembru sas-7 ta’ Ottubru.

Qasam ewlieni ieħor għall-KtR ser ikun l-hekk imsejħa “Missjoni ta’ Orizzont Ewropa” biex 100 belt fl-Ewropa jsiru newtrali għall-klima sal-2030 . Wieħed mill-istadji ewlenin tal-bidu lejn bliet newtrali għall-klima se jkun il-“qafas ġdid għall-mobbiltà urbana” li l-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta lejn l-aħħar ta’ din is-sena. Iż-żewġ inizjattivi huma suġġetti ewlenin għall-KtR u approċċ ta’ sussidjarjetà attiva lejn mobbiltà urbana sostenibbli huwa l-muftieħ għas-suċċess.

Persuna ta’ kuntatt:

Tobias Kolonko

Tel. +32 22822003

tobias.kolonko@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CP90-REACTION-SOTEU.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/MOBILITY-REVOLUTION.ASPX

State of the EU: involving the local and regional level will make Europe stronger, fairer and more democratic
State of the EU: involving the local and regional level will make Europe stronger, fairer and more democratic
13.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-FUNDING-ALERT-AUGUST-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/MOBILITY-REVOLUTION.ASPX

Green Deal Funding Alert - August 2023
Green Deal Funding Alert - August 2023
31.08.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REFORM-EU-ELECTRICITY-MARKET-BOOSTING-ENERGY-TRANSITION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/MOBILITY-REVOLUTION.ASPX

Reform of the EU electricity market: Local action for boosting the energy transition
Reform of the EU electricity market: Local action for boosting the energy transition
06.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REDUCE-POLLUTION-SAVE-LIVES-ENVIRONMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/MOBILITY-REVOLUTION.ASPX

Ambitious targets to reduce pollution will save lives and environment but regions and cities need support to deliver
Ambitious targets to reduce pollution will save lives and environment but regions and cities need support to deliver
06.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FLEXIBILITY-AND-BETTER-COORDINATION-AROUND-GREEN-DEAL-INITIATIVES.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/MOBILITY-REVOLUTION.ASPX

Cities and regions need flexibility and better coordination around Green Deal initiatives
Cities and regions need flexibility and better coordination around Green Deal initiatives
06.07.2023