Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-mexxejja lokali u reġjonali lesti li jgħinu fil-promozzjoni tal-valuri Ewropej fl-edukazzjoni biex jiġi miġġieled it-theddid għad-demokrazija  

Billi l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE huma l-livell ta’ gvern l-eqreb taċ-ċittadini, jaqdu rwol kruċjali fil-promozzjoni tal-valuri Ewropej u fit-tħeġġiġ tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċessi demokratiċi. Il-mexxejja lokali u reġjonali jaqblu dwar l-urġenza li tiġi promossa d-demokrazija Ewropea fl-edukazzjoni, f’konformità mat-talbiet taċ-ċittadini fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Dan kien il-messaġġ ewlieni matul id-dibattitu dwar il-promozzjoni tal-valuri Ewropej permezz tal-edukazzjoni biex titrawwem iċ-ċittadinanza tal-UE fis-sessjoni plenarja tal-(KtR) fit-28 ta’ April. Il-membri tal-KtR adottaw ukoll Opinjoni dwar it-tisħiħ tad-demokrazija u l-integrità tal-elezzjonijiet li tenfasizza l-ħtieġa għal parteċipazzjoni miftuħa, ġusta, pluralistika u demokratika fil-livell lokali u reġjonali.

Il-promozzjoni tal-valuri demokratiċi Ewropej hija ta’ importanza partikolari fil-ġlieda kontra t-theddid għad-demokrazija u għandha tifforma element kruċjali fl-edukazzjoni għaċ-ċittadini kollha tal-UE. Bil-konklużjonijiet finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa fil-qrib, jista’ jkun mistenni segwitu ulterjuri tar-rakkomandazzjonijiet taċ-ċittadini biex jiġi introdott livell minimu ta’ edukazzjoni dwar l-UE u speċjalment il-proċessi demokratiċi tagħha.

Matul id-dibattitu tas-sessjoni plenarja tal-KtR dwar “Il-Promozzjoni tal-Valuri Demokratiċi Ewropej permezz tal-Edukazzjoni biex titrawwem iċ-Ċittadinanza tal-UE”, il-mexxejja lokali u reġjonali kkonfermaw li huma lesti jibnu fuq il-prattiki tajba eżistenti tagħhom u jibnu għodod komuni – fuq bażi minn isfel għal fuq u volontarja u b’rispett sħiħ tas-sussidjarjetà – biex jippromovu l-edukazzjoni ċivika sabiex japprofondixxu l-fehim taċ-ċittadini dwar id-demokrazija u l-valuri Ewropej, u biex jinkoraġġixxu dibattitu dwar l-Unjoni Ewropea. Huma indikaw ukoll li għal dan il-kompitu, materjali u riżorsi tat-tagħlim innovattivi jkunu ta’ benefiċċju għall-iskejjel u għal istituzzjonijiet edukattivi oħrajn.Għal dan il-għan, il-KtR nieda sejħa għal eżempji tal-aħjar prattika, u mal-membri tiegħu ġabar mijiet ta’ inizjattivi bħal dawn f’reġjuni fl-Ewropa.

Il-President tal-KtR Apostolos Tzitzikostas, Gvernatur tar-Reġjun tal-Maċedonja Ċentrali fil-Greċja u Kap tad-delegazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-plenarja tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, qal: “Bil-gwerra fl-Ukrajna qed naraw li l-paċi u d-demokrazija mhumiex xi ħaġa li rridu nieħdu bħala fatt fl-Ewropa. Aħna, bħala mexxejja lokali u reġjonali, irridu ninfurmaw u nagħtu s-setgħa liż-żgħażagħ biex jiddiskutu l-Unjoni Ewropea. L-għan tagħna huwa li nrawmu ċ-ċittadinanza u nsaħħu s-sjieda taċ-ċittadini. Ma nistgħux nappoġġjaw lill-Ewropa jekk ma nieħdux ħsiebha u jekk ma nitgħallmux kif għandna nagħmlu dan ta’ kuljum. Għalhekk, l-iżvilupp minn isfel għal fuq ta’ kurrikulu Ewropew għall-edukazzjoni ċivika huwa meħtieġ għall-promozzjoni tal-valuri demokratiċi Ewropej, il-ħsieb kritiku u l-litteriżmu medjatiku. Dan se jżid l-għarfien tal-proġett Ewropew kif ukoll il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, speċjalment mill-ġenerazzjonijiet żgħażagħ, fil-proċessi demokratiċi fl-UE.

Dubravka Šuica, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija u d-Demografija, qalet: “Bħala persuna li kienet sindku u għalliema, nilqa’ s-sejħa tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni biex jiġu promossi l-valuri, l-identitajiet u ċ-ċittadinanza Ewropea permezz tal-edukazzjoni u l-kultura, fil-livell reġjonali u lokali. Mill-istadji bikrin ħafna tal-ħajja u tul ħajjitna kollha, diskussjonijiet infurmati jeħtieġu ċittadini infurmati. Fid-9 ta’ Mejju, ir-rapport finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa se jiġi ppreżentat lill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni fi Strasburgu. Din il-Konferenza hija ċelebrazzjoni tal-valuri tagħna, spazju għal dibattitu u deliberazzjoni ħielsa fejn iċ-ċittadin jitqiegħed fil-qalba, b’kuntrast mal-avvenimenti brutali fl-Ukrajna. Huwa vitali li l-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, ikomplu jaħdmu flimkien mill-qrib biex id-demokrazija tagħna, u l-istituzzjonijiet demokratiċi li jirfduha, ikunu adatti għall-futur.

Domènec Ruiz Devesa, Membru tal-Parlament Ewropew (PE) u rapporteur tar-Riżoluzzjoni reċenti tal-PE dwar l-implimentazzjoni tal-edukazzjoni ċivika, kif ukoll membru tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa dwar id-Demokrazija fl-UE , qal: “Iċ-ċittadini kif jistgħu jinvolvu ruħhom fil-livell tal-UE, jekk ma jifhmuhiex? Jeħtieġ li niżguraw li wliedna jiksbu l-għarfien biex jaġixxu minn kmieni. Huma talbu dan fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, u rridu nagħtu riżultati. Meta naraw it-theddida ta’ rigress demokratiku fl-Ewropa u lil hinn minnha, ma nistgħux naffordjaw li nikkuntentaw b’xi soluzzjonijiet ta’ kafkaf. Neħtieġu soluzzjonijiet sistematiċi u li jħallu impatt, bħall-preżentazzjoni ta’ kurrikulu Ewropew għall-edukazzjoni ċivika, li jispjega l-istorja tal-Unjoni, il-valuri u l-istituzzjonijiet tagħha u kif jaħdmu.”

Il-parteċipazzjoni elettorali u l-edukazzjoni dwar id-demokrazija u ċ-ċittadinanza Ewropea huma marbuta b’mod inseparabbli. Il-membri tal-KtR għamluha ċara meta adottaw l-Opinjoni “It-tisħiħ tad-demokrazija u l-integrità tal-elezzjonijiet” li huwa meħtieġ li jiġu introdotti soluzzjonijiet differenti ta’ votazzjoni mill-bogħod sabiex il-proċessi elettorali fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew isiru aktar inklużivi u aktar favur l-ambjent.Huma appellaw għall-inklużjoni tal-livell lokali u reġjonali f’“mekkaniżmu konġunt għar-reżiljenza elettorali” biex tiġi protetta l-integrità tal-elezzjonijiet minn theddid potenzjali.

Vincenzo Bianco (IT/PSE), membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Catania u relatur ta’ din l-Opinjoni, enfasizza li “hemm riskji serji li qed naraw u li jistgħu jwasslu biex kampanji elettorali u t-tmexxija proprja tal-elezzjonijiet ma jkunux ġusti. Qed nirreferu għat-tixrid enormi ta’ aħbarijiet foloz, messaġġi razzisti u diskriminatorji, u l-falsifikazzjoni possibbli tal-votazzjoni mill-bogħod. Neħtieġu tweġibiet ċari u effettivi u attitudni serja u rigoruża mill-istituzzjonijiet Ewropej.

Huwa enfasizza wkoll li l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet lokali kif ukoll l-involviment tal-muniċipalitajiet u r-reġjuni fil-promozzjoni ta’ forom u għodod innovattivi għall-votazzjoni, anke permezz tal-promozzjoni ta’ modi ekoloġiċi u sostenibbli biex isiru l-elezzjonijiet, jeħtieġ li jissaħħu.

Il-membri tal-KtR enfasizzaw il-ħtieġa għal inizjattivi mmirati biex jiġi miġġieled it-tixrid tad-diżinformazzjoni fil-livelli kollha, sforz li fih l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu rikonoxxuti bħala msieħba ewlenin.

Persuna ta’ kuntatt:

Theresa Sostmann

Tel. +32 2282 2457

Theresa.Sostmann@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/A-MORE-RESILIENT-INCLUSIVE-AND-DEMOCRATIC-EUROPE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-REGIONAL-LEADERS-PROMOTE-EUROPEAN-VALUES-EDUCATION-COUNTER-THREATS-DEMOCRACY.ASPX

A more resilient, more inclusive and more democratic Europe at the centre of a debate with Oliver Röpke, President of the European Economic and Social Committee
A more resilient, more inclusive and more democratic Europe at the centre of a debate with Oliver Röpke, President of the European Economic and Social Committee
26.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FOSTERING-DIVERSITY-AND-INCLUSION-ON-THE-GROUND.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-REGIONAL-LEADERS-PROMOTE-EUROPEAN-VALUES-EDUCATION-COUNTER-THREATS-DEMOCRACY.ASPX

Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/155-PLENARY-ANNOUNCEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-REGIONAL-LEADERS-PROMOTE-EUROPEAN-VALUES-EDUCATION-COUNTER-THREATS-DEMOCRACY.ASPX

On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
23.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CP-50-EUROPE-DAY-2023-CELEBRATING-EUROPEAN-UNITY-AND-DIVERSITY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-REGIONAL-LEADERS-PROMOTE-EUROPEAN-VALUES-EDUCATION-COUNTER-THREATS-DEMOCRACY.ASPX

Europe Day 2023: celebrating European unity and diversity
Europe Day 2023: celebrating European unity and diversity
27.04.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FINLANDS-FIGHT-AGAINST-HOMELESSNESS-IS-REFERENCE-POINT-FOR-EUROPE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-REGIONAL-LEADERS-PROMOTE-EUROPEAN-VALUES-EDUCATION-COUNTER-THREATS-DEMOCRACY.ASPX

Finland’s fight against homelessness is key point reference for the whole Europe
Finland’s fight against homelessness is key point reference for the whole Europe
21.04.2023