Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-mexxejja lokali joffru li jappoġġjaw l-organizzazzjoni tad-distribuzzjoni tal-vaċċini ‎ u jitolbu miżuri ġodda sas-sajf, biex jipproteġu l-ekonomiji reġjonali  

F’dibattitu mal-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa, il-membri tal-KtR jitolbu rieżami tal-kompetenzi tal-UE fil-qasam tas-saħħa u għal rwol aktar b’saħħtu għall-awtoritajiet lokali abbażi tar-responsabbiltajiet tagħhom

Il-gvernijiet lokali u reġjonali tal-UE wissew dwar l-impatt katastrofiku li n-nuqqas ta’ ftuħ tal-fruntieri sas-sajf ikollu fuq l-ekonomiji reġjonali. Matul dibattitu mal-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, Stella Kyriakides , il-membri tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) qalu li l-UE u l-Istati Membri tagħha għamlu sforzi biex jorganizzaw id-distribuzzjoni tal-vaċċini, sabiex jevitaw gwerra nazzjonali tal-vaċċini, iżda n-nuqqas ta’ qafas legali ċar tal-UE wassal għal żbalji li għandhom jiġu evitati fil-futur. Huma offrew appoġġ biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ fiduċja fil-vaċċini u biex jitħaffef it-tilqim, u żiedu jgħidu li ċ-ċertifikati tat-tilqim huma pass fid-direzzjoni t-tajba iżda ma għandhomx jitqiesu bħala “soluzzjoni maġika”.

Il-preżenza tal-Kummissarju Kyriakides, li tkellmet fil-plenarja, offriet l-opportunità li tiġi diskussa d-diviżjoni attwali tal-kompetenzi tas-saħħa bejn il-livelli ta’ gvern tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali. Fil-kuntest tal- Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa , il-membri tal-KtR appellaw għal valutazzjoni mill-ġdid ta’ tali kompetenzi, minħabba n-nuqqasijiet li ltaqgħu magħhom fir-rispons għall-pandemija tal-COVID-19, bil-għan li jiżdiedu t-tħejjija u l-koordinazzjoni bejn l-atturi kollha. Huma talbu lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw li r-rwol sinifikanti li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali matul il-kriżijiet tas-saħħa jiġi rifless bis-sħiħ, peress li huma essenzjali għall-iżvilupp ta’ sistemi tas-saħħa aktar reżiljenti u effettivi fl-Ewropa. Il-KtR esprima r-rieda tiegħu li jieħu sehem fid-dibattitu dwar l-“unjoni tas-saħħa”, abbażi tal-kompetenzi legali tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u tar-responsabbiltajiet politiċi tal-mexxejja reġjonali u lokali.

Fid- diskors tiegħu li fetaħ id-dibattitu, Apostolos Tzitzikostas , President tal-KtR u Gvernatur tar-reġjun tal-Maċedonja Ċentrali, qal: “Mingħajr solidarjetà, kien ikun hemm gwerra Ewropea għat-tilqim, u b’hekk ħafna pajjiżi, reġjuni u bliet jitħallew jibqgħu lura. Madankollu, in-nies iridu ritorn għan-normalità u għandna niftħu l-Ewropa b’mod sikur għas-sajf. Ċertifikat tal-ivvjaġġar b’rabta mat-tilqim kontra l-COVID-19 huwa pass ’il quddiem, anke jekk waħdu ma jipprovdix soluzzjoni maġika. Din il-marda kiefra wriet li għandna bżonn aktar Ewropa fis-saħħa biex inkunu ppreparati aħjar fil-futur u li l-livelli ta’ gvern – mil-livell internazzjonali sal-livell lokali u reġjonali – ilkoll jaqdu rwol fundamentali. Il-Kumitat tagħna jinsab lest li jiddibatti l-unjoni tas-saħħa, abbażi tal-kompetenzi lokali u reġjonali tagħna f’konformità mal-prinċipji gwida tal-UE tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Flimkien biss nistgħu nitjiebu u nagħtu riżultati aktar malajr. Permezz tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-gvernijiet lokali u reġjonali, nistgħu ntejbu l-kampanja batuta tat-tilqim u nistabbilixxu l-pedamenti għal aktar ftuħ tal-fruntieri bi tħejjija għas-sajf.”

Il-Kummissarju Kyriakides u l-membri tal-KtR iddiskutew ukoll pakkett ta’ miżuri relatati mas-saħħa żviluppati fil-bidu tal-pandemija, dwar il-programm EU4Health , id-direttiva dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali , u sistema għall-ġestjoni tal-emerġenzi tas-saħħa. F’Ottubru li għadda, il-KtR ħareġ rakkomandazzjonijiet dwar it-tliet temi li huma.

Birgitta Sacrédeus (SE/PPE), membru tal-Kunsill Reġjonali ta’ Dalarna u relatur tal-KtR dwar il- Mekkaniżmu tal-UE għall-Emerġenzi tas-Saħħa , qalet: “Huwa tajjeb ħafna li ngħata widen għat-talbiet tal-KtR għal mekkaniżmu tal-UE għall-emerġenzi tas-saħħa, fil-forma tal- Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa . Ir-reżiljenza tiddependi mit-tħejjija u, għal dan, neħtieġu strutturi robusti ta’ kooperazzjoni u linji ta’ komunikazzjoni stabbiliti sew. Ninsab fiduċjuż li HERA tista’ tgħin lill-irħula, il-bliet u r-reġjuni biex jiffaċċjaw pandemiji futuri u l-iskala tad-devastazzjoni f’din l-aħħar sena. Iżda rridu niżguraw li r-rwol determinanti li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi jiġi rifless bis-sħiħ.”

Fid-diskors tagħha dwar il-programm EU4Health , li l-Parlament Ewropew approva fid-9 ta’ Marzu, ir-relatur tal-KtR Nathalie Sarrabezolles (FR/PSE), President tal-Kunsill tad-Dipartiment ta’ Finistère, qalet lill-plenarja: “Il-EUR 5.1 biljun ipprovduti mill-programm EU4Health se jiġġieldu l-inugwaljanzi fis-saħħa, jiżguraw li l-mediċina tkun affordabbli, isaħħu s-sistemi tas-saħħa tagħna, u jżidu l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi. Il-mexxejja lokali u reġjonali ġġieldu qatigħ biex jiżguraw finanzjament adegwat u, bl-appoġġ tagħna, il-Parlament Ewropew irnexxielu jegħleb ir-riluttanza perikoluża u żbaljata tal-Istati Membri biex jipprovdu finanzjament adegwat għall-programmazzjoni u l-appoġġ fil-livell tal-UE. Ser inkomplu nagħmlu pressjoni għal aktar attenzjoni u appoġġ għall-ħidma tar-reġjuni u l-bliet biex jipprovdu l-kura tas-saħħa.”

Karsten Uno Petersen (DK/PSE), membru tal-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar tad-Danimarka u r-relatur tal-KtR dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali , qal: “Il-kapaċità li wieħed jirċievi kura tas-saħħa f’pajjiż ieħor qed issalva l-ħajjiet f’din il-kriżi. Għalhekk ninsab kuntent li r-rispons ewlieni fit-tul tal-UE dwar is-saħħa – il-programm EU4Health – jirrikonoxxi li l-kooperazzjoni transfruntiera għandha potenzjal kbir biex iżżid l-effiċjenza tas-sistemi tas-saħħa. Issa rridu niżguraw li l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew isarrfu dan ir-rikonoxximent f’azzjoni, billi jissemplifikaw l-aċċess għall-kura tas-saħħa meta jirrevedu d-direttiva dwar is-saħħa transkonfinali.”

L-organizzazzjoni tad-distribuzzjoni tal-vaċċini u l-prova tat-tilqim standardizzata fil-livell tal-UE kollha – permezz ta’ tikketta “Ċertifikat Ekoloġiku Diġitali” mill- Kummissjoni Ewropea – ser jiġu diskussi mill-membri tal-KtR fit-22 ta’ Marzu, f’laqgħa tal- Kummissjoni għar-Riżorsi Naturali (NAT) tiegħu.

Kuntest

Persuna ta’ kuntatt:

Andrew Gardner

+32 473 943 981

andrew.gardner@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REDUCE-POLLUTION-SAVE-LIVES-ENVIRONMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-LEADERS-OFFER-TO-SUPPORT-VACCINE-ROLLOUT-DEMAND-NEW-MEASURES-BY-SUMMER.ASPX

Ambitious targets to reduce pollution will save lives and environment but regions and cities need support to deliver
Ambitious targets to reduce pollution will save lives and environment but regions and cities need support to deliver
06.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-POLICIES-FOR-SUSTAINABLE-FOOD-SYSTEMS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-LEADERS-OFFER-TO-SUPPORT-VACCINE-ROLLOUT-DEMAND-NEW-MEASURES-BY-SUMMER.ASPX

Local and regional leaders want a stronger role and more coherence in EU policies for sustainable food systems
Local and regional leaders want a stronger role and more coherence in EU policies for sustainable food systems
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-LEADERS-URGE-EUROPEAN-COMMISSION-TO-CREATE-VULNERABILITY-SCOREBOARD.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-LEADERS-OFFER-TO-SUPPORT-VACCINE-ROLLOUT-DEMAND-NEW-MEASURES-BY-SUMMER.ASPX

Resilience: Local leaders urge the European Commission to create a vulnerability scoreboard to be better prepared to cope with crises
Resilience: Local leaders urge the European Commission to create a vulnerability scoreboard to be better prepared to cope with crises
31.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ASBESTOS-FREE-EUROPE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-LEADERS-OFFER-TO-SUPPORT-VACCINE-ROLLOUT-DEMAND-NEW-MEASURES-BY-SUMMER.ASPX

Local leaders urge stricter rules and more funds to deliver an asbestos-free Europe
Local leaders urge stricter rules and more funds to deliver an asbestos-free Europe
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CLEAR-RULES-DATA-SHARING-FAIR-SHORT-TERM-RENTAL.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-LEADERS-OFFER-TO-SUPPORT-VACCINE-ROLLOUT-DEMAND-NEW-MEASURES-BY-SUMMER.ASPX

Tourism: clear rules and data sharing are the only way to ensure a fair short-term rental market in Europe
Tourism: clear rules and data sharing are the only way to ensure a fair short-term rental market in Europe
15.03.2023