Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-komunitajiet lokali jippromovu t-tnaqqis tal-iskart  
Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ospita ċ-Ċerimonja annwali tal-Premjijiet tal-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart bħala parti mill-Ġimgħa Ekoloġika 2019

Il-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart ( EWWR – European Week for Waste Reduction ) ippremjat sitt proġetti li tqiesu bħala l-aqwa azzjonijiet tas-sena lejn soċjetà mingħajr skart fl-UE . Dan il-premju annwali għandu l-għan li jirrikonoxxi u jinċentiva inizjattivi għat-tnaqqis tal-iskart mill-atturi kollha tas-soċjetà. Kull sena, l-EWWR isseħħ f’Novembru b’eluf ta’ attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ tindif li jsiru madwar l-Ewropa kollha. L-10 edizzjoni tal-premjijiet EWWR juru r-rwol ċentrali li jaqdu l-komunitajiet lokali fit-tnaqqis tal-iskart. L-EWWR li jmiss ser issir bejn is-16 u l-24 ta’ Novembru 2019.

Fil-kummenti tal-ftuħ tiegħu, il-membru tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), André van den Nadort (NL/PSE) , Sindku tal-muniċipalità ta’ Weststellingwerf u Membru tal-Ġurija tal-edizzjoni ta’ din is-sena, qal: “Bħala membru tal-ġurija, ninsab impressjonat nara kemm qed jiġu żviluppati inizjattivi differenti madwar l-Ewropa u d-diversità kbira ta’ gruppi, istituzzjonijiet u kollettivitajiet li huma impenjati b’mod attiv fil-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-iskart. Mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u fil-muniċipalitajiet tagħna nużaw l-isforzi kollha biex inżidu l-livell ta’ ambizzjoni tal-leġislazzjoni dwar l-iskart fl-Ewropa. Madankollu, mingħajr l-impenn u r-rabta tal-komunitajiet lokali, ma nkunux kapaċi niksbu l-għanijiet tagħna”. André van de Nadort (NL/PSE) huwa r-relatur għall-Opinjoni tal-KtR dwar Strateġija Ewropea għall-Plastiks f’Ekonomija Ċirkolari , adottata f’Ottubru 2018 .

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jappoġġja b’mod attiv l-EWWR u l-iskema ta’ premjijiet tagħha billi jippresiedi fil-Kumitat ta’ Tmexxija tagħha u jipprovdi appoġġ għall-attivitajiet ewlenin tagħha bħaċ-ċerimonja annwali ta’ premjazzjoni.

Is-sitt proġetti ppremjati huma dawn li ġejjin:

1. Il-kategorija “amministrazzjoni u organizzazzjoni pubblika”: Maratona mingħajr skart. Ikliet sostenibbli fl-iskejjel. Proġett implimentat mill-muniċipalità ta’ Sant Vicenç de Castellet (Katalunja). Il-bażi ta’ din l-azzjoni, li kienet tinkludi sensiela ta’ avvenimenti, kienet kampanja biex jiġu promossi ikliet sostenibbli u sani fl-iskejjel fost it-tliet skejjel pubbliċi fil-muniċipalità. Kienu involuti madwar 600 student u l-ġenituri tagħhom.

2. Il-kategorija “assoċjazzjoni/NGO”: Il-librerija Cloughmills tal-affarijiet, implimentata mit-Tim ta’ Azzjoni tal-Komunità ta’ Cloughmills (l-Irlanda ta’ Fuq). Dan l-organizzatur jagħti xejra differenti lill-kunċett tal-librerija: billi jsellef oġġetti minflok kotba, it-tim kellu l-għan li jibni l-kapaċità tal-komunità lokali biex twettaq ix-xogħol lokalment u li jitnaqqas il-ħela billi jitneħħa l-bżonn tar-residenti li jixtru l-oġġetti huma stess.

3. Il-kategorija “intrapriża/industrija”: Kontaminanti emerġenti, implimentata mill-Klinika IMQ ta’ Zorrotzaurre (il-Pajjiż Bask). Fi sforz biex jittaffa l-impatt ambjentali tagħha, din il-klinika kklassifikat is-sustanzi kimiċi fil-prodotti użati f’erbgħa mid-dipartimenti tagħha abbażi tal-effett tagħhom fuq l-ambjent. Il-pass li jmiss huwa li dawk l-aktar dannużi jiġu sostwiti b’alternattivi aktar sostenibbli.

4 . Il-kategorija “post edukattiv”: Tindif ekoloġiku fl-EWWR , implimentat mill-Iskola Nazzjonali ta’ St Fintan (l-Irlanda) Madwar 180 student minn din l-iskola, flimkien mal-ġenituri tagħhom, ipparteċipaw f’workshops biex jitgħallmu jagħmlu prodotti tat-tindif u prodotti iġjeniċi ħielsa minn sustanzi kimiċi perikolużi.

5 . Il-kategorija “ċittadini”: Niżnu l-bijoskart b’mod festiv , implimentat minn Marina Seder Colomina u Morgane Robert (Les Lilas, Île-de-France). Fi sforz biex wieħed jifhem aħjar l-impatt pożittiv ta’ żewġ siti ta’ ġbir tal-bijoskart fir-raħal tagħhom, dawn ir-residenti ħeġġew lid-depożituri biex jipparteċipaw fi studju ta’ kejl tal-iskart, filwaqt li jibnu wkoll rabtiet komunitarji aktar b’saħħithom.

6 . Il-kategorija “Premju Speċjali Ewropew”: Alfabett artistiku sostenibbli għall-EWWR , din l-inizjattiva, implimentata mill-Kulleġġ Saint Josep f’Navàs (il-Katalonja) u l-iskejjel imsieħba tiegħu parti mill-proġett eTwinning, ħeġġet lill-istudenti biex jitgħallmu dwar is-sostenibbiltà waqt li fl-istess ħin itejbu l-kapaċità tagħhom li jaħdmu f’tim u l-għarfien ta’ lingwa barranija. Ir-riżultat kien alfabet, li l-ittri tiegħu jikkorrespondu għal messaġġi sinifikanti dwar l-ambjent u t-tnaqqis tal-iskart.

Kuntest:

Għal aktar informazzjoni dwar ir-rebbieħa u l-finalisti tal-Premjijiet tal-EWWR, jekk jogħġbok agħti daqqa t’għajn lill- fajl tal-istampa komprensiv disponibbli hawnhekk .

Fl-2018, fl-10 edizzjoni tiegħu, l-EWWR enfasizzat is-suġġett ta’ Skart Perikoluż taħt is-slogan “Time to Detox!”. Dan ġibed l-attenzjoni tal-pubbliku għas-sustanzi ta’ spiss moħbija, iżda li jagħmlu l-ħsara, li wieħed jiltaqa’ magħhom fil-prodotti u fl-attivitajiet ta’ kuljum.

L-għadd ta’ azzjonijiet imwettqa bħala parti mill-EWWR 2018 laħaq rekord ta’ 14,347. Dawn ġew irreġistrati permezz ta’ 32 koordinaturi nazzjonali, reġjonali u lokali fi 30 pajjiż u b’kooperazzjoni mas-Segretarjat tal-EWWR.

L-edizzjoni li jmiss tal-EWWR ser issir bejn is-1 6 u l-24 ta’ Novembru 2019 . Ser tiffoka fuq l-edukazzjoni u l-komunikazzjoni dwar l-iskart. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikklikkja hawn .

Kuntatti:

EWWR: Carmen Valache | cv@acrplus.org | +32 (0) 2 234 65 07

KtR: David Crous | david.crous@cor.europa.eu | +32 (0) 470 88 10 37

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREENING-OF-PEST-MANAGEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-COMMUNITIES-CHAMPION-WASTE-REDUCTION.ASPX

Local and regional authorities demand a fund for the greening of pest management
Local and regional authorities demand a fund for the greening of pest management
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ASBESTOS-FREE-EUROPE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-COMMUNITIES-CHAMPION-WASTE-REDUCTION.ASPX

Local leaders urge stricter rules and more funds to deliver an asbestos-free Europe
Local leaders urge stricter rules and more funds to deliver an asbestos-free Europe
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BOOSTING-GREEN-INVESTMENTS-INCREASING-FUNDS-KEY-PRIORITY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-COMMUNITIES-CHAMPION-WASTE-REDUCTION.ASPX

Boosting green investments and increasing direct funds for cities and regions remains a key priority for local leaders in 2023
Boosting green investments and increasing direct funds for cities and regions remains a key priority for local leaders in 2023
08.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SURVEY-SDG.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-COMMUNITIES-CHAMPION-WASTE-REDUCTION.ASPX

CoR-OECD-SDSN survey: The role of cities and regions for the SDGs in an uncertain geopolitical context
CoR-OECD-SDSN survey: The role of cities and regions for the SDGs in an uncertain geopolitical context
20.02.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ENVE-14-FEB-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-COMMUNITIES-CHAMPION-WASTE-REDUCTION.ASPX

Tackling pollution and the energy crisis amongst EU local leaders 2023 key priorities
Tackling pollution and the energy crisis amongst EU local leaders 2023 key priorities
15.02.2023