Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Leġiżlazzjoni aħjar tal-UE: Il-KtR iniedi ċ-Ċentri Reġjonali 2.0 biex jissorvelja kif il-politiki tal-UE jaħdmu fuq il-post  

Wara l-kriżi tal-COVID, iċ-ċittadini jistennew li l-UE tagħti tweġibiet effettivi: il-proġett “Ċentri Reġjonali 2.0” tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jgħin biex jiġi vvalutat kif l-UE tikseb ir-riżultati permezz ta’ network imġedded li jiġbor flimkien 46 membru, 10 osservaturi u korp assoċjat wieħed

Illum, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni nieda ġenerazzjoni ġdida ta’ Ċentri Reġjonali biex jimmonitorjaw il-leġiżlazzjoni tal-UE fuq il-post u jiżguraw li l-vuċi ta’ mijiet ta’ partijiet interessati reġjonali u lokali titqies fl-evalwazzjoni tal-politika tal-UE. Iċ- ċentri l-ġodda jinkludu 46 membru, 10 osservaturi u korp assoċjat wieħed u huma stabbiliti bħala sottogrupp tal- Pjattaforma Fit For Future (F4F) tal-Kummissjoni Ewropea. Għal din it-tnedija attenda wkoll il-Viċi President għar-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u l-Prospettiva Maroš Šefčovič . Din issegwi fażi pilota li tat prova tal-effettività tar-RegHubs fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni f’ħames politiki tal-UE u fil-komunikazzjoni tas-sejbiet tagħhom permezz tal-KtR lura lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Apostolos Tzitzikostas, , il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, qal: “Nilqa’ bil-qalb il-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ Ċentri Reġjonali. Il-punti ta’ kuntatt tar-RegHub urew li huma effiċjenti, b’mod uniku, biex iservu ta’ pont fil-konsultazzjoni bejn Brussell u r-reġjuni tagħna. Dawn jirċievu feedback direttament mingħand dawk li ta’ kuljum jesperjenzaw l-impatt tal-politiki tal-UE fuq ħajjet in-nies u jistgħu joffru lill-Kummissjoni Ewropea informazzjoni u kontribut imprezzabbli dwar kif tista’ tiżdied l-effettività tagħhom. Pereżempju, bis-saħħa tal-punti ta’ kuntatt tagħna, il-Kummissjoni se tkun tista’ tarrikkixxi l-evalwazzjoni tagħha tad-Direttivi dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali billi tikseb għarfien dwar l-esperjenza tal-persunal tal-isptarijiet reġjonali mis-Slovenja tal-Lvant sa Alentejo.”

Il-Viċi President għar-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u l-Prospettiva tal-Kummissjoni Ewropea, Maroš Šefčovič , li fetaħ l-avveniment tat-tnedija qal: “Huwa ta’ pjaċir għalija li nilqa’ r-RegHub 2.0 fil-pjattaforma l-ġdida Fit For Future, imfassla biex tissemplifika u timmodernizza l-liġijiet tal-UE, filwaqt li tnaqqas il-burokrazija. L-awtoritajiet reġjonali u lokali se jaqdu rwol ewlieni, minħabba l-perspettiva unika tagħhom ta’ dawk l-aktar affettwati b’mod dirett. Il-kontribut tagħhom dwar kwistjonijiet b’rabta mal-ippjanar u l-permessi tal-infrastruttura tas-seklu 21 se jkun ta’ importanza partikolari. Peress li qed infittxu li nagħtu spinta lill-ekonomija tal-Ewropa permezz ta’ investiment fl-infrastruttura ekoloġika, diġitali u anke medika, dan jista’ jkollu impatt reali fuq il-post.”

Michael Murphy (IE/PPE) , Membru tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Tipperary u President tal-Kummissjoni għall-Politika Ekonomika ECON tal-KtR, qal: “Sa mill-ħolqien tiegħu sentejn ilu, ir-RegHub ġie ġestit mill-Kummissjoni ECON li qed nippresiedi. Ninsab kuntent ħafna li qed nara t-tnedija tar-RegHub 2.0 u dak li n-network kiseb sa issa. Id-diskussjonijiet tal-lum jikkonfermaw li regolamentazzjoni aħjar u tfassil ta’ politika bbażat fuq l-evidenza m’għandhomx ikunu biss kelmiet li jdoqqu għal widnejna mill-bużżieqa ta’ Brussell. Dawn għandhom ikunu fil-qalba tar-regoli tal-Ewropa u jqisu l-esperjenza tal-bliet u r-reġjuni tagħna. Kuntent li nista’ nikkontribwixxi għal dan l-isforz u nistenna bil-ħerqa l-ħidma li għandna quddiemna fix-xhur li ġejjin biex ngħinu dan il-għan jintlaħaq.”

Mark Speich (DE/PPE) , Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Federali, Ewropej u Internazzjonali (Nordrhein-Westfalen) – wieħed mir-reġjuni parteċipanti fin-network RegHub 2.0 – u President tal-Kummissjoni tal-KtR għaċ-Ċittadinanza, il-Governanza u l-Affarijiet Istituzzjonali u Esterni ( CIVEX ) stqarr: “Il-konsultazzjonijiet tan-Network RegHub jagħtu liċ-ċittadini, lill-kumpaniji, speċjalment lill-SMEs u lis-servizzi pubbliċi l-opportunità li jintroduċu l-esperjenzi tagħhom bl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Dan ifisser ukoll li n-Network isaħħaħ il-vuċi taċ-ċittadini u tal-atturi ekonomiċi fil-livell tal-UE. Issa, in-Network RegHub ingħata rikonoxximent formali bħala parti mill-Pjattaforma Fit for Future tal-Kummissjoni Ewropea. B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss in-network RegHub iżda ċ-ċittadini u l-atturi ekonomiċi kollha se jkollhom influwenza u impatt b’mod aktar dirett fuq il-leġiżlazzjoni Ewropea. Fl-istess ħin, il-konsultazzjonijiet tar-RegHub se jsaħħu u jkabbru l-bażi ta’ evidenza tal-opinjonijiet tal-Pjattaforma.”

Il-programm ta’ ħidma tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ RegHub 2.0 u l-oqsma ta’ għarfien espert tiegħu se jiġu identifikati wara l-plenarja tal-pjattaforma F4F li se ssir fl-4 ta’ Marzu u se tidentifika l-politiki tal-UE li għandhom jiġu investigati.

Sfond:

Dwar in- “Network ta’ Ċentri Reġjonali” (RegHub) : 70 % tal-leġiżlazzjoni tal-UE hija implimentata fil-livell lokali u reġjonali. Għaldaqstant, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom esperjenza siewja u diretta fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni f’kuntatt mill-qrib mal-intrapriżi lokali, l-imsieħba soċjali, is-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini. Permezz tal-Opinjonijiet tiegħu, il-KtR jikkondividi b’mod formali l-pożizzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar il-proposti leġiżlattivi tal-UE. Madankollu, hemm bżonn li jsir użu mill-għarfien tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fi stadju aktar bikri tal-proċess leġiżlattiv tal-UE u li nibbenefikaw mill-esperjenzi tagħhom fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Ir-RegHub jissodisfa din il-ħtieġa billi jiġbor dan l-għarfien tekniku “fuq il-post” u jgħaddih lill-Kummissjoni Ewropea u liż-żewġ leġiżlaturi, sabiex iwassal informazzjoni dwar ir-reviżjonijiet, l-evalwazzjonijiet u l-kontrolli tal-idoneità tagħhom. Bħala l-vuċi istituzzjonali tar-reġjuni u l-bliet fl-UE, il-KtR jinsab f’pożizzjoni unika biex jiġbor flimkien il-kontributi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kollha għal dak il-għan. Huwa għal din ir-raġuni li fl-2019 il-KtR waqqaf proġett pilota li jikkonsisti f’network reġjonali għar-rieżami tal-implimentazzjoni politika tal-UE. L-inizjattiva ġiet aċċettata bħala waħda mir-rakkomandazzjonijiet tat- Task Force dwar is-Sussidjarjetà mwaqqfa mill-president tal-Kummissjoni Ewropea ta’ dak iż-żmien, matul l-ewwel nofs tal-2018. In-network jikkonsisti minn “punti ta’ kuntatt” iddedikati li huma membri tal-persunal ta’ amministrazzjoni lokali jew reġjonali li jiġbru feedback tekniku mill-partijiet interessati dwar l-esperjenza tagħhom ta’ implimentazzjoni “fuq il-post” tal-politiki eżistenti tal-UE. Għaldaqstant, in-network iżid il-perspettiva lokali u reġjonali fit-tfassil tal-politika tal-UE u jkabbar il-bażi ta’ evidenza tagħha.

Dwar il- Pjattaforma Fit For Future (F4F) : Il-Kummissjoni Ewropea se tqis l-opinjonijiet tal-Pjattaforma biex tiżgura li l-liġijiet tal-UE jgħinu, u mhux ifixklu, lin-nies u lin-negozji, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Il-ħidma tal-Pjattaforma se tiffoka fuq suġġetti enfasizzati fi programm ta’ ħidma annwali. Għal kull suġġett, il-Pjattaforma se tiġbor l-evidenza minn diversi partijiet interessati pubbliċi u privati biex, potenzjalment, liġijiet speċifiċi tal-UE jiġu semplifikati u jitnaqqsu l-ispejjeż bla bżonn b’rabta magħhom, mingħajr ma tkun imminata l-kisba tal-għanijiet tagħhom. Wara, il-Pjattaforma se toħroġ opinjonijiet li jqisu l-opportunitajiet tad-diġitalizzazzjoni u d-densità leġiżlattiva. Dawn l-isforzi huma parti mill-aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni huwa parti mill-grupp tal-Gvern tal-Pjattaforma permezz ta’ tlieta mis-sitt presidenti tal-kummissjonijiet tal-KtR tiegħu, flimkien ma’ 27 rappreżentant tal-gvern mill-Istati Membri tal-UE.

Kuntatt:

Marie-Pierre Jouglain

Mobile: +32 (0)473 52 41 15

mariepierre.jouglain@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/DIGITAL-RESILIENCE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LAUNCH-REGIONAL-HUBS-2.0.ASPX

CoR survey on Digital resilience
CoR survey on Digital resilience
23.01.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/MPAA-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LAUNCH-REGIONAL-HUBS-2.0.ASPX

Michałowo wins Mayor Paweł Adamowicz Award for helping refugees on the border with Belarus
Michałowo wins Mayor Paweł Adamowicz Award for helping refugees on the border with Belarus
13.01.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPCOM-2023-CALL-FOR-PROPOSALS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LAUNCH-REGIONAL-HUBS-2.0.ASPX

EuroPCom 2023 - Call for Proposals
EuroPCom 2023 - Call for Proposals
14.12.2022

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SUCCESSFUL-REGHUB-WORKSHOP-BRUSSELS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LAUNCH-REGIONAL-HUBS-2.0.ASPX

Successful RegHub Workshop in Brussels
Successful RegHub Workshop in Brussels
07.12.2022

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/F4F-PLATFORM.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LAUNCH-REGIONAL-HUBS-2.0.ASPX

Feedback from local and regional authorities is crucial for better EU laws
Feedback from local and regional authorities is crucial for better EU laws
06.12.2022