Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-President Lambertz se jagħti d-diskors dwar “L-Istat tal-Unjoni: il-Perspettiva tar-Reġjuni u l-Bliet” 9 ta’ Ottubru, 3 p.m., Brussell #SOTREG  
Il-President tal-Parlament Ewropew se jingħaqad ma’ bliet u reġjuni waqt li dawn jkunu qed jaqsmu fehmiethom dwar l-isfidi ewlenin li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Unjoni Ewropea

II-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), Karl-Heinz Lambertz, se jagħmel it-tieni diskors tiegħu dwar “ L-Istat tal-Unjoni Ewropea: il-Perspettiva tal-Bliet u r-Reġjuni ” fid-9 ta’ Ottubru, fit-3 pm, fi Brussell. Id-diskors se jsir matul sessjoni plenarja waqt dibattitu speċjali dwar “Il-Ġejjieni tal-Ewropa” flimkien mal-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani. Id-dibattitu se jkun segwit mill-adozzjoni tar- rapport tal-KtR dwar “ Il-Ġejjieni tal-Ewropa ”, li hija l-qofol ta’ sentejn ta’ involviment maċ-ċittadini u konsultazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif mitlub mill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk .

Id-diskors tal-President tal-KtR Lambertz se jagħti dimensjoni lokali u reġjonali lill-prijoritajiet tal-UE u ħarsa aktar mill-qrib lejn dak li qiegħed verament jiġri fit-toroq u fit-territorji tal-Ewropa.

Id-diskors se jiffoka fuq l-aktar kwistjonijiet urġenti għall-bliet u r-reġjuni fl-Unjoni Ewropea: in-negozjati li jmiss dwar il-baġit fit-tul tal-UE (ir- rapport tal-KtR se jkun adottat dik il-ġurnata stess), il-futur tal-politika reġjonali tal-UE (il-politika ta’ “koeżjoni”), l-integrazzjoni, id-demokrazija tal-UE (l-inklużjoni ta’ reġjuni u bliet fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE, u inizjattivi fil-livell lokali sabiex iċ-ċittadini jitqarrbu mill-ġdid mal-Ewropa), kif ukoll l-iżvilupp sostenibbli u l-kooperazzjoni territorjali.

Dan l-eżerċizzju għandu jitqies ukoll fil-kuntest usa’ tad-dibattitu politiku kontinwu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa, filwaqt li nħarsu 'l quddiem lejn l-elezzjonijiet Ewropej 2019 u l-Ewropa ta’ wara l-Brexit . F’dan ir-rigward, wara dibattitu mal-President Tajani, il-KtR se jadotta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa , b’riżultat ta’ konsultazzjoni estensiva li laħqet aktar minn 40 000 ċittadin u 110 awtoritajiet lokali u reġjonali fi 30 pajjiż Ewropew.

Fid-diskors tiegħu, il-President Lambertz se jniedi wkoll it-8 Summit Ewropew tal-KtR tar-Reġjuni u l-Bliet, li għandu jiġi organizzat b’mod konġunt mal-Presidenza Rumena tal-UE u l-muniċipalitajiet Rumeni mill-14 sal-15 ta’ Marzu 2019 f’Bukarest. Is-sena d-dieħla, is-Summit se jkun l-akbar laqgħa politika ta’ sindki, presidenti reġjonali u mexxejja lokali minn madwar l-Ewropa b’aktar minn 800 parteċipant, inklużi l-mexxejja tal-istituzzjonijiet tal-UE.

Id-diskors tal-President Lambertz u d-dibattitu se jixxandru dirett fuq www.cor.europa.eu/sotreg.go u fuq Twitter permezz ta’ #SOTREG .

Intervisti mill-midja jkunu jistgħu jiġu organizzati fuq talba

Punt ta' kuntatt għall-midja: PresseCDR | Tel. +32 (0)2 282 24 99 | pressecdr @cor.europa.eu

Araw il-filmat qasir tagħna SOTREG

Nota lill-edituri: " L-Istat tal-Unjoni: il-Perspettiva tar-Reġjuni u l-Bliet " mill-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, għandu l-għan li jagħti rendikont tas-sitwazzjoni attwali tal-bliet u r-reġjuni b'ħarsa lejn l-isfidi ewlenin għall-Ewropa. Wara d-diskors ikun hemm dibattitu waqt il-plenarja flimkien mal-membri kollha tal-KtR u l-politiċi ta’ livell għoli tal-UE.

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/YOUNG-ELECTED-POLITICIAN-PROGRAMME-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LAMBERTZ-STATE-OF-THE-UNION-VIEW-OF-REGIONS-AND-CITIES-OCT-2018.ASPX

Young people entrusted with the responsibilities of elected office in Europe's cities and regions deserve a voice in the policy making process as key players in building European democracy
Young people entrusted with the responsibilities of elected office in Europe's cities and regions deserve a voice in the policy making process as key players in building European democracy
31.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/A-MORE-RESILIENT-INCLUSIVE-AND-DEMOCRATIC-EUROPE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LAMBERTZ-STATE-OF-THE-UNION-VIEW-OF-REGIONS-AND-CITIES-OCT-2018.ASPX

A more resilient, more inclusive and more democratic Europe at the centre of a debate with Oliver Röpke, President of the European Economic and Social Committee
A more resilient, more inclusive and more democratic Europe at the centre of a debate with Oliver Röpke, President of the European Economic and Social Committee
26.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FOSTERING-DIVERSITY-AND-INCLUSION-ON-THE-GROUND.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LAMBERTZ-STATE-OF-THE-UNION-VIEW-OF-REGIONS-AND-CITIES-OCT-2018.ASPX

Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CP-50-EUROPE-DAY-2023-CELEBRATING-EUROPEAN-UNITY-AND-DIVERSITY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LAMBERTZ-STATE-OF-THE-UNION-VIEW-OF-REGIONS-AND-CITIES-OCT-2018.ASPX

Europe Day 2023: celebrating European unity and diversity
Europe Day 2023: celebrating European unity and diversity
27.04.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/INTEGRATION-OF-MIGRANTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LAMBERTZ-STATE-OF-THE-UNION-VIEW-OF-REGIONS-AND-CITIES-OCT-2018.ASPX

Integration of migrants can significantly improve social cohesion at the local level, but legal routes to Europe are vital to avoid further tragedies
Integration of migrants can significantly improve social cohesion at the local level, but legal routes to Europe are vital to avoid further tragedies
30.03.2023