Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-Presidenti tal-UE Juncker u Tajani jiddibattu dwar il-futur tal-Ewropa ma’ mexxejja lokali  
Il-President tal-KtR Lambertz jagħti l-ewwel diskors annwali dwar “L-Istat tal-Unjoni Ewropea: il-Perspettiva tar-Reġjuni u l-Bliet”

Fi Brussell fit-8 ta’ Ottubru se tibda l-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet b’dibattitu bit-titlu “Il-Futur tal-Ewropa hija l-Koeżjoni” mmexxija mill-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) Karl-Heinz Lambertz, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker, il-Kummissarju tal-UE, Corinna Creţu u l-Viċi-President tal-Parlament Ewropew Pavel Telicka. Il-ġurnata ta’ wara fil-preżenza tal-President tal-Parlament tal-UE, il-President Lambertz se jippreżenta l-viżjoni tiegħu għall-futur tal-Ewropa waqt id-diskors annwali tiegħu dwar " L-Istat tal-Unjoni Ewropea: il-perspettiva tar-reġjuni u l-bliet " . Waqt il-plenarja tiegħu l-KtR se jadotta wkoll il-pożizzjoni tiegħu dwar il-Baġit tal-UE u temi bħall-migrazzjoni, ir-riċerka, l-azzjoni klimatika u l-plastik b’użu uniku.

8-11 ta’ Ottubru: is-16-il Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet (#EURegionsWeek)

Taħt it-titolu ' Għal politika ta’ koeżjoni tal-UE b’saħħitha wara l-2020 ’ l- #EURegionsWeek se tiġbor aktar minn 6,000 espert u prattikant tal-politika reġjonali tal-UE, Il-President Juncker se jingħaqad mal- President Lambertz , Il-Kummissarju Creţu and l-Viċi-President Telicka waqt is-sessjoni tal-ftuħ mis-14.30 it-Tnejn 8 ta’ Ottubru. Is-sessjonijiet ta’ ħidma u d-diskussjonijiet li se jsiru matul il-ġimgħa se jeżaminaw il-ħtieġa ta’ Politika ta’ Koeżjoni b’saħħitha wara l-2020.

Ara l- programm tal-midja dedikat; is-sessjoni tal-ftuħ se tixxandar live online fuq il-website tal-KtR.

avvenimenti #CohesionAlliance

Il- #CohesionAlliance , il-koalizzjoni ta’ dawk li jemmnu li l-politika ta’ koeżjoni trid tibqa’ pilastru tal-futur tal-UE, se tiddiskuti l-ewwel kisbiet u n-negozjati li għadhom għaddejjin f’serje ta’ avvenimenti #EURegionsWeek dedikati għall-futur tal-politika ta’ koeżjoni kif ukoll f’ " taħditiet tal-agora " li jinvolvu assoċjazzjonijiet imsieħba u esperti.

Għal iżjed tagħrif, żur: www.santacruzdetenerife.es

9 ta’ Ottubru 3pm: L-Istat Tal-Unjoni: Il-Perspettiva Tar-Reġjuni U L-Bliet""

Id-diskors tal-President Lambertz se jiftaħ il-plenarja tal-KtR billi jiffoka fuq l-aktar kwistjonijiet urġenti għall-bliet u r-reġjuni fl-Unjoni Ewropea illum inklużi: il-baġit fit-tul tal-UE li jmiss (il- pożizzjoni tal-KtR se tkun adottata dik il-ġurnata stess), il-futur tal-politika reġjonali tal-UE, l-integrazzjoni, l-iżvilupp sostenibbli u d-demokrazija tal-UE, b’mod partikolari l-involviment tar-reġjuni u l-bliet fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE, u inizjattivi fil-livell lokali sabiex iċ-ċittadini jitqarrbu mill-ġdid mal-Ewropa.

Dibattitu bejn il-membri tal-KtR u l- President Tajani se jsir wara, u jibda l-ewwel ġurnata tal-plenarja tal-KtR ta’ Ottubru. Id-dibattitu se jkun segwit mill-adozzjoni tar- rapport tal-KtR dwar “ Nirriflettu dwar l-Ewropa: leħen l-awtoritajiet lokali u reġjonali ”, kif mitlub mill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk . Ir-rapport jikkostitwixxi l-qofol ta’ involviment ta’ sentejn ma’ aktar minn 40,000 ċittadin u 110 awtorità lokali u reġjonali.

Id-diskors tal-President Lambertz u d-dibattitu mal-President Tajani se jixxandru dirett fuq l-internet: www.cor.europa.eu/sotreg.go  

9-10 October: Ukoll fuq #CoRplenary Agenda

Il-baġit tal-UE futur 2021-2027

Il-baġit tal-UE u l-prijoritajiet għall-għaxar snin li jmiss se jiġu diskussi fid-dibattitu dwar il-pożizzjoni tal-KtR dwar Il-pakkett tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2021-2027 , mmexxi mir-relatur Nikola Dobroslavić (HR/PPE). L-assemblea wkoll se teżamina f’aktar dettall il-proposti tal-baġit tal-UE li ġejjin:

Orizzont Ewropa: il-Programm Qafas 9 għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ,relatur Christophe Clergeau (FR/PSE)

Faċilità Nikkolegaw l-Ewropa , relatur Isabelle Boudineau (FR/PSE)

  Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) , relatur Nathalie Sarrabezolles (FR/PSE)

Il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri , relatur François Decoster (FR/ALDE)

Proposta għal Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil , relatur Peter Bossman (SI/PSE)

Il-futur tal-programm LIFE (Għall-ambjent u Azzjoni Klimatika) , relatur Marco Dus (IT/PSE)

Opinjonijiet oħra li se jiġu adottati matul il #CoRplenary:

Awtorità Ewropea tax-Xogħol , relatur Doris Kampus (AT/PSE)

Il-kontribut tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE għall-14-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (COP14 tal-KDB) ,relatur Roby Biwer (LU/PSE)

Strateġija Ewropea għall-plastiks f'ekonomija ċirkolari , relatur André van de Nadort (NL/PSE)

Proposta għal direttiva tal-plastik b’użu uniku , relatur Sirpa Hertell (FI/PPE)

L-integrazzjoni tal-isport fl-aġenda tal-UE wara l-2020, relatur Roberto Pella (IT/PPE)

Portijiet Nodfa, Ibħra Nodfa – il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart minn bastimenti , relatur Spyros Spyridon (EL/PPE)

Il-pakkett dwar tassazzjoni ġusta , relatur Paul Lindquist (SE/PPE)

Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali , relatur Domenico Gambacorta (IT/PPE)

Nibnu Ewropa iktar b’saħħitha: ir-rwol tal-politiki taż-żgħażagħ, tal-edukazzjoni u tal-kultura , Relatur: Gillian Ford (UK/AE)

Il-valutazzjoni tar-riskju fil-katina alimentari , relatur Miloslav Repaský (SK/AE)

Patt Ġdid għall-Konsumaturi , relatur Samuel Azzopardi (MT/PPE)

Informazzjoni prattika:

#EURegionsWeek sessjoni tal-ftuħ ;

Fejn: Ċentru tal-Konferenzi SQUARE, Rue Mont des Arts – 1000 Brussell

Data u ħin: it-Tnejn 8 ta’ Ottubru; 2.30pm;

Xandira diretta fuq is- sit elettroniku tal-KtR

Programm tal-mezzi tax-xandir dwar Il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet

#SOTREG & #CoRplenary session:

Post: Bini Charlemagne (Kummissjoni Ewropea), Rue de la Loi, Brussell

Data u ħin: it-Tlieta, 9 ta' Ottubru, 3pm-9pm; l-Erbgħa 10 ta' Ottubru, 9am-1pm

Il-plenarja aġenda & dokumenti

Il-plenarja ser tixxandar dirett fuq is-sit web tal-KtR.

programm tal-mezzi tax-xandir tal-Plenarja

Kuntatt: PresseCdr@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/YOUNG-ELECTED-POLITICIAN-PROGRAMME-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/JUNCKER-AND-TAJANI-DEBATE-FUTURE-OF-EUROPE-WITH-LOCAL-LEADERS.ASPX

Young people entrusted with the responsibilities of elected office in Europe's cities and regions deserve a voice in the policy making process as key players in building European democracy
Young people entrusted with the responsibilities of elected office in Europe's cities and regions deserve a voice in the policy making process as key players in building European democracy
31.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/A-MORE-RESILIENT-INCLUSIVE-AND-DEMOCRATIC-EUROPE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/JUNCKER-AND-TAJANI-DEBATE-FUTURE-OF-EUROPE-WITH-LOCAL-LEADERS.ASPX

A more resilient, more inclusive and more democratic Europe at the centre of a debate with Oliver Röpke, President of the European Economic and Social Committee
A more resilient, more inclusive and more democratic Europe at the centre of a debate with Oliver Röpke, President of the European Economic and Social Committee
26.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FOSTERING-DIVERSITY-AND-INCLUSION-ON-THE-GROUND.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/JUNCKER-AND-TAJANI-DEBATE-FUTURE-OF-EUROPE-WITH-LOCAL-LEADERS.ASPX

Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-POLICIES-FIGHT-SOCIAL-TERRITORIAL-DISPARITIES-PROMOTE-COHESION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/JUNCKER-AND-TAJANI-DEBATE-FUTURE-OF-EUROPE-WITH-LOCAL-LEADERS.ASPX

All European policies must fight social and territorial disparities and promote cohesion
All European policies must fight social and territorial disparities and promote cohesion
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BETTER-PREPARE-FUTURE-CRISES-EXTREME-EVENTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/JUNCKER-AND-TAJANI-DEBATE-FUTURE-OF-EUROPE-WITH-LOCAL-LEADERS.ASPX

Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
24.05.2023