Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Mexxejja lokali: L-Istati Membri tal-UE jridu jżidu l-ambizzjonijiet klimatiċi u jaqblu dwar il-mira ta’ mill-inqas 55% għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-2030  

Il-KtR u l-Ministru Ġermaniża għall-Ambjent jiddiskutu kif jista’ jinkiseb irkupru ekoloġiku, reżiljenti u ġust

Il-mexxejja lokali u reġjonali llum enfasizzaw li l-Ewropa għandha tislet it-tagħlimiet it-tajba mill-kriżi tal-COVID-19 u twitti t-triq għal irkupru ekoloġiku billi tagħti s-setgħa lill-bliet u r-reġjuni tagħha biex imexxu l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Dan il-messaġġ ħareġ mid-dibattitu tal-membri tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ma’ Svenja Schulze, Ministru Federali Ġermaniża għall-Ambjent, il-Konservazzjoni tan-Natura u s-Sikurezza Nukleari. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni appella wkoll lill-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern tal-UE27 biex iżidu l-ambizzjoni tagħhom u jaqblu din il-ġimgħa dwar il-mira ta’ mill-inqas 55 % għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030.

Fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ din il-ġimgħa, il-mexxejja tas-27 Stat Membru tal-UE ser ifittxu li jilħqu ftehim dwar mira ġdida tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030. Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra b’mill-inqas 55% sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990, pożizzjoni appoġġjata mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni. Matul id-dibattitu plenarju tal-Kumitat, li seħħ b’mod virtwali, il-mexxejja tar-reġjuni, il-bliet u l-irħula tal-UE enfasizzaw li l-kriżi tal-COVID m’għandhiex tfixkel l-impenn tal-UE biex tindirizza l-kriżijiet klimatiċi u tal-bijodiversità billi tistabbilixxi mira ġdida aktar ambizzjuża għall-2030. L-implimentazzjoni b’suċċess tal-Patt Ekoloġiku Ewropew – l-istrateġija l-ġdida tal-UE għat-tkabbir – trid tinbidel fi proġetti konkreti lokalment u tkun ibbażata fuq approċċ deċentralizzat.

Apostolos Tzitzikostas , il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u Gvernatur tal-Maċedonja Ċentrali fil-Greċja, qal : "L-ekonomija tagħna u l-klima tagħna jinsabu fil-limitu tagħhom: neħtieġu rkupru Ewropew bilanċjat, ġust u ekoloġiku għal kull reġjun, belt u raħal. L-Istati Membri tal-UE jridu jaqblu li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju b’mill-inqas 55% sal-2030 u japprovaw il-baġit fit-tul u l-pjani ta’ rkupru tal-UE mingħajr dewmien. Dan huwa kruċjali biex titwitta t-triq għal Ewropa newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju sal-2050 u biex tiġi garantita tranżizzjoni rapida lejn ekonomiji aktar sostenibbli, filwaqt li jiġu protetti l-impjiegi u jinħolqu opportunitajiet ġodda.”

Waqt li tkellmet fis-sessjoni plenarja tal-KtR fit-8 ta’ Diċembru, il- Ministru Federali Svenja Schulze qalet: “Bħal fil-ġlieda kontra l-COVID-19, nafu fattur ewlieni ta’ suċċess fil-politika ambjentali u klimatika: kooperazzjoni tajba bejn il-livelli politiċi kollha – Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali. Il-Patt Ekoloġiku huwa l-istrateġija għar-rilanċ ekonomiku tal-Ewropa, li jagħmilha aktar reżiljenti, kompetittiva u abitabbli. Huwa essenzjali li l-Istati Membri dalwaqt jilħqu ftehim dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li tinkludi nefqa enormi fuq il-protezzjoni tal-klima u l-bijodiversità.”

Is-Sindku ta’ Sevilja Juan Espadas (ES/PSE) , President tal- Kummissjoni ENVE tal-KtR u l- Grupp ta’ Ħidma dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali , qal: "L-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19 huwa opportunità biex l-Ewropa tinbena mill-ġdid b’mod sostenibbli u biex titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika tant meħtieġa. M’għandna l-ebda ħin x’naħlu, kemm jekk irridu nsalvaw l-ekonomiji tagħna b’baġit Ewropew b’saħħtu kif ukoll jekk irridu nimplimentaw azzjonijiet klimatiċi kuraġġużi. Il-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030 jista’ jsir waħda mill-kisbiet ewlenin ta’ din il-Presidenza din il-ġimgħa. Il-bliet u r-reġjuni huma lesti li jaġixxu.”

Waqt li wriet l-impenn tal-gvern Ġermaniż għal involviment lokali u reġjonali b’saħħtu fil-politika dwar il-klima, il-Presidenza attwali tal-Kunsill – li se ttemm il-Presidenza tagħha ta’ 6 xhur fil-31 ta’ Diċembru – talbet żewġ Opinjonijiet mill-KtR. L- ewwel waħda tivvaluta l-opportunitajiet ta’ adattament prekawzjonarju għat-tibdil fil-klima u tħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa Strateġija ta’ Adattament tal-UE ġdida b’għanijiet u indikaturi ċari f’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà attiva u tal-proporzjonalità.

Ir-relatur Markku Markkula (FI/PPE) , President tal-Bord tal-Belt ta’ Espoo u Eks President tal-KtR (2015-2017), qal: “It-tmexxija politika għandha tittratta t-tibdil fil-klima bħala emerġenza li jeħtieġ li tiġi indirizzata b’mod kollettiv b’miżuri innovattivi li jeliminaw mentalità limitattiva u l-ostakli kif ukoll li jintegraw il-politiki ta’ mitigazzjoni u adattament. Dan ifisser li tiżdied l-ambizzjoni klimatika għal punt ferm ogħla minn dak li qed tiddiskuti l-UE llum u li l-bliet u r-reġjuni jingħataw l-għodod meħtieġa biex jiżviluppaw soluzzjonijiet ibbażati fuq it-territorju. L-ebda politika ta’ adattament ma hi se taħdem sakemm ma tqisx il-ħtiġijiet, il-fehmiet u l-għarfien espert tar-reġjuni u l-bliet.”

It- tieni Opinjoni , li tiffoka fuq l-impatt tat-tibdil fil-klima fir-reġjuni u tipprovdi l-ewwel valutazzjoni tal-Patt Ekoloġiku, se tiġi ppreżentata nhar l-Erbgħa, mir-relatur Andries Gryffroy (BE/AE). Il-membru tal-Parlament Fjamming qal: “Il-Patt Ekoloġiku se jkun ta’ suċċess biss jekk jappoġġja approċċ minn isfel għal fuq. Aħna nappellaw għal kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea biex jiġi żgurat li r-reġjuni u l-bliet jitqiegħdu fil-qalba tiegħu. Diversi reġjuni u bliet adottaw pjani ta’ tranżizzjoni tal-enerġija jew patti ekoloġiċi lokali. Madankollu dawn rarament jiġu riflessi fil-pjani u l-istrateġiji nazzjonali. Aħna nipproponu li l-gvernijiet sottonazzjonali jkunu involuti bis-sħiħ fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-pjani nazzjonali u jingħataw aċċess aktar faċli u dirett għall-fondi. Aħna ninsabu lesti li naħdmu mal-Kummissjoni u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tagħha biex tiġi stabbilita Tabella ta’ valutazzjoni Ewropea reġjonali, biex jiġi mmonitorjat u segwit il-progress fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, il-politiki u l-finanzjament relatati mal-klima u l-Patt Ekoloġiku fil-livell reġjonali.”

Informazzjoni ta’ sfond

Fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew din il-ġimgħa (10-11 ta’ Diċembru), il-mexxejja tas-27 Stat Membru tal-UE ser ifittxu li jilħqu ftehim dwar mira ġdida tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030. Dan għandu jippermetti lill-UE tippreżenta l-kontribut aġġornat tagħha stabbilit fil-livell nazzjonali għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima qabel tmiem l-2020. Il-Pjan dwar il-Mira Klimatika tal-Kummissjoni Ewropea għall-2030 jipproponi tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra b’mill-inqas 55% meta mqabbla mal-livelli tal-1990, pożizzjoni appoġġjata mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni.

Persuni ta’ kuntatt:

Lauri Ouvinen

Tel. +32 473536887

lauri.ouvinen@cor.europa.eu

David Crous

Tel. +32 470 881 037

david.crous@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-ORGANIC-AWARD-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-RESILIENT-JUST-RECOVERY.ASPX

Burgenland, Vienna and Idanha-a-Nova (Portugal) honoured by EU Organic Awards 2023
Burgenland, Vienna and Idanha-a-Nova (Portugal) honoured by EU Organic Awards 2023
25.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CP90-REACTION-SOTEU.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-RESILIENT-JUST-RECOVERY.ASPX

State of the EU: involving the local and regional level will make Europe stronger, fairer and more democratic
State of the EU: involving the local and regional level will make Europe stronger, fairer and more democratic
13.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-FUNDING-ALERT-AUGUST-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-RESILIENT-JUST-RECOVERY.ASPX

Green Deal Funding Alert - August 2023
Green Deal Funding Alert - August 2023
31.08.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REFORM-EU-ELECTRICITY-MARKET-BOOSTING-ENERGY-TRANSITION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-RESILIENT-JUST-RECOVERY.ASPX

Reform of the EU electricity market: Local action for boosting the energy transition
Reform of the EU electricity market: Local action for boosting the energy transition
06.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REDUCE-POLLUTION-SAVE-LIVES-ENVIRONMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-RESILIENT-JUST-RECOVERY.ASPX

Ambitious targets to reduce pollution will save lives and environment but regions and cities need support to deliver
Ambitious targets to reduce pollution will save lives and environment but regions and cities need support to deliver
06.07.2023