Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Ambizzjoni klimatika akbar u aċċess dirett għall-fondi tal-UE: il-mexxejja lokali jridu li l-Patt Ekoloġiku jsir lokali  

Qabel ma jsir is-Summit kruċjali tal-UE, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) ressaq sensiela ta’ proposti biex il-Patt Ekoloġiku jiġi implimentat fil-livell lokali. F’Opinjoni tar-relatur Andries Gryffroy (BE/AE) , membru tal-Parlament Fjamming, il-bliet u r-reġjuni jitolbu li jkunu fil-qalba tal-inizjattivi tal-Patt Ekoloġiku, u jitolbu aċċess dirett għall-fondi tal-UE u Tabella ta’ Valutazzjoni Reġjonali Ewropea biex jiġu vvalutati l-azzjonijiet u l-impatt klimatiċi tagħhom. Dawn huma xi wħud mill-proposti li jinsabu fl-Opinjoni intitolata “L-impatt tat-tibdil fil-klima fuq ir-reġjuni: valutazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew” . Filwaqt li għadu pendenti l-ftehim dwar il-baġit fit-tul tal-UE, dwar il-pakkett ta’ rkupru u dwar il-mira tal-2030 għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, il-mexxejja lokali jwissu li aktar dewmien ser jipperikola l-irkupru ekonomiku mill-COVID-19, li jaffettwa b’mod sever il-komunitajiet lokali u reġjonali madwar l-UE.

L-azzjoni klimatika u l-Patt Ekoloġiku Ewropew – l-istrateġija tat-tkabbir tal-UE biex tintlaħaq in-newtralità klimatika sal-2050 – jibqgħu/għadhom fuq nett tal-aġenda politika tal-UE. Matul is- sessjoni plenarja ta’ Diċembru 2020 , il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni adotta Opinjoni kruċjali dwar il-Patt Ekoloġiku , li tinkludi rakkomandazzjonijiet fi tliet oqsma: il-governanza, il-finanzjament u l-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ.

Ir-relatur Andries Gryffroy (BE/EA) , membru tal-Parlament Fjamming qal li: “ il-Patt Ekoloġiku se jkun ta’ suċċess biss jekk jappoġġja approċċ minn isfel għal fuq . Aħna nappellaw għal kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri biex jiġi żgurat li r-reġjuni u l-bliet jitqiegħdu fil-qalba tiegħu. Bosta reġjuni u bliet diġà adottaw pjani ta’ tranżizzjoni tal-enerġija u patti ekoloġiċi lokali. Madankollu dawn rarament jiġu riflessi fil-pjani u l-istrateġiji nazzjonali. Aħna nipproponu li l-gvernijiet sottonazzjonali jkunu involuti bis-sħiħ fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-pjani nazzjonali u jingħataw aċċess aktar faċli u dirett għall-fondi. Aħna ninsabu lesti li naħdmu mal-Kummissjoni Ewropea u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tagħha biex tiġi stabbilita Tabella ta’ Valutazzjoni Reġjonali Ewropea, biex jiġi mmonitorjat u segwit il-progress fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, il-politiki u l-finanzjament relatati mal-klima u l-Patt Ekoloġiku fil-livell lokali u reġjonali.”

Dwar il-governanza, il-Kumitat jiddispjaċih li l-kontributi mill-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rigward tal-klima rarament jiġu riflessi fil-pjani nazzjonali mfassla fil-bliet kapitali tal-UE. Il-bliet u r-reġjuni jitolbu li jipparteċipaw b’mod strutturat fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-pjani nazzjonali ta’ rkupru mill-COVID-19 u tal-investimenti tal-Patt Ekoloġiku, u jipproponu konsultazzjonijiet obbligatorji u djalogi f’diversi livelli estiżi għall-oqsma kollha tal-Patt Ekoloġiku, inklużi l-enerġija u l-klima, it-trasport, il-bijodiversità, u l-ekoloġizzazzjoni taż-żoni urbani.

Dwar il-finanzjament, il-membri jwissu dwar ġestjoni ċentralizzata tal-fondi tal-UE. L- Opinjoni tal-KtR dwar il-Patt Ekoloġiku titlob li l-bliet u r-reġjuni jkollhom aċċess dirett għar-riżorsi tal-UE, peress li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma dawk li jimplimentaw il-biċċa l-kbira tal-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ adattament għat-tibdil fil-klima u jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex ikunu jafu r-realtajiet fil-prattika.

Il-proposti attwali dwar il-baġit tal-UE jiddedikaw 30 % għall-azzjoni klimatika. Il-pakkett ta’ rkupru mill-COVID-19, Next Generation EU, jinkludi mill-inqas 37 % tal-infiq relatat mal-klima.

Dwar il-monitoraġġ, il-membri jfakkru li l-mekkaniżmi u l-indikaturi huma meħtieġa biex jiġi vvalutat b’mod preċiż l-impatt tat-tibdil fil-klima fil-livell lokali u reġjonali, kif ukoll biex jiġu ddeterminati l-kisbiet tal-bliet u r-reġjuni fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-kontribut tagħhom għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Il-Kumitat jipproponi li titnieda Tabella ta’ Valutazzjoni Reġjonali Ewropea biex tiġi pprovduta evidenza tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku u l-pjani ta’ rkupru fil-livell lokali. Huma meħtieġa indikaturi sabiex ikun hemm referenza ta’ kull reġjun f’termini tat-tranżizzjoni klimatika tiegħu, kif ukoll biex jiġu identifikati aħjar l-ispeċifiċitajiet, l-isfidi u l-ħtiġijiet tagħhom, u biex jiġi vvalutat l-impatt tal-azzjonijiet klimatiċi.

Qabel is-Summit tal-UE din il-ġimgħa, li għandu l-għan li jilħaq ftehim dwar it-titjib tal-mira tal-UE tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-2030 – u mhux l-inqas ftehim dwar il-baġit fit-tul tal-UE u l-pakkett ta’ rkupru – il-membri kellhom dibattitu ma’ Svenja Schulze , Ministru Federali Ġermaniża għall-Ambjent, il-Konservazzjoni tan-Natura u s-Sikurezza Nukleari. Waqt li fetaħ id-dibattitu, il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, Apostolos Tzitzikostas fakkar li: “L-Istati Membri tal-UE jridu jaqblu li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju b’mill-inqas 55% sal-2030 u japprovaw il-baġit fit-tul u l-pjani ta’ rkupru tal-UE mingħajr dewmien. Il-fondi jeħtieġ li jkunu operattivi sal-ewwel nofs tal-2021. Inkella, ikun tard wisq biex l-UE tgħin tipproteġi l-komunitajiet lokali u tippreserva l-ekonomiji tagħna”.

Informazzjoni ta’ sfond

L-awtoritajiet lokali u reġjonali jadottaw sa 70 % tal-miżuri ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u sa 90 % tal-miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, u huma responsabbli wkoll għal aktar minn 65 % tal-investiment pubbliku relatat mal-klima u l-ambjent fl-UE.

Aqra l-aħħar intervista tagħna mar-relatur Andries Gryffroy (BE/AE) hawnhekk .

Fit-13 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) impenjaw ruħhom għal fażi ġdida ta’ kooperazzjoni biex jitħaffef il-pass tal-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku fir-reġjuni u l-bliet tal-Ewropa. Matul dibattitu ma’ Frans Timmermans, Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea għall-Patt Ekoloġiku Ewropew, huwa appella lill-gvernijiet lokali u reġjonali biex jieħdu s-sjieda u jsawru l-Patt Ekoloġiku fl-oqsma li huma fil-kompetenza tagħhom.  Aqra l-istqarrija għall-istampa hawnhekk.  

Il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali huwa inizjattiva ġdida tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni li għandha l-għan li tqiegħed il-bliet u r-reġjuni fil-qalba tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tiżgura li kemm l-istrateġija tal-UE għat-tkabbir sostenibbli kif ukoll il-pjani ta’ rkupru mill-COVID-19 jissarrfu f’finanzjament dirett għall-bliet u r-reġjuni u proġetti tanġibbli għal kull territorju. Il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali tnieda fil-15 ta’ Ġunju 2020 bil-ħolqien ta’ Grupp ta’ Ħidma speċifiku magħmul minn 13-il membru . Aqra l-istqarrija għall-istampa hawnhekk .

Skopri 200 prattika tajba tal-Patt Ekoloġiku fil- mappa online tagħna .

Għal aktar tagħrif:

Ir-ritratti tal-141 sessjoni plenarja tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni huma disponibbli fil- gallerija Flickr tal-KtR .

Persuna ta’ kuntatt:

David Crous

david.crous@cor.europa.eu

+32 (0) 470 88 10 37

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CITIES-AND-REGIONS-JOIN-FORCES-TO-TACKLE-ENERGY-CRISIS-AND-PUSH-CLIMATE-AMBITION-FORWARD.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREATER-CLIMATE-AMBITION-AND-DIRECT-ACCESS-TO-EU-FUNDS.ASPX

Cities and regions join forces to tackle the energy crisis and push the EU's climate ambition forward
Cities and regions join forces to tackle the energy crisis and push the EU's climate ambition forward
31.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ACTION-PLAN-WITH-ICLEI.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREATER-CLIMATE-AMBITION-AND-DIRECT-ACCESS-TO-EU-FUNDS.ASPX

Action Plan with ICLEI
Action Plan with ICLEI
29.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREENING-OF-PEST-MANAGEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREATER-CLIMATE-AMBITION-AND-DIRECT-ACCESS-TO-EU-FUNDS.ASPX

Local and regional authorities demand a fund for the greening of pest management
Local and regional authorities demand a fund for the greening of pest management
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ASBESTOS-FREE-EUROPE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREATER-CLIMATE-AMBITION-AND-DIRECT-ACCESS-TO-EU-FUNDS.ASPX

Local leaders urge stricter rules and more funds to deliver an asbestos-free Europe
Local leaders urge stricter rules and more funds to deliver an asbestos-free Europe
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BOOSTING-GREEN-INVESTMENTS-INCREASING-FUNDS-KEY-PRIORITY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREATER-CLIMATE-AMBITION-AND-DIRECT-ACCESS-TO-EU-FUNDS.ASPX

Boosting green investments and increasing direct funds for cities and regions remains a key priority for local leaders in 2023
Boosting green investments and increasing direct funds for cities and regions remains a key priority for local leaders in 2023
08.03.2023