Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel ser tattendi l-Plenarja tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fit-13 ta’ Ottubru  

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, Apostolos Tzitzikostas, ser jilqa’ lil Angela Merkel, Kanċillier tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fis-sessjoni plenarja tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (#CoRplenary) fit-13 ta’ Ottubru. Il-Kanċillier Merkel ser tippreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza Ġermaniża tal-UE, tiddiskuti r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pjani ta’ rkupru tal-UE u tniedi riflessjoni dwar il-ġejjieni tal-Ewropa.

Id-dibattitu ser jixxandar dirett fuq l-internet fit- 13 ta’ Ottubru fis-2.30 p.m. (segwih direttament mill- paġna web tal-KtR jew tal- EbS ).

Id-dikjarazzjoni ser tkun segwita minn diskussjoni ta’ siegħa mal-membri tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – mexxejja lokali u reġjonali mill-Istati Membri kollha tal-UE. Id-diskussjoni ser titratta wkoll il-koeżjoni bħala valur fundamentali għall-irkupru tal-Ewropa abbażi tas-sejbiet tal- Barometru Reġjonali u Lokali Annwali . Id-dibattitu ser jiffoka fuq il-valur miżjud ta’ miljun politiku elett fil-livell reġjonali u lokali għall-UE u fuq ir-rwol tagħhom fil-qafas tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa. Ser jiġi diskuss ukoll ir-rwol tal-bliet u r-reġjuni fil-promozzjoni ta’ komunitajiet reżiljenti, sostenibbli u ekoloġiċi.

Sfond:

Il- huwa l-Assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali mis-27 Stat Membru kollha. Inħoloq fl-1994, wara li ġie ffirmat it-Trattat ta’ Maastricht, u l-missjoni tiegħu hija li jinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u li jinfurmahom dwar il-politiki tal-UE. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea jikkonsultaw lill-Kumitat fl-oqsma ta’ politika li jaffettwaw lir-reġjuni u l-bliet. Biex ikunu fuq il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, it-329 membru u t-329 sostitut kollha tiegħu jrid ikollhom mandat elettorali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta fir-reġjuni u l-bliet tagħhom.

Kuntatt:

Michele Cercone

Kelliem tal-President

Tel. +32 (0)498 9823 49

michele.cercone@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HL42---TIMISOARA-CONFERENCE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GERMAN-CHANCELLOR-ANGELA-MERKEL-TO-ATTEND-EUROPEAN-COMMITTEE-OF-THE.REGIONS-PLENARY-ON-13-OCTOBER.ASPX

Legacy of the Conference of the Future of Europe rests on 'implementation'
Legacy of the Conference of the Future of Europe rests on 'implementation'
22.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CIVEX-TIMISOARA.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GERMAN-CHANCELLOR-ANGELA-MERKEL-TO-ATTEND-EUROPEAN-COMMITTEE-OF-THE.REGIONS-PLENARY-ON-13-OCTOBER.ASPX

Ukraine and local democracy: a call for EU support and resilience
Ukraine and local democracy: a call for EU support and resilience
19.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PRESIDENT-CORDEIRO-PRESIDENT-VON-DER-LEYEN.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GERMAN-CHANCELLOR-ANGELA-MERKEL-TO-ATTEND-EUROPEAN-COMMITTEE-OF-THE.REGIONS-PLENARY-ON-13-OCTOBER.ASPX

President Cordeiro discusses with President von der Leyen EU's top priorities to strengthen cooperation and voice the needs of regions and cities
President Cordeiro discusses with President von der Leyen EU's top priorities to strengthen cooperation and voice the needs of regions and cities
05.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-REGIONAL-AND-EUROPEAN-LAWMAKERS-FORM-A-UNITED-FRONT-IN-COMBATING-DISINFORMATION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GERMAN-CHANCELLOR-ANGELA-MERKEL-TO-ATTEND-EUROPEAN-COMMITTEE-OF-THE.REGIONS-PLENARY-ON-13-OCTOBER.ASPX

Local, regional and European lawmakers form a united front in combating disinformation on the ground and call for increased funding to defend democracy
Local, regional and European lawmakers form a united front in combating disinformation on the ground and call for increased funding to defend democracy
05.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PATRICK-MOLINOZ-ELECTED-CHAIR-OF-CIVEX.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GERMAN-CHANCELLOR-ANGELA-MERKEL-TO-ATTEND-EUROPEAN-COMMITTEE-OF-THE.REGIONS-PLENARY-ON-13-OCTOBER.ASPX

Patrick Molinoz, vice-president of Bourgogne-Franche-Comté, elected to chair of CIVEX
Patrick Molinoz, vice-president of Bourgogne-Franche-Comté, elected to chair of CIVEX
21.06.2023