Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-baġit futur tal-UE: L-UE27 iridu jikkontribwixxu aktar biex jipproteġu l-investiment rurali u reġjonali.  

Waqt dibattitu mal-Prim Ministru tal-Bulgarija, Tomislav Donchev, il-mexxejja lokali u reġjonali argumentaw li l-Istati Membri tal-UE iridu jżidu l-kontribuzzjonijiet tagħhom fil-kaxxa tal-UE biex jegħlbu l-isfidi ewlenin li qed jiffaċċja l-blokk. L-impjiegi, it-tkabbir, l-integrazzjoni tal-migranti, l-iżvilupp agrikolu u ekonomiku sostenibbli huma kollha prijoritajiet għall-gvernijiet lokali u reġjonali li talbu li l-Brexit ma jkunx ta’ theddida għall-finanzjament tal-pilastri ewlenin tal-Unjoni Ewropea – jiġifieri l-koeżjoni tal-UE u l-politika agrikola. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) għaldaqstant talab biex il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss – li jistabilixxi l-livelli limiti massimi tan-nefqa annwali għall-politiki kollha tal-UE wara l-2020 – ikun usa’ u mfassal aħjar.

Qabel l-abbozzi tal-proposti tal-QFP li mistennijin ikunu ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea fid-29 ta’ Mejju, il-mexxejja lokali u reġjonali staqsew lill-Istati Membri biex iżidu l-kontribuzzjonijiet tagħhom fil-QFP minn 1.04 % għal 1.3 % tad-Dħul Nazzjonali Gross tal-UE27 biex jiġi assorbit it-tnaqqis finanzjarju kkawżat mill-Brexit u jissolvew sfidi emerġenti bħall-migrazzjoni, il-kontroll tal-fruntieri u d-difiża. Dan kien il-messaġġ ewlieni ta’ Opinjoni mmexxija mill-Marixxall tar-reġjun ta’ Wielkopolska, Marek Woźniak (PL/PPE), u adottata mill-Kumitat fl-1 ta’ Frar.

Il-President tal-KtR, Karl-Heinz Lambertz qal li, " Il-baġit li jmiss tal-UE ser jiddefinixxi it-tip ta’ futur tal-Ewropa li rridu. Jekk irridu Ewropa li tkun aktar ġusta, soċjalment inklużiva, aktar ħadra u li toħloq l-impjiegi, irridu nkomplu ninvestu f’kull reġjun, f’kull komunità u f’kull ċittadin. Irridu niffinanzjaw prijoritajiet ġodda bħas-sigurtà u d-difiża, iżda dawn iridu jiġu ffinanzjati b’riżorsi ġodda u mhux għad-detriment tal-iżvilupp reġjonali u rurali.

Argument kondiviż mill-Viċi Prim Ministru Donchev fejn qal li: “Taħt il-Presidenza Bulgara tal-Kunsill, il-prijorità ewlenija tal-Bulgarija hija li tkun moderatur għal diskussjoni bilanċjata fuq il-kunċett ta’ solidarjetà Ewropea u l-ħtieġa tas-semplifikazzjoni tar-regoli. Iżda fl-istess ħin tkun ġeneratur ta’ ideat, li jwasslu għal Politika ta’ Koeżjoni b’saħħitha u effettiva u għaldaqstant għal reġjuni b’saħħithom u prosperi!”.

l-assemblea politika tal-UE tal-gvernijiet lokali u reġjonali qalet li, biex jitwettqu dawn l-għanijiet, l-Unjoni trid tirriforma s-sistema ta’ finanzjament tagħha, sabiex tippermetti wkoll baġit aktar trasparenti, flessibbli u ambizzjuż. Għandhom jitneħħew ir-rifużjonijiet kollha; għandhom jiġu identifikati sorsi ġodda ta’ dħul finanzjaru – bħat-Taxxa fuq id-Dħul tal-Kumpaniji Ewropea, Taxxa fuq it-Transazzjonijiet Finanzjarji u sistema tal-VAT riformata mill-ġdid biex jitnaqqsu negozjati inċerti bejn l-Istati Membri.

“Il-baġit futur tal-UE irid ikollu riżorsi finanzjarji akbar biex jappoġġja għanijiet u politiki komuni. Il-politika ta’ koeżjoni tal-UE għandha tkun integrata mill-qrib fl-implimentazzjoni tal-viżjoni tal-iżvilupp strateġiku wara l-2020” qal ir-relatur.

Fl-Opinjoni, il-Kumitat itenni t-talba tiegħu li l-perċentwal preżenti tal-baġit tal-UE jitħalla għall-koeżjoni politika wara l-2020, pożizzjoni ewlenija tal- #CohesionAlliance, koalizzjoni minn madwar l-UE kollha li tnediet Ottubru li għadda.

Kuntatt:

Isem

Pierluigi Boda

Tel. +32 (0) 473 851 743

pierluigi.boda@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/RECONSTRUCTION-OF-UKRAINE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FUTURE-EU-BUDGET.ASPX

EU cities and regions' involvement in reconstruction of Ukraine praised
EU cities and regions' involvement in reconstruction of Ukraine praised
17.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/STRONG-COHESION-POLICY-UNITED-FAIRER-FUTURE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FUTURE-EU-BUDGET.ASPX

Only a strong Cohesion Policy can ensure a united and fairer future to the EU
Only a strong Cohesion Policy can ensure a united and fairer future to the EU
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SURVEY-SDG.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FUTURE-EU-BUDGET.ASPX

CoR-OECD-SDSN survey: The role of cities and regions for the SDGs in an uncertain geopolitical context
CoR-OECD-SDSN survey: The role of cities and regions for the SDGs in an uncertain geopolitical context
20.02.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COTER-16-FEB-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FUTURE-EU-BUDGET.ASPX

President Vasco Alves Cordeiro and COTER Chair Emil Boc will lead the work to defend the future of cohesion policy for all European regions
President Vasco Alves Cordeiro and COTER Chair Emil Boc will lead the work to defend the future of cohesion policy for all European regions
16.02.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CURRENT-CRISES-SUSTAINABLE-DEVELOPMENT-GOALS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FUTURE-EU-BUDGET.ASPX

Current crises must lead to a change of pace in achieving Sustainable Development Goals
Current crises must lead to a change of pace in achieving Sustainable Development Goals
08.02.2023