Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
It-tnaqqis fil-finanzjament huwa aċċettabbli biss għal ksur sistemiku tal-istat tad-dritt  
Monitoraġġ aktar profond mill-UE jkun ta’ għajnuna għaċ-ċittadini, għad-demokrazija lokali u għall-ekonomiji lokali.

Il-mexxejja lokali u reġjonali minn madwar l-Unjoni Ewropea kollha taw l-appoġġ tagħhom għal proposti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Parlament Ewropew imfassla biex isaħħu l-istat tad-dritt, inkluża l-possibilità ta’ sanzjonijiet għal ksur “serju u sistemiku”. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) ħeġġeġ ukoll lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jippromovu kultura ta’ rispett għall-istat tad-dritt billi jinvolvu aktar lill-komunitajiet lokali, inklużi l-amministrazzjonijiet pubbliċi u n-“netwerks ta’” ombudsmen li jaħdmu fil-livell lokali u reġjonali.

Ir-rakkomandazzjonijiet , li ġew adottati fit-12 ta’ Frar fl-ewwel plenarja tal-mandat il-ġdid ta’ ħames snin tal-Kumitat, enfasizzaw il-ħtieġa għal proċess usa’ u aktar profond ta’ monitoraġġ, appoġġjat minn riżorsi adegwati. Ir-riżultat għandu jkun valutazzjoni oġġettiva u trasparenti – ibbażata, pereżempju, fuq il-Lista ta’ Kontroll tal-Istat tad-Dritt żviluppata mill-ogħla entità ta' sorveljanza tal-Ewropa għad-drittijiet tal-bniedem, il-Kunsill tal-Ewropa – li tagħmel użu minn serje ta’ laqgħat matul is-sena kollha fil-livell reġjonali u nazzjonali. Il-proċess ikun iwassal għal konferenza annwali f’belt impenjata b’mod partikolari għal governanza tajba. L-Opinjoni tal-KtR tenfasizza b’mod speċifiku s-siwi li jiġu kkonsultati n-netwerks ġudizzjarji u l-komunitajiet legali lokali, u li jiżdied l-appoġġ finanzjarju għas-soċjetà ċivili u l-midja indipendenti, speċjalment fil-livell lokali.

L-Opinjoni ġiet ippreżentata minn Christophe Rouillon , President tal-Partit tas-Soċjalisti Ewropej u Sindku ta’ Coulaines (Franza). Huwa qal li “L-istat tad-dritt mhuwiex biss wieħed mill-valuri komuni fundamentali tal-Unjoni Ewropea, iżda huwa kundizzjoni eżistenzjali għall-funzjonament tagħha. Is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol importanti x’jaqdu fit-tisħiħ tal-istat tad-dritt. Aħna nemmnu li huma meħtieġa sanzjonijiet għal dawk li jiksru l-istat tad-dritt, iżda għal dawk li jwettqu r-reat, mhux għall-vittmi. Dan il-Kumitat ilu jargumenta biex ir-reġjuni u l-bliet tal-Ewropa ma jiġux sanzjonati minħabba ksur tal-istat tad-dritt mill-gvernijiet nazzjonali. B’din l-Opinjoni, stabbilixxejna mezzi kif il-kooperazzjoni aktar profonda mal-komunitajiet lokali – is-soċjetà ċivili tagħhom, id-difensuri legali tagħhom, u l-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom – tista’ tikkontribwixxi għad-difiża u l-promozzjoni ta’ kultura tad-dritt.”

Is-Sur Rouillon żied jgħid li "Ir-rakkomandazzjonijiet tagħna huma sinifikanti għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, din l-Opinjoni turi li l-politiċi lokali u reġjonali minn madwar l-Ewropa jappoġġjaw l-isforzi biex isaħħu l-istat tad-dritt. It-tieni, dawn ir-rakkomandazzjonijiet jipprovdu ideat speċifiċi għal azzjoni fil-livell lokali u reġjonali. Ir-rinforz tal-istat tad-dritt mhuwiex biss kwistjoni ta’ prinċipju; huwa kwistjoni ta’ valur għall-flus. Aħna nemmnu li l-allokazzjoni ta’ flus għal sistemi b’governanza dgħajfa – u, f’xi każijiet, l-imminar sistematiku tal-istat tad-dritt – hija kontroproduttiva u fiha riskju li tipperikola l-fiduċja tal-Ewropej li fuqha huwa mibni l-proġett ta’ integrazzjoni. Monitoraġġ bir-reqqa u aktar fil-fond mill-UE jkun tajjeb għaċ-ċittadini, id-demokrazija lokali, u l-ekonomiji lokali.”

Ir-rapport inbeda u ġie abbozzat minn Franco Iacop (IT/PSE), kap tal-assemblea reġjonali tal-Friuli Venezia Giulia. Is-Sur Rouillon ippreżenta r-rapport peress li s-Sur Iacop tilef il-mandat fil-KtR f’Diċembru.

Ir-rakkomandazzjonijiet jirriflettu l-konvinzjoni li r-realtà tal-governanza fl-Unjoni Ewropea – li tinvolvi lill-politiċi Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali u ’l-amministrazzjonijiet pubbliċi – teħtieġ li l-monitoraġġ tal-istat tad-dritt ma jkunx ristrett għal-livell nazzjonali. Bl-istess loġika, il-KtR talab li l-UE – bħala entità legali – tkun hi stess soġġetta għal monitoraġġ, u sostna li l-UE għandha tibda mill-ġdid il-proċess biex tissieħeb mal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Ideat li l-KtR jixtieq li jiġu esplorati jinkludu mezzi biex jiġi “sfruttat il-potenzjal” tal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali fis-sistema ta’ monitoraġġ. Il-KtR issuġġerixxa wkoll li proġett pilota li jinvolvi grupp ta’ bliet u reġjuni interessati jkun jista’ jgħin biex jiġu rfinati l-kriterji għall-kejl tal-istat tad-dritt.

Kuntatt:

Andrew Gardner

Tel. +32 473 843 981

andrew.gardner@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/YOUNG-ELECTED-POLITICIAN-PROGRAMME-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FUNDING-CUTS-ACCEPTABLE-ONLY-FOR-SYSTEMIC-BREACHES-OF-RULE-OF-LAW.ASPX

Young people entrusted with the responsibilities of elected office in Europe's cities and regions deserve a voice in the policy making process as key players in building European democracy
Young people entrusted with the responsibilities of elected office in Europe's cities and regions deserve a voice in the policy making process as key players in building European democracy
31.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COR-UNICEF-JOIN-FORCES-SUPPORT-INCLUSION-CHILDREN-UKRAINE-.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FUNDING-CUTS-ACCEPTABLE-ONLY-FOR-SYSTEMIC-BREACHES-OF-RULE-OF-LAW.ASPX

European Committee of the Regions and UNICEF join forces to support the inclusion of children from Ukraine
European Committee of the Regions and UNICEF join forces to support the inclusion of children from Ukraine
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FOSTERING-DIVERSITY-AND-INCLUSION-ON-THE-GROUND.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FUNDING-CUTS-ACCEPTABLE-ONLY-FOR-SYSTEMIC-BREACHES-OF-RULE-OF-LAW.ASPX

Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COR-JOINS-HIGH-LEVEL-POLITICAL-CONFERENCE-EMBEDDING-HUMAN-RIGHTS-GRASSROOTS-LEVEL.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FUNDING-CUTS-ACCEPTABLE-ONLY-FOR-SYSTEMIC-BREACHES-OF-RULE-OF-LAW.ASPX

CoR joins the High-level political conference on embedding human rights at grassroots level
CoR joins the High-level political conference on embedding human rights at grassroots level
22.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/8TH-ENLARGEMENT-DAY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FUNDING-CUTS-ACCEPTABLE-ONLY-FOR-SYSTEMIC-BREACHES-OF-RULE-OF-LAW.ASPX

The 8th Enlargement Day, 4-5 May 2023
The 8th Enlargement Day, 4-5 May 2023
18.04.2023