Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Ikel, prodotti agrikoli u spirti: il-mexxejja lokali u reġjonali jilqgħu b’sodisfazzjon reġistrazzjoni semplifikata tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u protezzjoni aħjar kontra l-frodi  

Regoli aħjar u rwol aktar b’saħħtu għall-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-UE huma kruċjali biex tiġi ppreservata l-essenza tal-wirt kulturali u gastronomiku tal-Ewropa, li jammonta għal EUR 74.76 biljun f’bejgħ.

Fl-Opinjoni tiegħu adottata fis-sessjoni plenarja tat-30 ta’ Novembru, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li t-tliet sistemi ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ) jingħaqdu f’sistema unika b’dispożizzjonijiet komuni għall-prodotti agrikoli, il-prodotti tal-ikel, l-inbejjed u l-ispirti. Il-KtR jilqa’ b’mod partikolari d-delega ta’ parti mill-analiżi tad-dossiers lill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea(EUIPO), li għandu għodod effettivi li jistgħu jintużaw għas-servizz tal-produtturi tal-IĠ biex jissemplifikaw il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni, itejbu l-kontroll tal-IĠ u jiġġieldu l-frodi.

L-indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ) huma parti mill-wirt kulturali u gastronomiku tal-Unjoni Ewropea u jammontaw għal EUR 74.76 biljun f’bejgħ, jew 15.5% tal-esportazzjonijiet agroalimentari kollha tal-UE. Fi żmien meta l-prezzijiet tal-materja prima agrikola qed jogħlew, il-ktajjen ta’ produzzjoni ta’ kwalità għolja għandhom impatt kbir fuq l-attività ekonomika u soċjali fir-reġjuni fejn huma integrati, b’mod partikolari minħabba l-effett stabbilizzanti tagħhom fuq l-ekonomiji reġjonali.Dawn jagħmluha possibbli wkoll li jiġu żviluppati l-investiment, ir-riċerka u l-innovazzjoni fir-reġjuni u li jiġi żgurat li l-produtturi jirċievu sehem ġust tal-valur.

Karine Gloanec-Maurin (FR/PSE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Couëtron-au-Perche (Dipartiment ta’ Loir-et-Cher), President tal-Komunità tal-Muniċipalitajiet ta’ Collines du Perche u relatur tal-Opinjoni, qalet: “L-indikazzjonijiet ġeografiċi huma parti integrali tal-identità Ewropea. Min jista’ jimmaġina Franza mingħajr xampanja, l-Italja mingħajr parmiġġjan jew Spanja mingħajr perżut Iberiku?Dawn sawru t-territorji tagħna u għad għandhom rwol fundamentali fl-iżvilupp rurali minħabba li jipprovdu introjtu aħjar għall-produtturi u jgħinu biex iż-żoni rurali jsiru aktar attraenti.Huma l-mudell li għandna nsegwu għall-iżvilupp ta’ agrikoltura Ewropea ta’ kwalità għolja.Huwa għalhekk li l-KtR jappoġġja l-evoluzzjoni tas-sistema tal-IĠ lejn approċċ volontarju favur l-istabbiltà biex iħeġġeġ lill-produtturi u lill-gruppi tal-produtturi jinvolvu ruħhom aktar fit-tranżizzjoni sostenibbli.”

L-MEP u rapporteur dwar ir-riforma tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, Paolo De Castro (IT/S&D), ikkontribwixxa għad-diskussjoni u qal: “Din mhijiex rivoluzzjoni, iżda l-evoluzzjoni ta’ sistema mingħajr paragun fid-dinja, li diġà tiffunzjona billi tiġġenera valur mingħajr il-ħtieġa li jiġu investiti fondi pubbliċi.Sabiex intejbu b’mod effettiv is-sitwazzjoni tal-produtturi ta’ kwalità tagħna, qed naħdmu fuq erba’ pilastri ewlenin: it-tisħiħ tar-rwol tal-gruppi ta’ produtturi; protezzjoni akbar; semplifikazzjoni u kjarifika tar-rwol tal-EUIPO; u s-sostenibbiltà.Għall-ewwel darba, dan ir-Regolament joffri l-possibbiltà li jinħoloq test uniku għall-prodotti kollha ta’ kwalità, mentri jissalvagwardja l-ispeċifiċitajiet ta’ kull settur.Nittama li fil-ġimgħat li ġejjin kulħadd ikun jista’ jikkontribwixxi għat-titjib tat-test, sabiex din il-ħidma ma tkunx opportunità li japprofittaw minnha xi wħud u opportunità mitlufa għal oħrajn.”

Il-punti ewlenin tal-Opinjoni huma:

Il-KtR japprova l-għoti ta’ għarfien espert tekniku mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, li hija n-novità ewlenija f’din ir-riforma proposta mill-Kummissjoni Ewropea. Dan l-għarfien espert jista’ jipprovdi appoġġ importanti għat-tisħiħ tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi. Madankollu, l-indikazzjonijiet ġeografiċi ma għandhomx jiġu ġestiti bħala trademarks, u l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għandha tiċċara li l-kontrolli mill-EUIPO għandhom jitwettqu biss fil-qasam tal-proprjetà intellettwali.

Ir-Regolament għandu jiddefinixxi kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjokulturali li l-Kummissjoni Ewropea tixtieq tistabbilixxi permezz ta’ gruppi ta’ produtturi, sabiex jinżammu taħt il-kontroll sħiħ tal-koleġiżlaturi Ewropej: il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-UE.

Il-gruppi tal-produtturi għandhom jiġu mħeġġa jtejbu l-organizzazzjoni tagħhom sabiex jaħdmu b’mod effettiv u jiżviluppaw governanza kollettiva b’saħħitha tal-IĠ. Madankollu, l-armonizzazzjoni Ewropea m’għandhiex tikkomprometti is-sistemi nazzjonali li diġà huma fis-seħħ u li jaħdmu tajjeb.

– Ir-rikonoxximent tal-kontribut tal-korpi reġjonali u lokali fit-tħejjija u l-finalizzazzjoni tal-proċeduri ta’ reġistrazzjoni huwa pass importanti biex tittejjeb il-kooperazzjoni fost l-atturi kollha involuti.

Il-KtR, bħala l-assemblea tal-UE tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, għandu jkun involut bis-sħiħ fl-evalwazzjoni tas-sistema l-ġdida tal-indikazzjonijiet ġeografiċi minħabba l-impatt territorjali tagħhom.

Sfond

Fl-1 ta’ Jannar 2021, kienu rreġistrati 3 306 indikazzjoni ġeografika fil-livell tal-UE mill-Istati Membri tagħha. Tliet Stati Membri jirrappreżentaw aktar minn nofs l-ismijiet irreġistrati: l-Italja (858 isem), Franza (734 isem) u Spanja (354 isem), segwiti mill-Greċja (270 isem), il-Portugall (190 isem) u l-Ġermanja (167 isem).

Il-biċċa l-kbira tal-IĠ huma rreġistrati fis-setturi tal-inbid u tal-prodotti agrikoli u tal-ikel (49% u 44% tal-ismijiet irreġistrati rispettivament). L-ispirti jirrappreżentaw 7% tal-ismijiet irreġistrati u l-prodotti tal-inbid aromatizzat jammontaw għal 0.2% tal-ismijiet.

Persuna ta’ kuntatt:

Marie-Pierre Jouglain – Uffiċjal tal-Istampa

Tel.: +32 (473) 52 41 15

mariepierre.jouglain@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-POLICIES-FOR-SUSTAINABLE-FOOD-SYSTEMS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FOOD-AGRICULTURAL-PRODUCTS-SPIRITS.ASPX

Local and regional leaders want a stronger role and more coherence in EU policies for sustainable food systems
Local and regional leaders want a stronger role and more coherence in EU policies for sustainable food systems
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BETTER-PREPARE-FUTURE-CRISES-EXTREME-EVENTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FOOD-AGRICULTURAL-PRODUCTS-SPIRITS.ASPX

Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/155-PLENARY-ANNOUNCEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FOOD-AGRICULTURAL-PRODUCTS-SPIRITS.ASPX

On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
23.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-LEADERS-URGE-EUROPEAN-COMMISSION-TO-CREATE-VULNERABILITY-SCOREBOARD.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FOOD-AGRICULTURAL-PRODUCTS-SPIRITS.ASPX

Resilience: Local leaders urge the European Commission to create a vulnerability scoreboard to be better prepared to cope with crises
Resilience: Local leaders urge the European Commission to create a vulnerability scoreboard to be better prepared to cope with crises
31.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LAUNCH-CALL-APPLICATIONS-EU-ORGANIC-AWARDS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FOOD-AGRICULTURAL-PRODUCTS-SPIRITS.ASPX

Call for applications for the EU Organic Awards launched
Call for applications for the EU Organic Awards launched
27.03.2023