Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-mexxejja lokali tal-UE jridu politika ta’ koeżjoni b’pass aktar ħafif, flessibbli u ambizzjuża fil-qofol tal-ġejjieni tal-Ewropa.  

Bis-saħħa tal-politika ta’ koeżjoni, l-UE qed tinvesti EUR 454 biljun bejn l-2014 u l-2020 biex tnaqqas id-disparitajiet u tappoġġja t-tkabbir sostenibbli fir-reġjuni kollha tagħha, fi sħubija mal-awtoritajiet nazzjonali u l-atturi lokali. F’dokument adottat fil-11 ta’ Mejju, ir-reġjuni u l-bliet qalu li din il-politika tat riżultati tanġibbli u għandha tissaħħaħ fil-futur. B’fondi adatti, aktar flessibbiltà, proċeduri eħfef u integrazzjoni aħjar ma’ għodod ta’ investiment oħrajn tal-UE, il-politika ta’ koeżjoni tista’ twassal biex l-irkupru tal-ekonomiji Ewropej ikun aktar mgħaġġel u aktar inklużiv, biex b’hekk l-Unjoni tkun tista’ tindirizza l-isfidi urġenti bħalma huma l-migrazzjoni, it-tibdil fil-klima u r-reżiljenza territorjali.

Permezz tal-opinjoni dwar il-Futur tal-Politika ta’ Koeżjoni wara l-2020, imħejjija minn Michael Schneider, Segretarju tal-Istat ta’ Sassonja-Anhalt u President tal-Grupp tal-PPE tal-KtR, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni huwa l-ewwel istituzzjoni tal-UE li adottat pożizzjoni formali dwar kif għandha tiġi żviluppata l-politika ta’ investiment ewlenija tal-UE għas-27. L-opinjoni hija bbażata fuq l-evidenza minn studji u konsultazzjonijiet, u għandha l-għan li tagħti direzzjoni politika għall-proposti dwar il-baġit tal-UE wara l-2020.

Il-mexxejja lokali u reġjonali tal-UE jgħidu li l-politika tal-koeżjoni futura għandha tkun mibnija bil-kunsiderazzjoni li, matul dawn l-aħħar għaxar snin, mijiet ta’ eluf ta’ proġetti appoġġjati permezz tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE) irnexxielhom joħolqu l-impjiegi, jimmodernizzaw l-infrastruttura, isaħħu l-kapital uman u jtejbu l-kwalità tal-ħajja.

Minkejja dan, ir-reġjuni u l-bliet huma konxji li l-politika ta’ koeżjoni tista’ tiddgħajjef minħabba l-impatt finanzjarju tal-Brexit u l-pressjoni politika biex jiġu ffinanzjati prijoritajiet ġodda bħalma huma d-difiża, is-sigurtà, il-kontrolli fil-fruntieri jew l-għodod ta’ investiment amministrati ċentralment mill-istituzzjonijiet tal-UE. Il-Kumitat jopponi kwalunkwe devjazzjoni tal-fondi u jitlob li, anke wara l-Brexit, il-perċentwali attwali tas-sehem mill-baġit tal-UE allokat għall-politika ta’ koeżjoni jibqa’ l-istess.

Il-migrazzjoni, is-sigurtà jew l-istrumenti ta’ investiment ġodda qed jingħataw aktar attenzjoni fid-dibattitu pubbliku iżda l-politika ta’ koeżjoni ma tistax tingħata l-ġenb fl-istess mument meta aħna qed nippruvaw nindirizzaw l-Ewroxettiċiżmu u niġġieldu favur aktar għaqda fost iċ-ċittadini tagħna. Din hija l-aktar strument Ewropew impressjonanti ta’ solidarjetà u li tneħħi d-distakki bejn il-komunitajiet. Tgħin biex il-benefiċċji tal-integrazzjoni Ewropea jitqassmu b’mod aktar ekwu fost iċ-ċittadini Ewropej u biex titrawwem l-unità tagħna f’dinja li qed tiġi globalizzata ”, qal is-Sur Schneider wara l-votazzjoni fil-plenarja.

Il-Kumitat - l-assemblea tal-Ewropa tar-rappreżentanti reġjonali u lokali - jistieden lill-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-UE u lill-Istati Membri biex joqogħdu fuq il-politika ta’ koeżjoni bħala pjattaforma parteċipatorja, demokratika u miftuħa bl-għan li tingħata spinta ġdida lill-proġett Ewropew, titnaqqas id-distanza bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u ċ-ċittadini, u biex is-solidarjetà tal-UE ssir realtà tanġibbli f’kull rokna tal-Ewropa.

Il-President tal-KtR, Markku Markkula , qal li " L-aħjar mod għall-ġlieda konta l-populiżmu huwa permezz tal-azzjoni. Huwa biss permezz tal-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir madwar ir-reġjuni u l-bliet kollha tal-Ewropa li nistgħu nuru li l-UE hi rilevanti. L-opinjoni ta’ Schneider turi d-determinazzjoni tagħna li l-politika ta’ koeżjoni għandu jkompli jkollha rwol fil- ġejjieni tal-Ewropa. Bħala l-istituzzjoni tal-UE tal-mexxejja reġjonali u lokali, qegħdin inħeġġu l-istabbiliment ta’ alleanza qawwija ta’ dawk kollha favur koeżjoni iktar sempliċi u iktar effettiva li ttejjeb il-ħajja ta’ kuljum ta’ kull ċittadin ”.

Dan l-appell intlaqa’ mill-Kummissarju tal-Baġit tal-UE, Günther H. Oettinger meta qal li: “minkejja li t-tnaqqis huwa inevitabbli u ma jistax jiġi eskluż wara l-Brexit, se nkun qed niġġieled kontra kwalunke tnaqqis mill-politika ta’ koeżjoni”, matul id-dibattitu fil-plenarja, filwaqt li saħaq li “iktar ma nuru l-valur miżjud li ġġib għall-UE, se nkun qed inwasslu aktar il-messaġġ li l-iżvilupp ta’ programm ta’ koeżjoni sostenibbli se jkun ta’ benefiċċju għal kull wieħed minna”.

Sabiex tittejjeb l-effettività tagħha, il-KtR jħeġġeġ lill-UE biex tindirizza l-kumplessità u r-riġidità li qed iżżomm lura r-ritmu fl-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni. Fin-nuqqas ta’ semplifikazzjoni u flessibilità adatti, huma jsostnu li l-ispejjeż amministrattivi eċċessivi,flimkien ma’ inċertezza legali u finanzjarja dejjem akbar, qed jirriskjaw li jheddu l-impatt u l-valur miżjud tal-politika għall-benefiċjarji.

Proposti tal-Kumitat

Fondi adatti : jiġi żgurat li fil-Baġit tal-UE (Qafas Finanzjarju Pluriennali) l-politika ta’ koeżjoni tkun tista’ sserraħ fuq l-istess perċentwal ta’ sehem mir-riżorsi allokati fil-fażi attwali (madwar terz tat-total); fir-rigward tal-bilanċ bejn l-inizjattivi bbażati fuq l-għotjiet u dawk fuq is-self, il-Kumitat huwa kontra kwalunke obbligu sabiex jikber aktar l-użu tas-self matul il-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss. It-taħlita t-tajba ta’ strumenti finanzjarji u għotjiet għandha tiġi deċiża fil-livell lokali mill-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Struttura bażika konsolidata: l-istruttura attwali tal-politika għandha tiġi kkonfermata bit-tliet kategoriji tagħha (reġjuni l-aktar żviluppati, reġjuni fi tranżizzjoni u reġjuni inqas żviluppati) Il-prodott domestiku gross (PDG) reġjonali bħala l-indikatur ewlieni għandu jkun ikkomplementat bi kriterji armonizzati u konsistenti relatati mas-suq tax-xogħol u l-isfidi speċifiċi (soċjali, ambjentali, ġeografiċi, naturali u demografiċi).

Aktar flessibbiltà: titnaqqas il-burokrazija fl-ippjanar u l-ġestjoni tal-Fondi SIE. Il-konċentrazzjoni tematika għandha tinżamm biex jiżdied l-impatt fil-livell lokali, iżda din m’għandhiex tipprekludi s-sostenn finanzjarju għall-infrastruttura fl-oqsma ta’ prijorità. Il-programmi ta’ investiment futuri għandhom ikunu adattabbli permezz ta’ proċeduri semplifikati sabiex jipprovdu rispons għall-kriżijiet u l-avvenimenti mhux previsti (bħalma huma l-flussi intensi tar-refuġjati jew id-diżastri naturali).

Semplifikazzjoni: fil-preżent is-sistema implimentattiva hija regolata żżejjed u kkumplikata wisq, b’numru eċċessiv ta’ rekwiżiti ta’ ġestjoni u ta’ sistemi ta’ kontroll. Għaldaqstant, il-Kumitat irid li l-proċeduri jiġu semplifikati b’mod radikali b’qafas legali ġdid li għandu jiġi ppreżentat qabel il-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni l-ġdid (sa mhux aktar tard minn nofs l-2019). Għandha tiġi evitata kwalunkwe applikazzjoni retroattiva ta’ standards ġodda, filwaqt li r-rekwiżiti ta’ ġestjoni u s-sistemi ta’ kontroll għandhom jiġu semplifikati sabiex l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jkunu jistgħu jagħżlu jekk jimplimentawx il-programmi abbażi tal-liġi nazzjonali jew abbażi tal-liġi tal-UE.

Strateġija komuni: il-KtR jitlob li tiġi evitata d-duplikazzjoni u li tittejjeb il-koordinazzjoni billi jiġi żviluppat Qafas Strateġiku Komuni ġdid li jkopri l-politiki ta’ tkabbir u l-fondi kollha tal-UE li għandhom impatt fuq l-iżvilupp reġjonali, inklużi Fondi SIE, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-programm LIFE, il-programm Orizzont 2020, l-FEIS, il-faċilitajiet ta’ self tal-BEI. B’mod partikolari, il-Fondi SIE u l-FEIS għandhom rwoli u kamp ta’ applikazzjoni differenti iżda, peress li jikkumplementaw lil xulxin, jeħtieġ li jkun aktar faċli li dawn jiġu integrati sabiex jiġu mmobilizzati l-investiment pubbliku u dak privat għal għanijiet strateġiċi.

Sħubija ġenwina: ir-reġjuni u l-bliet jixtiequ li l-Kodiċi ta’ Kondotta dwar is-Sħubija tkun inkluża fir-regolamenti legalment vinkolanti tal-Fondi SIE sabiex jiġi żgurat li l-fondi jkunu ppjanati u ġestiti permezz ta’ kooperazzjoni ġenwina bejn l-UE u l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali.

Governanza ekonomika aħjar: ir-rabta bejn il-Fondi SIE u l-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri fis-Semestru Ewropew jeħtieġu jissaħħu, b’attenzjoni xierqa lid-dimensjoni territorjali tal-programmi ta’ riforma nazzjonali u lir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż. Min-naħa l-oħra, il-Kumitat jixtieq li titneħħa kwalunkwe kundizzjonalità, minħabba r-riskju li l-pjani ta’ investiment tal-bliet u r-reġjuni jispiċċaw ostaġġi minħabba nuqqasijiet tal-gvern nazzjonali.

Għal iktar tagħrif:

Infografika dwar il-futur tal-Politika ta' Koeżjoni

Studji tal-KtR dwar il-futur tal-Politika ta' Koeżjoni

Evalwazzjonijiet tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013

Portal tad-data miftuħa tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE

Stqarrija tal-President Markkula fil-Kunsill Affarijiet Ġenerali tal-25 ta’ April dwar il-Koeżjoni

Kuntatt:
Pierluigi Boda

Tel: +32 2 282 2461

Mowbajl: +32 473 85 17 43

pierluigi.boda@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/DIGITAL-SKILLS-CONNECTIVITY-SMART-VILLAGES.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FLEXIBLE-AND-AMBITIOUS-COHESION-POLICY-.ASPX

Digital skills and connectivity are key to making rural villages 'smart' and attractive
Digital skills and connectivity are key to making rural villages 'smart' and attractive
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/STRONG-COHESION-POLICY-UNITED-FAIRER-FUTURE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FLEXIBLE-AND-AMBITIOUS-COHESION-POLICY-.ASPX

Only a strong Cohesion Policy can ensure a united and fairer future to the EU
Only a strong Cohesion Policy can ensure a united and fairer future to the EU
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CP30-THE-DANGER-OF-A-TALENT-TRAP.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FLEXIBLE-AND-AMBITIOUS-COHESION-POLICY-.ASPX

EU's regions: the danger of a talent trap
EU's regions: the danger of a talent trap
13.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESIONALLIANCE-ARE-YOU-READY-FOR-A-NEW-CHALLENGE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FLEXIBLE-AND-AMBITIOUS-COHESION-POLICY-.ASPX

#CohesionAlliance needs you. Are you ready for a new challenge?
#CohesionAlliance needs you. Are you ready for a new challenge?
08.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HG-11-CORDEIRO-NUEVA-ECONOMIA.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FLEXIBLE-AND-AMBITIOUS-COHESION-POLICY-.ASPX

"If Cohesion policy is in danger, the European Union is in danger", says President Cordeiro in Madrid
"If Cohesion policy is in danger, the European Union is in danger", says President Cordeiro in Madrid
02.03.2023