Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-Finanzjament tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni: tingħata spinta lill-impjiegi u lill-iffrankar tal-enerġija fl-UE  

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Kummissjoni Ewropea jingħaqdu flimkien biex jaċċelleraw il-modifika retroattiva tal-bini pubbliku u privat fil-komunitajiet lokali u reġjonali fl-UE

Ir-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini tal-UE hija essenzjali biex tintlaħaq in-newtralità klimatika sal-2050 u biex tingħata spinta lill-impjieg fl-irkupru ta’ wara l-COVID-19. Minkejja li 75% tal-bini eżistenti fl-UE huwa meqjus bħala ineffiċjenti fl-enerġija, bħalissa 1% biss jgħaddi minn rinnovazzjoni kull sena. Il-bini jirrappreżenta 40% tal-konsum tal-enerġija tal-Ewropa u 36% tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra. Huwa stmat li l-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni tista’ toħloq 160 000 impjieg addizzjonali fis-settur tal-kostruzzjoni sal-2030. Il-kriżi tas-saħħa tal-COVID-19 amplifikat il-ħtieġa li ntejbu l-bini tagħna u neqirdu l-faqar enerġetiku, li għadu jolqot madwar 40 miljun ċittadin fl-UE.

F’sessjoni intitolata Il-Finanzjament tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni , rappreżentanti tal-UE, mexxejja lokali u reġjonali, u esperti minn madwar l-UE ddiskutew l-isfidi u l-opportunitajiet ta’ finanzjament għall-bliet u r-reġjuni biex titħaffef il-modifika retroattiva tal-istokkijiet tal-bini. Il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għandha l-għan li tneħħi l-ostakli għar-rinnovazzjonijiet tal-bini, bħal ostakli strutturali u amministrattivi, nuqqas ta’ investimenti, fallimenti tas-suq, ostakli regolatorji u nuqqas ta’ għarfien espert.

Waqt li fetaħ id-dibattitu, Juan Espadas (ES/PSE) , Sindku ta’ Sivilja u President tal- Kummissjoni ENVE tal-KtR u tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali , qal: “ Illum nafu li parti kbira mill-ġlieda kontra l-kriżi klimatika għandha tkun ikkonċentrata fuq it-tiswija tal-istokk tal-bini tagħna. Il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, bħala pilastru kruċjali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, tirrappreżenta l-okkażjoni f’waqtha biex il-bini pubbliku tagħna, bħall-iskejjel u l-isptarijiet, l-akkomodazzjoni soċjali, u d-djar tagħna jsiru aktar sostenibbli, ekoloġiċi u effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Il-finanzjament ta’ din ir-rivoluzzjoni urbana wiesgħa huwa indispensabbli għas-suċċess tagħha, iżda mhijiex biss kwistjoni ta’ fondi. Jeħtieġ li nżommu l-għanijiet klimatiċi u soċjali flimkien, biex niżguraw li l-ebda persuna jew territorju ma jitħallew jibqgħu lura.”

L-eks President tar-Reġjun tat-Toskana (2010-2020), Enrico Rossi (IT/PSE) , , relatur tal-KtR dwar il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni ( skeda informattiva tal-Opinoni ) u Membru tal-Kunsill Komunali ta’ Signa (Firenze), qal: “ 17 % tal-Ewropej jgħixu fi djar iffullati żżejjed u hemm mill-inqas 34 miljun ċittadin li jbatu mill-faqar enerġetiku. Il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni trid iżżid is-solidarjetà, l-inklużjoni soċjali u tiġġieled il-faqar billi żżid l-investimenti fl-akkomodazzjoni pubblika u soċjali effiċjenti fl-użu tal-enerġija. L-effetti tal-kriżi tas-saħħa fuq l-ekonomija huma estremament serji. It-tisħiħ tal-investiment pubbliku fis-settur tal-kostruzzjoni għandu rwol ewlieni x’jaqdi biex jakkumpanja l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19.”

L-abbozz ta’ Opinjoni tal-KtR dwar il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għandu jiġi adottat fil- laqgħa li jmiss tal-Kummissjoni ENVE fl-1 ta’ Frar , u t-test finali huwa skedat għall-adozzjoni matul is-sessjoni plenarja f’Marzu 2021.

Vlasta Krmelj (SI/PPE) , Sindku ta’ Selnica ob Dravi, Viċi President tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Finanzjament u l-Investimenti tal- FEDARENE u d-direttur ta’ ENERGAP enfasizzat li “ l-aġenziji tal-enerġija fl-Ewropa jinsabu lesti biex jittraduċu l-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni fi programmi konkreti li jingranaw investimenti massivi. Huma faċilitaturi tas-suq b’mandati pubbliċi, li jipprovdu assistenza teknika lill-muniċipalitajiet, ir-reġjuni, il-kumpaniji u ċ-ċittadini, li għandhom il-kapaċità li jlaqqgħu flimkien il-partijiet interessati u l-livelli ta’ governanza. Huma għandhom il-kompetenza u l-għarfien espert għall-bini, it-teknoloġija, il-ktajjen tal-valur kif ukoll esperjenza fl-istrutturar ta’ mudelli ta’ finanzjament b’diversi flussi ta’ finanzjament.”

Mikel Irujo (ES/AE) , Direttur Ġenerali għall-Azzjoni Esterna tal-Gvern ta’ Navarra, iddikjara: “ L-esperjenza tagħna fis-sħubija tal-effiċjenza fl-enerġija tal-Aġenda Urbana hija pożittiva ħafna. Uħud mill-miżuri li ressaqna ġew ikkunsidrati fil-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, bħall-ħtieġa li jinħoloq “punt uniku ta’ servizz” biex iċ-ċittadini jkollhom is-setgħa li jipparteċipaw b’mod attiv fit-tranżizzjoni enerġetika sostenibbli.”

Il-kelliema mistiedna inkludew membru tal- kabinett ta’ Kadri Simson, Kummissarju tal-UE għall-Enerġija u rappreżentanti minn DĠ ENER , DĠ REGIO u EASME , fost oħrajn. Ir-rappreżentant tal- BEI fakkar li l-investimenti pubbliċi mhumiex biżżejjed biex ineħħu d-diskrepanza eżistenti fl-investiment fl-effiċjenza fl-enerġija. Il-ġimgħa li għaddiet, il-KtR u l-BEI ġeddew il-kooperazzjoni tagħhom bi Pjan ta’ Azzjoni konġunt għall-2021 .

L-Istati Membri kollha tal-UE għandhom jistabbilixxu strateġiji nazzjonali ta’ rinnovazzjoni fit-tul bħala parti integrali mill- Pjani Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima (NECPs) tagħhom. Is-suċċess tal-istrateġiji nazzjonali ta’ rinnovazzjoni jiddependi ħafna mill-kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali: ta’ spiss ikunu s-sidien jew jimmaniġġjaw stokkijiet kbar tal-bini u jkunu responsabbli għal terz tal-infiq pubbliku u żewġ terzi tal-investimenti pubbliċi fl-UE. Sfortunatament, konsultazzjoni reċenti (Jannar 2021) mill-KtR u s- CEMR tindika li “bosta gvernijiet tal-UE qed jeskludu r-reġjuni u l-bliet mit-tħejjija tal-pjani ta’ rkupru mill-COVID-19.” .

Sfond:

Il-finanzjament tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni huwa avveniment tal-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali. Bħala parti mill-prijorità tal-KtR li “nibnu komunitajiet reżiljenti” , il- Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali huwa inizjattiva li għandha l-għan li tqiegħed il-bliet u r-reġjuni fil-qalba tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tiżgura li kemm l-istrateġija tal-UE għat-tkabbir sostenibbli kif ukoll il-pjani ta’ rkupru mill-COVID-19 jissarrfu f’finanzjament dirett għall-bliet u r-reġjuni u proġetti tanġibbli għal kull territorju. Il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali tnieda fil-15 ta’ Ġunju 2020 bil-ħolqien ta’ Grupp ta’ Ħidma speċifiku magħmul minn 13-il membru . Sabiex tiġi ispirata u aċċellerata l-azzjoni, il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali jinkludi mappa online b’200 prattika tajba.

Il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni tnediet fl-14 ta’ Ottubru 2020 permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea “Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għall-Ewropa – l-ekoloġizzazzjoni tal-binjiet tagħna, il-ħolqien tal-impjiegi, it-titjib tal-ħajja” . Hija pilastru ewlieni tal- pjan direzzjonali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew .

Il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għandha l-għan li tneħħi l-ostakli għar-rinnovazzjonijiet tal-bini. Il-Grupp ta’ Istituzzjonijiet Finanzjarji għall-Effiċjenza fl-Enerġija ( EEFIG ) identifika sitt tipi ta’ ostakli: ostakli strutturali, ostakli għall-informazzjoni, fallimenti tas-suq, nuqqas ta’ għarfien espert, kombinazzjoni ta’ fatturi li jagħmluha diffiċli biex il-proġetti jiġu aggregati u/jew jitwettqu approċċi distrettwali aktar effiċjenti, u ostakli regolatorji. Dawn l-ostakli kollha jaffettwaw direttament lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u jxekklu l-kapaċità tagħhom li jinvestu aktar fi proġetti effiċjenti fl-enerġija.

Flimkien mad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport u l-ekoloġizzazzjoni tal-bliet, ir-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini tal-UE hija prijorità ewlenija tal- Patt Ekoloġiku . Mhux biss minħabba l-kapaċità potenzjali tagħha li tnaqqas kemm l-użu tal-enerġija kif ukoll l-emissjonijiet tas-CO 2 , iżda wkoll bħala xprun għat-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi. Is-settur tal-kostruzzjoni huwa l-akbar ġeneratur ta’ impjiegi għal kull miljun euro investit ( IEA 2020 ).

Din il-ġimgħa il- Grupp PSE tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni qed jospita sensiela ta’ avvenimenti bit-titlu “Akkomodazzjoni għal Kulħadd: Wasal iż-żmien li l-Ewropa tagħti r-riżultati” .

Persuna ta’ kuntatt:

David Crous

david.crous@cor.europa.eu

+32 (0) 470 88 10 37

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PLENARY-ANNOUNCEMENT-FEBRUARY-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FINANCING-THE-RENOVATION-WAVE.ASPX

Energy and digital transitions in focus at meeting of EU local and regional leaders
Energy and digital transitions in focus at meeting of EU local and regional leaders
03.02.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COP15-.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FINANCING-THE-RENOVATION-WAVE.ASPX

COP15: European Committee of the Regions formally recognised as key partner to implement the Kunming-Montreal global biodiversity framework
COP15: European Committee of the Regions formally recognised as key partner to implement the Kunming-Montreal global biodiversity framework
19.12.2022

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU'S-ZERO-POLLUTION-AMBITION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FINANCING-THE-RENOVATION-WAVE.ASPX

The 'One Health' approach must be at the forefront of the EU's Zero Pollution Ambition
The 'One Health' approach must be at the forefront of the EU's Zero Pollution Ambition
14.12.2022

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/VALEA-JIULUI-DEVELOPMENT-SOCIETY-PROJECT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FINANCING-THE-RENOVATION-WAVE.ASPX

Valea Jiului Development Society Project crowned “Transformative Action of the Year 2022”
Valea Jiului Development Society Project crowned “Transformative Action of the Year 2022”
09.12.2022

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/MORE-AMBITIOUS-BIODIVERSITY-TARGETS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FINANCING-THE-RENOVATION-WAVE.ASPX

EU cities and regions call for more ambitious biodiversity targets
EU cities and regions call for more ambitious biodiversity targets
09.12.2022