Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-mexxejja lokali u reġjonali tal-UE: “Il-ġlieda għad-demokrazija tal-Ukrajna hija l-ġlieda għad-demokrazija tal-Ewropa”  

Il-President Macron u l-President Metsola jindirizzaw 3,000 mexxej lokali u reġjonali li jadottaw il-Manifest ta’ Marsilja, li jistabbilixxi esiġenżi dwar il-futur tal-UE

Matul id- 9 Summit Ewropew tal-Bliet u r-Reġjuni f’Marsilja, il-mexxejja lokali u reġjonali minn madwar l-Ewropa ngħaqdu biex jappoġġjaw lill-Ukrajna fil-gwerra kontra r-Russja u impenjaw ruħhom li jappoġġjaw lill-poplu Ukren. Hekk kif il-gwerra fl-Ukrajna qed turi li d-demokrazija ma tistax titqies bħala fatt, il- Manifest ta’ Marsilja , adottat mis-Summit, jistabbilixxi t-talbiet tiegħu biex iċ-ċittadini jitqiegħdu fil-qalba tad-demokrazija Ewropea.

F’Marsilja, wara li ħabbar il-ħatra ta’ Vitali Klitschko , is-Sindku ta’ Kiev, bħala membru onorarju tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, Apostolos Tzitzikostas , il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Gvernatur tar-Reġjun Grieg tal-Maċedonja Ċentrali, qal : “ Tlett elef persuna f’Marsilja u 1,2 miljun mexxej reġjonali u lokali tal-UE, jinsabu mal-Ukrajna u kontra l-invażjoni tar-Russja. . Ninsabu magħqudin biex ngħinu lill-ġirien tagħna, nindirizzaw l-emerġenza klimatika, niġġieldu l-estremiżmu u nippromovu l-koeżjoni territorjali. Il- Manifest ta’ Marsilja tagħna jappella għal Ewropa li tipproteġi u ttejjeb il-ħajja taċ-ċittadini. Wasal iż-żmien għal demokrazija tal-UE aktar b’saħħitha li tpoġġi lin-nies ta’ kull reġjun, belt u raħal fil-qalba tagħha.”

Renaud Muselier, il-President tar-Reġjun Franċiż ta’ Provence-Alpes-Côte d’Azur u l-Viċi President tar-Reġjuni ta’ Franza ddikjara: “Esperjenzajna dak li qatt ma bsarna: kunflitt armat u mijiet ta’ eluf ta’ refuġjati. Għalhekk, flimkien mal-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u taħt il-patroċinju tal-President tal-Parlament Ewropew, nedejna l-Appell tan-Nofsinhar għall-Ukrajna. 242 reġjun Ewropew, 80 territorju u kważi 89,000 muniċipalità se jiġu mobilizzati biex jappoġġjaw finanzjarjament lill-NGO ACTED, biex jiġu megħjuna l-persuni spostati. Dan huwa appell lill-komunitajiet kollha tal-UE biex jappoġġjaw lill-poplu Ukren u jiġbru aktar minn EUR 20 miljun. Dan l-att huwa prova oħra li t-territorji tagħna, ir-reġjuni tagħna, il-muniċipalitajiet tagħna huma essenzjali għall-UE. Illum, u fi tmiem dan is-Summit, il-President tar-Repubblika Franċiża laqa’ dan l-appell, u saħħaħ id-determinazzjoni tagħna li nappoġġjaw lill-poplu Ukren.”

Il-President tar-Repubblika Franċiża, Emmanuel Macron , li d- diskors tiegħu ngħata mill- President Muselier matul is-Summit, qal, “ Fi żmien meta Franza u l-Ewropa qed jieħdu deċiżjonijiet ta’ appoġġ determinat u sanzjonijiet massivi, naf li t-territorji Ewropej juru l-istess saħħa, l-istess unità. Huma intom, li permezz tat-territorji tagħna, iġġorru dawn il-valuri kostituttivi tal-Ewropa tagħna, dawk li jagħmluna setgħa ta’ paċi, setgħa għas-servizz tal-libertà u l-ġustizzja. L-Appell tan-Nofsinhar għall-Ukrajna, imniedi b’mod konġunt mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-President tiegħu Apostolos Tzitzkostas, u l-President Muselier, huwa tisħiħ umanitarju importanti. Taħt il-patroċinju għoli tal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, u tal-Kummissjoni Ewropea, din l-inizjattiva hija u se tibqa’ tgħodd fil-jiem li ġejjin. Flimkien nuru l-aħjar uċuħ tal-Ewropa. Ewropa magħquda, qrib, ġusta u demokratika. Hija din l-Ewropa li għaliha, illum, il-poplu tal-Ukrajna qed jirreżisti u jiġġieled għaliha. L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jeħtieġu t-territorji tagħhom f’dawn iż-żminijiet diffiċli. Dawn iż-żminijiet juru kemm għandna bżonn insaħħu s-sovranità Ewropea tagħna. L-awtoritajiet lokali għandhom posthom f’din il-ħidma komuni.”

Roberta Metsola , il-President tal-Parlament Ewropew, attendiet is-Summit u enfasizzat : “Ir-reġjuni u l-bliet huma l-qalb tal-Unjoni tagħna. Hemm rwol ċar għall-gvernijiet reġjonali u lokali biex jiżguraw li l-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt ikunu preżenti fil-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini tal-UE. Nafu kemm huma importanti s-sindki u l-gvernaturi lokali tar-reġjuni biex jippromovu u jieħdu ħsieb il-proġett komuni tagħna, il-valuri u l-prinċipji komuni tagħna. Ma nistgħux naqgħu għall-kompjaċenza. Irridu nibqgħu viġilanti. Id-Dar Ewropea tad-Demokrazija tagħna hija prezzjuża. Ser nipproteġuha.”

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissarju għad-Demokrazija u d-Demografija, Dubravka Šuica , qalet: “ Qatt ma nistgħu nieħdu d-demokrazija tagħna bħala fatt, irridu naħdmu għaliha flimkien, kuljum, u fil-livelli kollha. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-avvenimenti tiegħu jippermettu li l-UE tilħaq liċ-ċittadini f’kull rokna tal-Ewropa. Bħala eks sindku nappoġġja s-sejħa tagħkom għal involviment akbar tal-gvernijiet lokali u reġjonali fid-demokrazija Ewropea.”

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Christa Schweng , qalet: “ Dak li qed nixhdu llum, bl-iżviluppi orribbli fl-Ukrajna, huwa attakk veru fuq il-valuri kollha li jgħaqqduna flimkien bħala komunità. Ninsab konvinta ħafna li li tkun Ewropew, l-ewwel nett, ifisser li taderixxi ma’ sett konsistenti ta’ valuri mhux negozjabbli, bħar-rispett tal-libertà, tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali. Dan kollu b’ċittadini kemm irġiel kif ukoll nisa impenjati fil-qalba. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma l-pedament tad-Dar Ewropea tad-Demokrazija konġunta tagħna.”

Vasco Alves Cordeiro , l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, qal: “Il-gwerra fl-Ukrajna u d-diskussjoni tagħna hawnhekk f’Marsilja dwar id-demokrazija Ewropea huma konnessi b’mod qawwi. Ma nistgħux nagħmlu l-iżball li nisseparaw lit-tnejn. Dak li ngħidu fil-Manifest tagħna u dak li rridu nerġgħu nagħtuh il-ħajja huwa dak li qed jiġi attakkat mill-aggressjoni Russa fl-Ukrajna. Din il-gwerra turina li ma nistgħux nieħdu d-demokrazija bħala fatt.”  

Id- Dikjarazzjoni tas-Summit dwar l-Ukrajna tappella lill-UE biex tappoġġja bis-sħiħ lir-refuġjati Ukreni. Id-Dikjarazzjoni tikkundanna bil-qawwa l-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata minn Vladimir Putin kontra l-Ukrajna u tappella lill-UE biex b’mod urġenti tagħti liċ-ċittadini Ukreni li jitilqu mill-pajjiż l-istatus ta’ refuġjati skont il-Liġi tal-UE dwar l-Ażil.

Għalkemm il-gwerra fl-Ukrajna ddominat id-dibattitu, is-Summit ta’ jumejn kellu diskussjonijiet vasti dwar il-futur tal-Ewropa, l-irkupru wara l-pandemija u l-koeżjoni, elementi ewlenin tal-Manifest adottat fi tmiem is-Summit. Il-Manifest ta’ Marsilja fih proposti biex tissaħħaħ il-leġittimità demokratika tal-UE inkluż li r-reġjuni, il-bliet u l-muniċipalitajiet tagħha jiġu modernizzati gradwalment – permezz tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – lil hinn mill-funzjoni konsultattiva attwali tagħhom lejn rwol vinkolanti f’għadd limitat ta’ oqsma ta’ politika b’dimensjoni territorjali ċara filwaqt li tiġi evitata kumplessità addizzjonali fl-UE.

Sfond

Il-Manifest ta’ Marsilja

Dikjarazzjoni dwar l-Ukrajna

Is-sit web tas-Summit

L-album tar-ritratti tas-Summit

Persuni ta’ kuntatt:

Chris Jones // Chris.Jones@cor.europa.eu // +32 (0) 471 70 28 69

David Crous // David.Crous@cor.europa.eu // +32 (0) 470 88 10 37

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-AND-REGIONAL-AUTHORITIES-WILL-BE-KEY-TO-UKRAINE'S-RECONSTRUCTION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FIGHT-UKRAINE-DEMOCRACY-FIGHT-EUROPE-DEMOCRACY.ASPX

Local and regional authorities will be key to Ukraine's reconstruction
Local and regional authorities will be key to Ukraine's reconstruction
26.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ZELENSKYY-PLENARY-MAY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FIGHT-UKRAINE-DEMOCRACY-FIGHT-EUROPE-DEMOCRACY.ASPX

President Zelenskyy to EU's cities and regions: "Thank you for your support!"
President Zelenskyy to EU's cities and regions: "Thank you for your support!"
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COR-UNICEF-JOIN-FORCES-SUPPORT-INCLUSION-CHILDREN-UKRAINE-.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FIGHT-UKRAINE-DEMOCRACY-FIGHT-EUROPE-DEMOCRACY.ASPX

European Committee of the Regions and UNICEF join forces to support the inclusion of children from Ukraine
European Committee of the Regions and UNICEF join forces to support the inclusion of children from Ukraine
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FOSTERING-DIVERSITY-AND-INCLUSION-ON-THE-GROUND.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FIGHT-UKRAINE-DEMOCRACY-FIGHT-EUROPE-DEMOCRACY.ASPX

Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SKILLS-AT-HEART-OF-LOCAL-AND-REGIONAL-ADMINISTRATIONS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FIGHT-UKRAINE-DEMOCRACY-FIGHT-EUROPE-DEMOCRACY.ASPX

Skills at heart of local and regional administrations' annual conference on EU enlargement
Skills at heart of local and regional administrations' annual conference on EU enlargement
11.05.2023