Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Jeħtieġ li r-reġjuni tal-Ewropa jibqgħu atturi ewlenin tal-Politika Agrikola Komuni tal-UE  

Qabel ma ssir votazzjoni kruċjali fil-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (AGRI) tal-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni qed jitlob lir-reġjuni tal-Ewropa jżommu r-rwol ewlieni tagħhom fil-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) tal-UE.

Nhar it-Tnejn waranofsinhar, il-Kumitat AGRI tal-Parlament Ewropew se jorganizza skambju ta’ fehmiet dwar tliet proposti marbuta mal-PAK, li se ssir votazzjoni dwarhom fil-ġimgħat li ġejjin. Fil-forma attwali tiegħu, ir- rapport tal-Kumitat AGRI dwar ir-regolament dwar il-pjani strateġiċi tal-PAK , imfassal minn Esther Herranz Garcia (ES/PPE), se jemarġina u jipperikola r-rwol u l-awtonomija tar-reġjuni tal-Ewropa fil-ġestjoni tal-PAK.

Il-KtR huwa mħasseb b’mod partikolari dwar il-kompromess propost għall-Artikolu 110, li jillimita r-rwol tar-reġjuni b’mod li jkunu jikstgħu biss jimplimentaw miżuri stabbiliti fil-livell nazzjonali. Jekk approċċ organizzattiv bħal dan jiġi applikat għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, ikun hemm riskju ta’ telf ta’ esperjenza maniġerjali miksuba matul is-snin f’ħafna reġjuni Ewropej, iwissi Karl-Heinz Lambertz , il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR).

“Huwa tal-akbar importanza għas-suċċess tal-Politika Agrikola Komuni li jmiss li l-kompromessi miftiehma fost il-koordinaturi politiċi fil-Parlament Ewropew ikun fihom referenza ċara għar-rwol tar-reġjuni bħala awtoritajiet ta’ ġestjoni tal-PAK futura”, jenfasizza l-President Lambertz.

Il-KtR jirrakkomanda politika li żżomm rabta diretta maż-żoni rurali permezz tal-involviment attiv tar-reġjuni tal-UE, inkluż, b’mod kruċjali, rwol fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki agrikoli u tal-iżvilupp rurali fil-livell lokali.

“Il-kumitat tas-sajd fil-Parlament Ewropew ivvota l-ġimgħa l-oħra favur it-tisħiħ tar-rwol u l-awtonomija tar-reġjuni Ewropej fil-ġestjoni tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd. Tkun ħasra jekk il-kumitat AGRI jivvota b’mod oppost għall-ġestjoni tal-PAK u l-fond għall-iżvilupp rurali tagħha. L-appoġġ tal-Parlament Ewropew għalhekk huwa kruċjali f’mument meta l-Istati Membri qed jiddefendu ċ-ċentralizzazzjoni mill-ġdid tal-PAK,” jispjega r-relatur tal-KtR dwar ir-riforma tal-PAK Guillaume Cros (FR/PSE) , Viċi President tar-Reġjun ta’ Occitanie fi Franza.

Għal aktar tagħrif:

Opinjoni tal-KtR dwar Ir-riforma tal-PAK

Kuntatt:

Wioletta Wojewodzka

Tel. +32 2 282 22 89

wioletta.wojewodzka@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/DIGITAL-SKILLS-CONNECTIVITY-SMART-VILLAGES.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPES-REGIONS-MUST-REMAIN-KEY-ACTORS-.ASPX

Digital skills and connectivity are key to making rural villages 'smart' and attractive
Digital skills and connectivity are key to making rural villages 'smart' and attractive
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREENING-OF-PEST-MANAGEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPES-REGIONS-MUST-REMAIN-KEY-ACTORS-.ASPX

Local and regional authorities demand a fund for the greening of pest management
Local and regional authorities demand a fund for the greening of pest management
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/STRONG-ROLE-EU-GOVERNANCE-CARBON-FARMING-AVOID-RISK-FOOD-SECURITY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPES-REGIONS-MUST-REMAIN-KEY-ACTORS-.ASPX

Ir-reġjuni jitolbu rwol b’saħħtu fil-governanza tal-UE b’rabta mas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà tal-ikel
Ir-reġjuni jitolbu rwol b’saħħtu fil-governanza tal-UE b’rabta mas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà tal-ikel
08.02.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PLENARY-ANNOUNCEMENT-FEBRUARY-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPES-REGIONS-MUST-REMAIN-KEY-ACTORS-.ASPX

Energy and digital transitions in focus at meeting of EU local and regional leaders
Energy and digital transitions in focus at meeting of EU local and regional leaders
03.02.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FOOD-AGRICULTURAL-PRODUCTS-SPIRITS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPES-REGIONS-MUST-REMAIN-KEY-ACTORS-.ASPX

Ikel, prodotti agrikoli u spirti: il-mexxejja lokali u reġjonali jilqgħu b’sodisfazzjon reġistrazzjoni semplifikata tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u protezzjoni aħjar kontra l-frodi
Ikel, prodotti agrikoli u spirti: il-mexxejja lokali u reġjonali jilqgħu b’sodisfazzjon reġistrazzjoni semplifikata tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u protezzjoni aħjar kontra l-frodi
01.12.2022