Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Is-Sena Ewropea tal-Ferroviji (2021): Sejħa għal proposti għal avvenimenti  

Il-Kummissjoni Ewropea qed issejjaħ għal proposti għal avvenimenti għall-programm uffiċjali tas-Sena Ewropea tal-Ferroviji 2021. L-ewwel sensiela ta’ sottomissjonijiet hija mitluba għall-11 ta’ Diċembru 2020.

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew iqiegħed is-sostenibbiltà fil-qalba tat-tfassil tal-politika tal-UE. It-trasport jirrappreżenta kwart tal-emissjonijiet kollha tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-UE, u huwa ċar li l-ferroviji għandu jkollhom rwol ewlieni fit-taħlita tat-trasport futura tal-Unjoni – kemm għall-passiġġieri kif ukoll għall-merkanzija. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni pproponiet li l-2021 tkun is-Sena Ewropea tal-Ferroviji , bħala parti mill-isforzi tal-UE biex tmexxi t-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra.

L-involviment attiv tal-partijiet interessati kollha fis-settur ferrovjarju u lil hinn minnu se jkun kruċjali għas-suċċess tas-Sena Ewropea tal-Ferroviji. Il-programm uffiċjali tal-avvenimenti bħalissa qed jitħejja mid-DĠ MOVE tal-Kummissjoni Ewropea, bil-għan li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni attiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll ta’ partijiet interessati reġjonali oħra fl-organizzazzjoni ta’ avvenimenti, konferenzi, dibattiti u dimostrazzjonijiet ta’ proġetti.

Jekk inti ħerqan li “tirkeb il-ferrovija” u tinvolvi ruħek billi tippjana inizjattiva fil-kuntest tas-Sena Ewropea tal-Ferroviji, jekk jogħġbok imla l- formola mudell (formola waħda għal kull inizjattiva) u ibgħatha lid-DĠ MOVE ( MOVE-C3-EUROPEAN-YEAR-RAIL-2021@ec.europa.eu ) b’kopja lis-segretarjat tal-COTER ( COTER@cor.europa.eu ). Id-data tal-għeluq għas-sottomissjonijiet għal inklużjoni possibbli fl-ewwel verżjoni tal-programm uffiċjali hija l-11 ta’ Diċembru 2020.

Għandek xi mistoqsijiet oħra?

Jekk jogħġbok ikkuntattja lil MOVE-C3-EUROPEAN-YEAR-RAIL-2021@ec.europa.eu jew COTER@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PRESIDENT-CORDEIRO-CALLS-FOR-A-EUROPEAN-PARTNERSHIP-PACT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-YEAR-OF-RAIL-2021.ASPX

President Cordeiro calls for a European Partnership Pact to make Cohesion Policy simpler and more flexible in the future
President Cordeiro calls for a European Partnership Pact to make Cohesion Policy simpler and more flexible in the future
29.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COTER-MEETING-26-SEPT-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-YEAR-OF-RAIL-2021.ASPX

Europe needs a stronger and reformed Cohesion Policy to be fit for the future, regions and cities say
Europe needs a stronger and reformed Cohesion Policy to be fit for the future, regions and cities say
26.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-POLICIES-FIGHT-SOCIAL-TERRITORIAL-DISPARITIES-PROMOTE-COHESION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-YEAR-OF-RAIL-2021.ASPX

All European policies must fight social and territorial disparities and promote cohesion
All European policies must fight social and territorial disparities and promote cohesion
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/155-PLENARY-ANNOUNCEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-YEAR-OF-RAIL-2021.ASPX

On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
23.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ARLEM-THIRD-MINISTERIAL-CONFERENCE-SUSTAINABLE-URBAN-DEVELOPMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-YEAR-OF-RAIL-2021.ASPX

ARLEM at the Union for the Mediterranean's third Ministerial Conference on Sustainable Urban Development
ARLEM at the Union for the Mediterranean's third Ministerial Conference on Sustainable Urban Development
15.05.2023