Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Nappellaw għal Tabella ta’ Valutazzjoni Reġjonali ‎ sabiex tiġi mmonitorjata l-azzjoni dwar il-klima tal-bliet u r-reġjuni u jiġi analizzat l-impatt tagħha  

F’din l-intervista. Andries Gryffroy (BE/AE) jwieġeb ħames mistoqsijiet dwar l-impatt tat-tibdil fil-klima fil-bliet u r-reġjoni, u r-rwol tal-Patt Ewkoloġiku Ewropew fil-ġlieda kontra t-tisħin globali filwaqt li jixpruna t-tranżizzjoni lejn soċjetà aktar sostenibbli u reżiljenti. Il-membru tal-Parlament Fjamming jappella għal Tabella ta’ Valutazzjoni Reġjonali sabiex tiġi mmonitorjata l-azzjoni dwar il-klima tal-bliet u r-reġjuni u jiġi analizzat l-impatt tagħha. Din hija waħda mill-proposti ewlenin tal-Opinjoni tiegħu dwar “L-impatt tat-tibdil fil-klima fuq ir-reġjuni: valutazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew” li se tiġi adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Diċembru tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni.

It-tibdil fil-klima u l-Patt Ekoloġiku kif jirrelataw ma’ xulxin?

Permezz tal-inizjattiva Patt Ekoloġiku, l-UE tafferma mill-ġdid l-impenn fit-tul tagħha biex tikseb in-newtralità klimatika sal-2050, u tipproponi strateġija għat-tkabbir li għandha l-għan li tippreserva l-kompetittività tal-UE filwaqt li ssir aktar sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi. Il-Patt Ekoloġiku jista’ jkun strumentali għall-kisba tal-għanijiet klimatiċi tagħna billi jagħti spinta lill-investimenti ekoloġiċi – dment li jippromovi approċċ bilanċjat u mmirat li jqis is-sitwazzjonijiet ekonomiċi u soċjali differenti fir-reġjuni u l-bliet, u dment li jagħti prijorità lill-miżuri kosteffettivi u lis-setturi li għandhom aktar potenzjal għall-ħolqien tax-xogħol. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni b’suċċess tat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika, il-Patt Ekoloġiku jrid jappoġġja approċċ minn isfel għal fuq, ikun kondiviż b’mod ġust bejn it-territorji tal-UE f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, u jippermetti l-flessibbiltà neċessarja sabiex tiġi żgurata l-kosteffettività tiegħu.

X’inhuma l-isfidi ewlenin għall-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jikkombinaw l-irkupru mill-COVID-19 mal-iżvilupp sostenibbli fit-tul?

Il-kriżi tal-COVID-19 uriet il-vulnerabbiltà tas-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna u l-ħtieġa li tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima billi jieħdu azzjonijiet kuraġġużi biex inaqqsu l-emissjonijiet u b’hekk isiru aktar reżiljenti għall-impatt tat-tibdil fil-klima. Fl-istess ħin, il-finanzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huma mhedda serjament minħabba l-kriżi, u dan jipperikola l-kapaċità tagħhom li jipprovdu servizzi pubbliċi u jillimita l-ispazju fiskali għall-investimenti f’teknoloġiji innovattivi u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

Il-gvernijiet sottonazzjonali għandhom għalhekk ikunu involuti bis-sħiħ fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-pjani nazzjonali ta’ rkupru u jingħataw aċċess aktar faċli u dirett għall-fondi. Huwa importanti ferm ukoll li niffukaw fuq inizjattivi li jistgħu jgħinu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet b’inqas spejjeż fit-tul, bħat-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija ( Mewġa ta’ Rinnovazzjoni ), il-mobbiltà sostenibbli, l-enerġija rinnovabbli u l-ekonomija ċirkolari.

Tista’ tispjega l-approċċ ta’ “belt fanal” tiegħek?

L-approċċ ta’ “belt fanal” jimplika mudell fejn belt waħda tkun minn ta’ quddiem f’qasam partikolari u wara tinvolvi lil bliet u muniċipalitajiet interessati oħra permezz tal-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-iskambju tal-aħjar prattiki. Jistgħu jiġu allokati oqsma speċifiċi abbażi ta’ sejħiet għal proġetti, wara l-“belt fanal” tirċievi finanzjament għall-implimentazzjoni ta’ proġetti konkreti u taqsam il-metodi, ir-riżultati u t-tagħlimiet miksuba mal-bliet u l-muniċipalitajiet involuti f’network dedikat. Nafu li l-għarfien huwa disponibbli u li hemm opportunitajiet. Jeħtieġ biss li naqsmu dan l-għarfien u nagħmluh disponibbli għall-oħrajn. Fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, dan l-aħħar nedejna mappa tal-aħjar prattiki li diġà tiġbor 200 proġett. Il-mappa hija parti mill-inizjattiva tagħna l- Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali , li għadha l-għan li turi azzjonijiet fuq il-post proprju sabiex tiffaċilita l-iskambju tal-għarfien u r-replikazzjoni madwar l-UE.

Kif tipproponi li l-fondi tal-UE għandhom jilħqu l-livell sottonazzjonali?

Il-miri ogħla tan-nefqa għal azzjoni relatata mal-klima fil-baġit tal-UE li jmiss għall-perjodu 2021-2027 u l-istrument ta’ rkupru l-ġdid “Next Generation EU”, b’mod partikolari l-allokazzjoni ta’ 37 % tas-EUR 750 biljun tiegħu biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku, se jpoġġu lill-UE fit-triq it-tajba biex tilħaq il-miri klimatiċi. Madankollu, dawn l-istrumenti ta’ finanzjament ewlenin m’għandhomx jinjoraw id-dimensjoni territorjali. Jeħtiġilna niżguraw li l-fondi għall-bliet u r-reġjuni jkunu mfassla sabiex jiżguraw impatt sinifikattiv fuq l-ekonomija lokali.

Minkejja s-sorsi ta’ dħul limitati tagħhom, l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli għal 65 % tal-investiment pubbliku relatat mal-klima u l-ambjent. Għalhekk huwa kruċjali li dawn jirċievu aċċess dirett għall-fondi tal-UE biex iwettqu l-politiki ta’ żvilupp sostenibbli fil-prattika. L-opportunitajiet għal sinerġiji bejn il-Fondi Strutturali Ewropej u l-Istrument għall-Irkupru kif ukoll ma’ programmi oħra bħall-Orizzont Ewropa għandhom jiġu sfruttati biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet ġodda għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u tinħoloq ekonomija lokali aktar reżiljenti u sostenibbli. Il-Pjani Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima jistgħu jsiru s-sinsla tal-irkupru sostenibbli, billi jagħmlu rabta strutturata bejn l-azzjonijiet relatati mal-klima u mal-enerġija, il-ħtiġijiet finanzjarji u l-potenzjal għall-irkupru.

Nafu li l-finanzjament pubbliku mhux se jkun biżżejjed biex jiżgura tranżizzjoni klimatika f’waqtha, għalhekk jeħtiġilna nibnu sħubijiet pubbliċi-privati b’saħħithom, niżviluppaw approċċi parteċipatorji, u nerġgħu naħsbu mill-ġdid il-ktajjen tal-valur. F’dan ir-rigward, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għandu rwol ewlieni, billi jaħdem mill-qrib mar-reġjuni u l-bliet ta’ kull daqs biex jipprovdi assistenza mmirata u appoġġ fit-tranżizzjoni tagħhom lejn mudelli ekonomiċi aktar sostenibbli. Fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, aħna lesti nikkooperaw mal-Kummissjoni Ewropea u mal-BEI biex inqarrbu l-opportunitajiet ta’ finanzjament għall-azzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku lejn il-bliet u r-reġjuni.

Għaliex huwa importanti li tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku? Il-mekkaniżmi eżistenti huma adattati għall-iskop tagħhom?

Ħafna awtoritajiet reġjonali u lokali diġà qed jimplimentaw pjani dwar il-klima, l-enerġija u r-reżiljenza lokali. Madankollu, l-azzjonijiet tagħhom rari jiġu rikonoxxuti u spiss ma jitkejlux jew ma jiġux valorizzati fl-istampa nazzjonali usa’.

Il-pjani u l-kontributi tal-bliet u r-reġjuni jridu jitqiesu f’kull fażi tal-proċess, b’mod kontinwu u strutturat. Diġà jeżistu diversi sistemi ta’ monitoraġġ, iżda mhumiex koordinati biżżejjed ma’ xulxin. Għalhekk huwa importanti li jiġu lokalizzati l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u li jsir użu sħiħ mill-mekkaniżmi eżistenti bħal dawk żviluppati fi ħdan il-Patt tas-Sindki. Jeħtiġilna nkomplu nfittxu approċċi, sinerġiji u komplementarjetajiet kosteffettivi, filwaqt li ntejbu l-monitoraġġ tad-data lokali. Il-mekkaniżmi u l-indikaturi huma meħtieġa biex jiġi vvalutat b’mod preċiż l-impatt tat-tibdil fil-klima fil-livell lokali u reġjonali, iżda wkoll biex jiġu ddeterminati l-kisbiet tal-bliet u r-reġjuni fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u l-kontribut tagħhom għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Dawn l-indikaturi huma meħtieġa sabiex ikun hemm stampa ċara tal-linja bażi ta’ kull reġjun f’termini tat-tranżizzjoni klimatika tiegħu u għalhekk jidentifikaw aħjar l-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet ta’ kull territorju. F’dan ir-rigward, aħna nipproponu t-tnedija ta’ Tabella ta’ Valutazzjoni Reġjonali Ewropea bħala strument li jipprovdi evidenza tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku u l-pjani ta’ rkupru fil-livell lokali. It-Tabella ta’ Valutazzjoni sservi wkoll bħala għodda ta’ għarfien biex tgħin fir-rappreżentazzjoni tad-diversità tal-ħtiġijiet tat-territorji, tidentifika u tirreplika l-aħjar prattiki, inklużi azzjonijiet pilota lesti għall-finanzjament fil-livell lokali u sottonazzjonali.

Informazzjoni ta’ sfond

Fit-13 ta’Ottubru 2020, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) impenjaw ruħhom għal fażi ġdida ta’ kooperazzjoni biex jitħaffef it-twettiq tal-Patt Ekoloġiku fir-reġjuni u l-bliet tal-Ewropa. Matul dibattitu ma’ Frans Timmermans, il-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea għall-Patt Ekoloġiku Ewropew appella lill-gvernijiet lokali u reġjonali biex jieħdu s-sjieda u jsawru l-Patt Ekoloġiku fl-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenzi tagħhom. Aqra l-istqarrija għall-istampa hawnhekk.

Il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali huwa inizjattiva ġdida tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni li għandha l-għan li tqiegħed il-bliet u r-reġjuni fil-qalba tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tiżgura li kemm l-istrateġija tal-UE għat-tkabbir sostenibbli kif ukoll il-pjani ta’ rkupru tal-COVID-19 jissarrfu f’finanzjament dirett għall-bliet u r-reġjuni u proġetti tanġibbli għal kull territorju.

Il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali tnieda fil-15 ta’ Ġunju 2020 bil-ħolqien ta’ Grupp ta’ Ħidma speċifiku magħmul minn 13-il membru . Aqra l-istqarrija għall-istampa hawnhekk.

Skopri 200 prattika tajba tal-Patt Ekoloġiku fil- mappa online tagħna .

Kuntatt għall-Istampa: pressecdr@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-GOING-LOCAL-WORKING-GROUP-ON-MULTIGOVERNANCE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-REGIONAL-SCOREBOARD.ASPX

Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
31.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BETTER-PREPARE-FUTURE-CRISES-EXTREME-EVENTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-REGIONAL-SCOREBOARD.ASPX

Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/155-PLENARY-ANNOUNCEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-REGIONAL-SCOREBOARD.ASPX

On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
23.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-TARGETS-FOR-WASTEWATER-TREATMENT-AND-AIR-QUALITY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-REGIONAL-SCOREBOARD.ASPX

Regions and cities need support to comply with ambitious EU targets for wastewater treatment and air quality
Regions and cities need support to comply with ambitious EU targets for wastewater treatment and air quality
11.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/KIRUNA-DECLARATION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-REGIONAL-SCOREBOARD.ASPX

Kiruna declaration calls for more support to remote areas to achieve just transition
Kiruna declaration calls for more support to remote areas to achieve just transition
28.04.2023