Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
It-tikketta tar-Reġjun Intraprenditorjali Ewropew 2021 se tippremja l-intraprenditorija ekoloġika u sostenibbli  

L-iskema ta’ suċċess tar-Reġjun Intraprenditorjali Ewropew (EER), li għalqet 10 snin din is-sena, ġiet immodernizzata u mġedda għall-ħames snin li ġejjin. Kull sejħa annwali għall-applikazzjonijiet bejn l-2021 u l-2025 se jkollha tema ewlenija, marbuta mal-aġenda politika tal-UE u rilevanti għal-livell reġjonali u lokali. It-tikketta EER 2021 se tkun iddedikata għall-promozzjoni tal-intraprenditorija għal futur ekoloġiku u sostenibbli u r-reġjuni u l-bliet tal-UE jistgħu japplikaw sal-31 ta’ Marzu 2020.

Markku Markkula , l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, ħabbar iċ-ċiklu l-ġdid tal-għoti tal-premju tal-EER waqt l- Assemblea tal-SMEs tal-2019 tal-Kummissjoni Ewropea f’Ħelsinki. Waqt iċ-ċerimonja annwali tal- Premju Ewropew għall-Promozzjoni tal-Intrapriża fis-26 ta’ Novembru, is-Sur Markkula qal, “Ir-reġjuni u l-bliet jistgħu jagħtu l-aħjar riżultati fir-rigward tal-prijoritajiet politiċi l-ġodda tal-Kummissjoni Ewropea billi jsaħħu l-intraprenditorija u l-SMEs, jimmobilizzaw ir-riżorsi għar-riċerka u l-innovazzjoni, jinvestu fl-edukazzjoni u l-ħiliet u jippromovu l-kollaborazzjoni interna u esterna u t-trasferiment tal-għarfien.”

“Biex nindirizzaw l-aktar sfidi ekonomiċi u soċjetali urġenti ta’ żminijietna, jeħtieġ ukoll li nimmobilizzaw l-isforzi tar-reġjuni u l-bliet tal-UE biex imexxu ‘l quddiem l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli. Għalhekk, il-promozzjoni tal-intraprenditorija għal futur ekoloġiku u sostenibbli hija t-tema ewlenija għall-kampanja tal-EER 2021. B’dan il-mod qed inħeġġu lir-reġjuni u lill-bliet tal-UE jimmobilizzaw ir-riżorsi u jipproponu inizjattivi li jappoġġjaw il-bidla fis-sostenibbiltà tal-ekonomiji tagħhom", ikkonkluda l-Ewwel Viċi President Markkula.

Il-Kummissjoni għall-Politika Ekonomika (ECON), li hija waħda mis-sitt kummissjonijiet tematiċi fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, organizzat seminar fl-Assemblea tal-SMEs 2019 fi sħubija mal-Kunsill Reġjonali ta’ Ħelsinki-Uusimaa. Il-kelliema mistiedna, fosthom ir-relaturi tal-KtR dwar il-politika industrijali ( Jeannette Baljeu , NL/RE) u l-politika dwar l-SMEs ( Tadeusz Truskolaski , PL/AE), enfasizzaw li l-istrateġija l-ġdida għall-SMEs u l-industrija tal-Kummissjoni Ewropea l-ġdida għandha tikkontribwixxi għat-tisħiħ u l-konnessjoni ta’ ekosistemi intraprenditorjali reġjonali madwar l-Ewropa, filwaqt li tindirizza l-isfidi tat-tiġdid industrijali u s-sostenibbiltà.

Aktar informazzjoni:

It-tikketta tal-EER tingħata kull sena mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni lil massimu ta’ tliet bliet jew reġjuni li għandhom strateġiji eċċezzjonali orjentati lejn il-futur biex jappoġġjaw l-SMEs, in-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu. Li tingħata l-premju ta’ Reġjun Intraprenditorjali Ewropew jagħti rikonoxximent u viżibilità lill-istrateġiji intraprenditorjali lokali jew reġjonali u jipprovdi aċċess għal netwerk ta’ msieħba potenzjali. Il-Premju tar-Reġjun Intraprenditorjali Ewropew għall-2020 ingħata lil dawn ir-reġjuni: Gdansk u r-Reġjun ta’ Pomorskie (il-Polonja), ir-Reġjun Intraprenditorjali ta’ Gothenburg (l-Iżvezja) u r-Reġjun ta’ Navarra (Spanja).

Filmat promozzjonali tas-sejħa għall-premju tal-EER 2021

Sit web tar-Reġjuni Intraprenditorjali Ewropej (EER)

Kuntatt:

Lauri Ouvinen

Tel. +32 22822063

lauri.ouvinen@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REGIONAL-COMPETITIVENESS-INDEX-2022.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-ENTREPRENEURIAL-REGION-LABEL-2021-WILL-REWARD-GREEN-AND-SUSTAINABLE-ENTREPRENEURSHIP.ASPX

Regional Competitiveness Index 2022: Europe needs strong investment on cohesion to tackle territorial competitive gaps
Regional Competitiveness Index 2022: Europe needs strong investment on cohesion to tackle territorial competitive gaps
28.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-ENTREPRENEURIAL-REGION-AWARD-2024-APPLICATIONS-OPEN.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-ENTREPRENEURIAL-REGION-LABEL-2021-WILL-REWARD-GREEN-AND-SUSTAINABLE-ENTREPRENEURSHIP.ASPX

Ċerimonja tal-għoti tal-premju Reġjun Intraprenditorjali Ewropew 2024: l-applikazzjonijiet jinsabu miftuħin għall-bliet u r-reġjuni li jippromovu tkabbir sostenibbli, reżiljenti u diġitali
Ċerimonja tal-għoti tal-premju Reġjun Intraprenditorjali Ewropew 2024: l-applikazzjonijiet jinsabu miftuħin għall-bliet u r-reġjuni li jippromovu tkabbir sostenibbli, reżiljenti u diġitali
30.11.2022

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ARLEM-8-NOVEMBER-2022.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-ENTREPRENEURIAL-REGION-LABEL-2021-WILL-REWARD-GREEN-AND-SUSTAINABLE-ENTREPRENEURSHIP.ASPX

Young Egyptian entrepreneur wins Mediterranean award
Young Egyptian entrepreneur wins Mediterranean award
08.11.2022

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CALL-FOR-NEW-RULES-PROTECTING-INDUSTRIAL-CRAFT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-ENTREPRENEURIAL-REGION-LABEL-2021-WILL-REWARD-GREEN-AND-SUSTAINABLE-ENTREPRENEURSHIP.ASPX

European lawmakers take up regions' and cities' call for new rules protecting industrial and craft products at EU level
European lawmakers take up regions' and cities' call for new rules protecting industrial and craft products at EU level
12.10.2022

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ECON-MEETING-22-23-SEPTEMBER.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-ENTREPRENEURIAL-REGION-LABEL-2021-WILL-REWARD-GREEN-AND-SUSTAINABLE-ENTREPRENEURSHIP.ASPX

Local support for SMEs urgently needed to face the energy crisis
Local support for SMEs urgently needed to face the energy crisis
23.09.2022