Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Ċerimonja tal-għoti tal-premju Reġjun Intraprenditorjali Ewropew 2024: l-applikazzjonijiet jinsabu miftuħin għall-bliet u r-reġjuni li jippromovu tkabbir sostenibbli, reżiljenti u diġitali  

Il-bliet, ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet Ewropej li jixtiequ juru, jikkondividu u jarrikkixxu l-istrateġija u l-esperjenza tagħhom fil-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli issa jistgħu japplikaw għall-edizzjoni tal-2024 tal-premju Reġjun Intraprenditorjali Ewropew (EER), promoss mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR). Taħt it-tema ġenerali “Bliet u reġjuni fit-triq lejn tkabbir sostenibbli, reżiljenti u diġitali”, l-EER 2024 se jenfasizza l-azzjonijiet lokali u reġjonali li tul is-sentejn li ġejjin se jappoġġjaw it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-SMEs, it-tisħiħ tal-kompetittività u r-reżiljenza fit-tul tal-ekonomiji lokali tagħhom. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jressqu l-istrateġiji tagħhom sad-29 ta’ Marzu 2023.

Il-ftuħ tas-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-premju EER 2024 tħabbar matul l-Assemblea tal-SMEs fi Praga, l-aktar avveniment sinifikanti għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fl-Ewropa, organizzat mill-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-Presidenza Ċeka tal-Kunsill tal-UE.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, Vasco Alves Cordeiro, qal: “Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-membri tiegħu jemmnu bis-sħiħ fis-saħħa li għandha l-azzjoni minn isfel għal fuq li tappoġġja l-intraprenditorija bħala l-kontribut tagħna għal ekonomija aktar innovattiva, sostenibbli u diġitali fl-Ewropa ffukata fuq il-benesseri tan-nies u l-ambjent.Ir-Reġjun Intraprenditorjali Ewropew sar tikketta ta’ eċċellenza rikonoxxuta, li tgħaqqad reġjuni tal-istess fehma f’network Ewropew u tappoġġja l-kollaborazzjoni tagħhom u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn il-fruntieri.

L-appoġġ għall-SMEs u l-attività intraprenditorjali minn isfel għal fuq huwa wieħed mill-prijoritajiet tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni. Permezz tal-inizjattiva EER, il-KtR jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-SMEs u l-prijoritajiet ewlenin tal-aġenda strateġika tal-UE 2019-2024 fil-livell reġjonali u lokali. It-tikketta EER hija opportunità għall-atturi lokali u reġjonali biex juru r-rwol kruċjali li għandhom l-SMEs u l-intraprendituri fit-tmexxija tal-ekonomija tal-UE lejn tranżizzjoni ekoloġika u diġitali u fit-tisħiħ tar-reżiljenza tal-ekonomija f’xenarju ġeopolitiku li qed jinbidel malajr. Din il-ħidma hija saħansitra aktar importanti fix-xenarju attwali, kif enfasizzat mill-mexxejja reġjonali u lokali matul laqgħa tal-Kummissjoni għall-Politika Ekonomika tal-KtR fi Zwolle fit-22-23 ta’ Settembru, fejn il-membri tal-KtR appellaw b’mod urġenti għal miżuri ta’ għajnuna tal-UE biex jgħinu lin-negozji jlaħħqu mal-konsegwenzi tal-prezzijiet tal-enerġija li qed jogħlew, l-inflazzjoni, u l-konġestjonijiet fil-katina tal-provvista filwaqt li fakkru li l-għanijiet fit-tul tal-UE dwar it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali se jinkisbu biss jekk il-qafas ta’ politika tal-UE jkun kompletament adattat għall-SMEs u appoġġjat minn finanzjament robust.

Id-dettalji u l-informazzjoni dwar kif tapplika għall-premju EER tal-2024 jinsabu fuq il-paġna web iddedikata.

Aktar informazzjoni:

Il-premju Reġjun Intraprenditorjali Ewropew (EER) huwa proġett li jidentifika u jippremja kull sena sa 3 territorji tal-UE li qed iwettqu strateġija ta’ politika intraprenditorjali mill-aqwa u innovattiva, irrispettivament mid-daqs, il-ġid jew il-kompetenzi tagħhom. It-territorji bil-pjan l-iżjed kredibbli, promettenti u li jħares ’il quddiem jingħataw it-tikketta “Reġjun Intraprenditorjali “Ewropew” għas-sena ta’ wara.

It-tikketta tal-EER twaqqfet bi sħubija mal-Kummissjoni Ewropea u hija appoġġjata minn partijiet interessati fil-livell tal-UE, bħalSME United,Eurochambres, Social Economy Europe u EURADA.

Ir-rebbieħa tal-premjijiet tal-EER 2023 kienu: Barċellona (Spanja), Penela (il-Portugall) u Vorpommern (il-Polonja).

Ir-rebbieħa tal-edizzjoni tal-2024 se jitħabbru matul is-sessjoni plenarja tal-KtR f’Lulju 2023.

Aktar informazzjoni dwar il-premju tar-Reġjun Intraprenditorjali Ewropew, inkluża lista tar-rebbieħa preċedenti mill-2011 ’il hawn, tinsabhawnhekk.

Kuntatt:

Piotr ZajaczkowskiTel. +32 (0) 22822401eer-cdr@cor.europa.eu

Għal mistoqsijiet tal-istampa:

Theresa Sostmann

Tel. +32 475999415

Theresa.Sostmann@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SME-PROOF-EU.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-ENTREPRENEURIAL-REGION-AWARD-2024-APPLICATIONS-OPEN.ASPX

Regions and cities call for simplified, SME-proof EU regulatory framework
Regions and cities call for simplified, SME-proof EU regulatory framework
03.04.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REGIONAL-COMPETITIVENESS-INDEX-2022.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-ENTREPRENEURIAL-REGION-AWARD-2024-APPLICATIONS-OPEN.ASPX

Regional Competitiveness Index 2022: Europe needs strong investment on cohesion to tackle territorial competitive gaps
Regional Competitiveness Index 2022: Europe needs strong investment on cohesion to tackle territorial competitive gaps
28.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CLEAR-RULES-DATA-SHARING-FAIR-SHORT-TERM-RENTAL.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-ENTREPRENEURIAL-REGION-AWARD-2024-APPLICATIONS-OPEN.ASPX

Tourism: clear rules and data sharing are the only way to ensure a fair short-term rental market in Europe
Tourism: clear rules and data sharing are the only way to ensure a fair short-term rental market in Europe
15.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/NAT-SHORT-TERM-RENTAL.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-ENTREPRENEURIAL-REGION-AWARD-2024-APPLICATIONS-OPEN.ASPX

Tourism: regions and cities need transparency rules and access to data in order to regulate short-term rentals
Tourism: regions and cities need transparency rules and access to data in order to regulate short-term rentals
31.01.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ECON.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-ENTREPRENEURIAL-REGION-AWARD-2024-APPLICATIONS-OPEN.ASPX

EU regional and local leaders assess the local dimension of sustainable development, economic recovery and Single Market
EU regional and local leaders assess the local dimension of sustainable development, economic recovery and Single Market
07.12.2022