Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ser jaħtar President ġdid  
Ukoll fuq l-aġenda ta’ #CoRplenary tat-12 u t-13 ta’ Lulju: il-prijoritajiet tal-Presidenza Estonjana, ir-reviżjoni tal-Orizzont 2020, ir-riforma tal-PAK, it-tnedija tal-inizjattiva tal-UE dwar xarabanks nodfa u l-“Pakkett tax-Xitwa ” tal-UE dwar l-enerġija

Fit-12 ta’ Lulju, wara li mexxa l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) għal sentejn u nofs, Markku Markkula (FI/PPE) huwa mistenni li jgħaddi l-Presidenza lil Karl-Heinz Lambertz (BE/PSE). Il-membri tal-KtR ser jiltaqgħu wkoll fi Brussell biex jiddiskutu politiki ewlenin tal-UE, bħalma huma l-Politika Agrikola Komuni wara l-2020, u “l-Pakkett tax-Xitwa” reċenti tal-UE dwar l-enerġija. Il-Kummissarju Moedas ser imexxi diskussjonijiet dwar ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-programm ta’ riċerka l-Orizzont 2020 u l-Kummissarju għat-Trasport Bulc ser tissieħeb mal-membri tal-KtR biex flimkien jiddiskutu l-futur ta’ mobilità b’livell baxx ta’ emissjonijiet u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. L-azzjoni globali għas-sostenibbiltà ser tkun ukoll fuq quddiem nett tal-aġenda b’ideat dwar kif il-bliet u r-reġjuni jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU. Iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni b’rabta mal-edizzjoni tal-2018 tar -Reġjun Intraprenditorjali Ewropew (EER) ser issir fit-12 ta’ Lulju, u matulha ser jiġu ċċelebrati t-tliet rebbieħa ġodda ta’ dis-sena.

Il-prijoritajiet tal-Presidenza Estonjana tal-UE

Matti Maasikas , Viċi Ministru Estonjan għall Affarijiet tal-UE, huwa mistenni li jippreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza Estonjana tal-Kunsill Ewropew – li bdiet fl-1 ta’ Lulju li jinkludu bosta oqsma ta’ prijorità għar-reġjuni u l-bliet tal-Ewropa.

Ir-riforma tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2020

Ir-rakkomandazzjonijiet għar-riforma tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2020 ġew abbozzati minn Guillaume Cros (FR/PSE) u, flimkien mal-pożizzjoni tiegħu dwar il-politika ta’ koeżjoni tal-UE adottata f’Mejju, il-KtR ser juri kif l-akbar żewġ partiti baġitarji tal-UE jistgħu jissawru mill-ġdid fil-futur. Czesław Adam Siekierski, President tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Parlament Ewropew, ser jingħaqad fid-dibattitu.

Orizzont 2020: il-futur tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa

Fl-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal- Orizzont 2020, il-KtR ser jenfasizza l-importanza ċentrali tar-riċerka u l-innovazzjoni fuq il-prospetti fit-tul tal-ekonomija Ewropea. Carlos Moedas, Kummissarju Ewropew għar-Riċerka, ix-Xjenza u l-Innovazzjoni, ser jiddiskuti r-rakkomandazzjonijiet tal-KtR, li tħejjew minn Christophe Clergeau (FR/PSE).

It-trasport fl-Ewropa: it-tnedija tal-inizjattiva fil-livell tal-UE għal xarabanks nodfa

Violeta Bulc, Kummissarju tal-UE, ser tiddiskuti l-isfidi tat-trasport mal-membri tal-KtR wara l-adozzjoni ta’ Opinjoni dwar “Strateġija Ewropea għal mobbiltà b’emissjonijiet baxxi”, immexxija minn József Ribányi (HU/PPE). Wara d-dibattitu, il-Kummissarju għat-Trasport ser tingħaqad mal-President il-ġdid tal-KtR sabiex iniedu pjattaforma fil-livell tal-UE għal xarabanks ekoloġiċi għar-reġjuni u l-bliet bil-għan li jiġu mobilizzati mill-inqas 2,000 xarabank b’emissjonijiet żero sa tmiem l-2019. Il-ħtieġa li jittaffa t-tibdil fil-klima ser tagħmel ukoll parti minn diskussjonijiet intensivi meta l-KtR jiddibattita t-tliet opinjonijiet tiegħu dwar il-Pakkett tax-Xitwa tal-UE dwar l-enerġija: enerġija nadifa, effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli.

Żvilupp: 600 mexxej lokali u reġjonali minn madwar id-dinja ser jiltaqgħu fi Brussell

In-Nazzjonijiet Uniti, permezz tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli adottati fl-2015, stabbilixxiet għanijiet għal kull pajjiż fid-dinja. F’Opinjoni tal-KtR intitolata “Azzjoni Ewropea għas-sostenibilità”, Franco Iacop (IT/PSE) jindirizza l-isfidi diretti u indiretti li n-NU stabbilixxiet għall-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej. Il-fokus Ewropew tal-Opinjoni tiegħu ser jiġi kkomplementat fl-10 u l-11 ta’ Lulju minn laqgħa fuq skala wiesgħa tal-politiċi lokali u reġjonali minn madwar id-dinja kollha taħt it-titlu “Reġjuni u Bliet għall-Iżvilupp” – "Assises de la coopération décentralisée", koorganizzata mill-KtR u l-Kummissjoni Ewropea.

Bħala parti mill-isforz biex jiġu appoġġjati l-bliet fil-Libja, il-KtR ser jadotta wkoll rakkomandazzjonijiet dwar kif jiġu ġestiti l-flussi migratorji u jissalvaw il-ħajjiet tul ir-rotta migratorja tal-Mediterran Ċentrali. Ir-relatur huwa Hans Janssen (NL/PPE).

Fl-4 p.m. tat-12 ta’ Lulju, hija ppjanata konferenza stampa mal-President il-ġdid tal-KtR

Opinjonijiet oħrajn li għandhom jiġu adottati:

Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali, relatur: Ulrike Hiller (DE/PSE)

Il-klassifikazzjoni u t-tipoloġiji territorjali, relatur: Mieczysław Struk (PL/PPE)

Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera, relatur: Pavel Branda (CZ/KRE)

Spinta lin-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu fl-Ewropa, relatur: Tadeusz Truskolaski (PL/AE)

Regolamentazzjoni Intelliġenti għall-SMEs, relatur: Christian Buchmann (AT/PPE)

Il-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-enerġija nadifa, relatur: Bruno Hranić (HR/PPE)

Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija, relatur: Michiel Rijsberman (NL/ALDE)

Il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (u s-swieq tal-elettriku), relatur: Daiva Matonienė (LT/KRE)

Governanza internazzjonali tal-oċeani, relatur: Anthony Gerard Buchanan (UK/AE)

Informazzjoni prattika:

Fejn: Bini Paul Henri Spaak – Parlament Ewropew, Emiċiklu , 60 rue Wiertz, B - 1047 Brussell

Meta: 12 ta’ Lulju, 3 p.m, - 9 p,m,; 13 ta’ Lulju, 9 a.m. - 1 p.m,

L-aġenda u d-dokumenti tal-plenarja.

• Tista’ ssegwi xandira diretta tal-plenarja fuq is-sit web tal-KtR.

Programm tal-midja tal-plenarja.

Segwina: @EU_CoR, #CoRplenary

Kuntatt: PresseCdr@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CP90-REACTION-SOTEU.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-COMMITTEE-OF-THE-REGIONS-TO-ELECT-NEW-PRESIDENT.ASPX

State of the EU: involving the local and regional level will make Europe stronger, fairer and more democratic
State of the EU: involving the local and regional level will make Europe stronger, fairer and more democratic
13.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/A-SUBNATIONAL-AGENDA-FOR-THE-U.S.-EU-PARTNERSHIP-TAKES-SHAPE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-COMMITTEE-OF-THE-REGIONS-TO-ELECT-NEW-PRESIDENT.ASPX

A subnational agenda for the U.S.-EU partnership takes shape
A subnational agenda for the U.S.-EU partnership takes shape
14.08.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SUSTAINABLE-DEVELOPMENT-GUIDING-PRINCIPLE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-COMMITTEE-OF-THE-REGIONS-TO-ELECT-NEW-PRESIDENT.ASPX

CoR and European Commission call on local and regional authorities to redouble efforts to meet the UN Sustainable Development Goals
CoR and European Commission call on local and regional authorities to redouble efforts to meet the UN Sustainable Development Goals
14.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PRESIDENT-CORDEIRO-PRESIDENT-VON-DER-LEYEN.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-COMMITTEE-OF-THE-REGIONS-TO-ELECT-NEW-PRESIDENT.ASPX

President Cordeiro discusses with President von der Leyen EU's top priorities to strengthen cooperation and voice the needs of regions and cities
President Cordeiro discusses with President von der Leyen EU's top priorities to strengthen cooperation and voice the needs of regions and cities
05.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PRESIDENT-CORDEIRO-MEETS-COMMISSION-PRESIDENT-VON-DER-LEYEN-AHEAD-OF-PLENARY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-COMMITTEE-OF-THE-REGIONS-TO-ELECT-NEW-PRESIDENT.ASPX

President Cordeiro meets Commission President von der Leyen ahead of plenary debates on EU budget, green transition, and entrepreneurship
President Cordeiro meets Commission President von der Leyen ahead of plenary debates on EU budget, green transition, and entrepreneurship
03.07.2023