Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Aktar minn 600 politikant jissieħbu ma’ #EURegionsWeek biex jiddiskutu l-futur tal-Ewropa u l-politika reġjonali  
# CoRplenary tiddibatti l-baġit futur tal-UE, il-politika ta’ koeżjoni, il-Brexit u t-tranżizzjoni diġitali/ekoloġika

Fis-7 ta’ Ottubru, il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet ser tniedi s-17-il edizzjoni tagħha fi Brussell biex jiġi diskuss kif il-politika ta’ koeżjoni tista’ tgħin biex l-Ewropa ssir aktar ekoloġika, aktar inklużiva u aktar intelliġenti . Il-Ġimgħa se tibda b’dibattitu ta’ livell għoli dwar il-futur tal-Ewropa, u se torganizza kważi 400 avveniment, fosthom konferenza ta’ livell għoli dwar it-trasformazzjoni tar-reġjuni tal-faħam. Fit-8 u d-9 ta’ Ottubru, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) ser jorganizza wkoll is-sessjoni tal- #CoRplenary bil-membri tiegħu jiddibattu dwar il-futur tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE mal-President tal-Parlament Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, Younous Omarjee, dwar il-baġit tal-UE futur fit-tul mal-Kummissarju Oettinger, u dwar it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali mal-Ministru għall-Affarijiet Ewropej tal-Finlandja, Tytti Tiuppurinen.

Is-17-il Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet , 7-10 ta’ Ottubru, #EURegionsWeek

# EURegionsWeek se terġa’ tipprovdi opportunità unika biex nifhmu aħjar kif ir-reġjuni u l-bliet qed jużaw il-fondi tal-UE biex itejbu l-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini u kif il-fondi ta’ koeżjoni qed jagħmlu lill-Ewropa aktar ekoloġika, aktar inklużiva u aktar intelliġenti. Il-Konferenza annwali koorganizzata mill-KtR u mill-Kummissjoni Ewropea hija l-akbar avveniment dwar l-iżvilupp reġjonali fl-Ewropa. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tiġbor aktar minn 9 000 parteċipant, fosthom studjużi, amministraturi pubbliċi, esperti u aktar minn 600 politikant lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew li se jieħdu sehem fi kważi 400 workshop u dibattitu, wirjiet u opportunitajiet ta’ netwerking dwar l-aspetti differenti tal-politika ta’ koeżjoni.

Punti prinċipali:

7 ta’ Ottubru, 2.30 p.m.-4.30 p.m. ( Ara f’xandira diretta ) – Is-sessjoni tal-ftuħ: Ir-reġjuni u l-bliet, pilastri tal-ġejjieni tal-UE

Aktar minn 100 politikant elett żgħażagħ se jattendu s-sessjoni tal-ftuħ u jiddibattu l-futur tal-Unjoni Ewropea flimkien ma’ Karl-Heinz Lambertz , il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, Klara Dobrev , il-Viċi President tal-Parlament Ewropew u Elżbieta Bieńkowska , il-Kummissarju għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs.

8 ta’ Ottubru, 9 a.m -10.30 a.m., ( Ara f’xandira diretta ) – Laqgħa konġunta REGI/COTER dwar “Is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati dwar il-politika ta’ koeżjoni futura wara l-2020”

Il-membri tal-KtR u tal-Parlament Ewropew ser jiddiskutu n-negozjati li għaddejjin dwar il-baġit tal-UE 2021-2027 u l-pakkett tal-politika ta’ koeżjoni. F’dan il-kuntest, ir-reġjuni u l-bliet tal-UE jista’ jkollhom rwol ewlieni fil-bini ta’ politika ta’ koeżjoni b’saħħitha għall-futur, billi jenfasizzaw il-kisbiet tal-politika matul il-perjodu ta’ programmazzjoni attwali.

9 ta’ Ottubru, 2.30-5 p.m., ( Ara f’xandira diretta ) Konferenza ta’ Livell Għoli - Ir-Reġjuni tal-Faħam fi Tranżizzjoni

It-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili u l-appoġġ lir-reġjuni li jipproduċu l-faħam huma kruċjali fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Minbarra l-appoġġ nazzjonali, il-politika ta’ koeżjoni tal-UE b’ġestjoni kondiviża se tikkontribwixxi għall-appoġġ lir-reġjuni biex jagħmlu t-tranżizzjoni tal-enerġija. Matul dan l-avveniment , il-ministri tal-UE, l-MEPS, il-politiċi reġjonali u rappreżentanti oħra ta’ livell għoli mill-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Polonja, ir-Rumanija u Spanja se jaqsmu wkoll l-fehmiet tagħhom dwar kif l-aħjar jiġu appoġġjati r-reġjuni tal-faħam fit-tranżizzjoni għal futur mingħajr karbonju.

Ara l-programm tal-midja ; Tista’ ssib ukoll lista sħiħa tal-avvenimenti fuq il-paġna web ;

Tista’ tniżżel ukoll ritratti u reġistrazzjonijiet ta’ smigħ tal-avveniment bla ħlas.

Sessjoni Plenarja tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni , 7-9 ta’ Ottubru, #CoRplenary , ( Ara f’xandira diretta )

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) huwa l-assemblea tal-UE ta’ mexxejja lokali u reġjonali li jirrappreżentaw l-interessi tal-bliet u r-reġjuni. It-350 membru tal-KtR se jiltaqgħu fi Brussell biex jiddibattu u jadottaw għadd ta’ opinjonijiet dwar il-leġislazzjoni tal-UE u r-riżoluzzjonijiet politiċi.

Punti prinċipali:

8 ta’ Ottubru 3.15 p.m. – Il-politika tal-UE dwar l-iżvilupp reġjonali wara l-2020: Younous Omarjee (FR/GUE/NGL), President tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Parlament Ewropew (REGI), se jissieħeb mal-membri tal-KtR biex jiddiskutu dwar il-futur tal-iżvilupp reġjonali fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss għal wara l-2020.

8 ta’ Ottubru 4:45 p.m. – Il-baġit futur tal-UE : Wara tmiem l-2019 il-Presidenza Finlandiża tal-Kunsill tal-UE hija mistennija tippreżenta ċ-ċifri ta’ kompromess għall-baġit fit-tul tal-UE 2021-27. Ir-reġjuni u l-bliet tal-UE se jaqsmu t-tħassib dejjem akbar tagħhom mal-Kummissarju għall-Baġit tal-UE, Günther Oettinger , u jadottaw riżoluzzjoni .

8 ta’ Ottubru 6 p.m. – L-UE hija importanti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali: Il-membri tal-KtR ser jiddiskutu dwar il-Brexit, ir-reġjuni insulari u l-konnessjonijiet neqsin fit-trasport fil-konnessjonijiet transkonfinali

9 ta’ Ottubru 9:30 a.m. – Lejn UE diġitali u ekoloġika: Ir-reġjuni u ċ-ċittadini kollha tal-UE jridu jaħsdu l-benefiċċju mit-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi li qed isawru s-soċjetajiet tagħna. Ir-rappreżentanti lokali u reġjonali ser ikollhom skambju ta’ fehmiet mal-Ministru tal-Finlandja għall-Affarijiet Ewropej, Tytti Tiuppurinen , dwar kif għandu jiġi indirizzat id-distakk diġitali u kif jiġu żgurati l-koeżjoni u s-solidarjetà għal kulħadd. Dan id-dibattitu huwa marbut ma’ żewġ opinjonijiet tal-KtR mitlubin mill-Presidenza Finlandiża tal-UE:

o Ewropa Diġitali għal kulħadd: noffru soluzzjonijiet diġitali intelliġenti u inklużivi fil-prattika , relatur Anne KARJALAINEN (FI/PSE);

o Bliet intelliġenti: sfidi ġodda għal tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika: kif għandna nimplimentaw l-SDGs fil-ħajja reali? , relatur Andries GRYFFROY (BE/AE).

Tista’ ssib l-aġenda sħiħa, id-dokumenti u l-abbozzi ta’ opinjonijiet onlajn.

Kuntatt

Għall-akkreditazzjoni għaż-żewġ avvenimenti jekk jogħġbok ikkuntattja:

PresseCdr@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/YOUNG-ELECTED-POLITICIAN-PROGRAMME-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUREGIONSWEEK-PEOPLE-JOIN-TO-DEBATE-FUTURE-OF-EUROPE-AND-REGIONAL-POLICY.ASPX

Young people entrusted with the responsibilities of elected office in Europe's cities and regions deserve a voice in the policy making process as key players in building European democracy
Young people entrusted with the responsibilities of elected office in Europe's cities and regions deserve a voice in the policy making process as key players in building European democracy
31.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FOSTERING-DIVERSITY-AND-INCLUSION-ON-THE-GROUND.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUREGIONSWEEK-PEOPLE-JOIN-TO-DEBATE-FUTURE-OF-EUROPE-AND-REGIONAL-POLICY.ASPX

Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-POLICIES-FIGHT-SOCIAL-TERRITORIAL-DISPARITIES-PROMOTE-COHESION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUREGIONSWEEK-PEOPLE-JOIN-TO-DEBATE-FUTURE-OF-EUROPE-AND-REGIONAL-POLICY.ASPX

All European policies must fight social and territorial disparities and promote cohesion
All European policies must fight social and territorial disparities and promote cohesion
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BETTER-PREPARE-FUTURE-CRISES-EXTREME-EVENTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUREGIONSWEEK-PEOPLE-JOIN-TO-DEBATE-FUTURE-OF-EUROPE-AND-REGIONAL-POLICY.ASPX

Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/155-PLENARY-ANNOUNCEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUREGIONSWEEK-PEOPLE-JOIN-TO-DEBATE-FUTURE-OF-EUROPE-AND-REGIONAL-POLICY.ASPX

On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
23.05.2023