Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
#EURegionsWeek tqiegħed il-koeżjoni fil-qalba tal-futur tal-Ewropa  
Il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet tagħti bidu għas-16-il edizzjoni tagħha fi Brussell

Taħt it-titlu “Il-futur tal-Ewropa huma z-żġħażaġħ, ir-reġjuni u l-bliet - Il-futur tal-Ewropa hija l-unità u l-koeżjoni" mijiet ta’ mexxejja lokali u reġjonali u l-mexxejja ewlenin tal-UE nġabru fi Brussell fit-8 ta’ Ottubru sabiex jagħtu bidu għall- Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet . Il-konferenza annwali koorganizzata mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) u l-Kummissjoni Ewropea huwa l-akbar avveniment dwar l-iżvilupp reġjonali kullimkien fid-dinja.

Stabbilita fl-1988, il-politika ta’ koeżjoni tal-UE matul 30 sena saret l-għodda prinċipali ta’ investiment, tappoġġja l-bliet u r-reġjuni sabiex joħolqu impjiegi u tkabbir ekonomiku, żżid il-kompettitività u l-iżvilupp sostenibbli, kif ukoll ittejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini. L-għan ewlieni tagħha huwa li tindirizza d-disparitajiet bejn u fi ħdan ir-reġjuni tal-UE u tikkontribwixxi għall-iżvilupp armonjuż u l-benesseri tal-Ewropej.

Fid-diskors tieħu fil-ftuħ, il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, Karl-Heinz Lambertz, qal L-investiment fil-koeżjoni huwa ħafna aktar minn sempliċement flus: huwa riflessjoni tal-valuri fundamentali Ewropej. Permezz tal-kooperazzjoni bejn il-gvernijiet tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali, dan juri li nistgħu ngħelbu il-problemi ewlenin tas-seklu 21 billi naħdmu flimkien, b’solidarjetà. Li din titkisser tmur kontra l-għanijiet tal-UE ta’ koeżjoni territorjali, ekonomika u soċjali. Illum aktar minn qatt qabel, neħtieġu politika ta’ koeżjoni b’saħħitha jekk l-UE għandha tirbaħ il-qlub u l-imħuħ taċ-ċittadini li sservi. Unjoni mingħajr koeżjoni ma tistax teżisti.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal: Illum qed nitkellmu dwar il-futur tar-reġjuni u l-bliet – iżda fil-fatt qed nitkellmu ħafna fuq il-futur tal-Unjoni tagħna, peress li t-tnejn huma marbutin mill-qrib. Matul l-għaxar snin li jmiss, il-Kummissjoni se tkompli tappoġġja r-reġjuni u l-bliet sabiex jiksbu t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktra innovattiva u ekoloġika, għall-impjiegi, t-tkabbir u l-progress soċjali. Il-Politika ta’ Koeżjoni, wieħed mill-eżempji l-aktar konkreti tas-solidarjetà tal-UE, se taqdi rwol kruċjali f’din, kif ukoll Orizzont Ewropa, Erasmus+, InvestEU u l-programmi kollha l-oħra u l-inizjattivi tal-proposta tagħna għall-baġit tal-UE għall-futur. Sabiex dan l-appoġġ jilħaq lir-reġjuni u l-bliet fi żmien xieraq, ftehim dwar il-baġit tal-UE li jmiss fuq terminu twil qabel l-elezzjonijiet Ewropej huwa essenzjali.

Il-Kummissarju tal-politika reġjonali Corina Creţu ddikjarat li: Jiena kburija bil-proposta għal politika ta’ koeżjoni ġdida, aktar moderna, flessibbli u semplifikata li ppreżentajna f’Mejju . Madankollu, fadal aktar xogħol xi jsir. Sabiex l-investiment ikun jista’ fil-fatt jibda fl-2021 jeħtieġ li nibdew nippjanaw il-programmi li jmiss minn issa. Illum huwa l-ewwel jum tal-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet. Din hija opportunità tajba sabiex niddiskutu l-futur tal-politika ta’ koeżjoni, u għalhekk jien se nippreżenta s-suġġerimenti tiegħi sabiex ngħinu lill-Istati Membri u r-reġjuni sabiex ifasslu l-programmi tagħhom.

Pavel Telička , Viċi-President tal-Parlament Ewropew, qal: " Il-politika ta’ koeżjoni hija l-akbar espressjoni ta’ solidarjetà fl-UE. L-investimenti li saru permezz tagħha jiksbu l-objettivi fuq terminu twil tal-Unjoni. Għalhekk, huwa importanti li nimmassimizzaw il-potenzjal tagħha wara l-2020, billi nsaħħu l-flessibilità tagħha, l-valur miżjud, kif ukoll il-koerenza u l-konsistenza tagħha mal-proċess tas-Semestru Ewropew. Permezz ta’ aktar iffukar fl-infiq tagħna, valutazzjoni objettiva kontinwa bbażata fuq indikaturi u, jekk ikun hemm bżonn, korrezzjonijiet, aħna se nagħtu spinta lit-tkabbir ekonomiku, filwaqt li noħolqu opportunitajiet ġodda speċjalment f’oqsma ta’ perspettiva għaċ-ċittadini madwar l-Ewropa. Il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet toffri opportunità kbira sabiex jiġi diskuss il-futur tal-Politika ta’ Koeżjoni ma dawk li għandhom l-għarfien espert fil-prattika.”

Sabiex jippreżenta l-każ għal politika ta’ koeżjoni b’saħħitha għar-reġjuni u l-bliet kollha wara l-2020, il-Kumitat, flimkien mal-assoċjazzjonijiet ewlenin tal-UE li jirrappreżentaw ir-reġjuni u l-bliet, is-sena l-oħra nieda il- #CohesionAlliance - moviment “grassroots” miftuħ għal kull min jemmen li l-politika ta’ koeżjoni tal-UE trid tkompli tkun pilastru tal-futur tal-UE. Mnn meta tnediet is-sena l-oħra waqt il-ftuħ tal-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet, id- dikjarazzjoni tal-Alleanza ġiet iffirmata minn aktar minn 8000 sostenitur, inklużi 114-il reġjun, 110 bliet u kontej, 45 assoċjazzjoni tal-gvernijiet reġjonali u lokali, 30 Membru tal-Parlament Ewropew, 35 assoċjazzjoni settorjali tal-UE u 141 imsieħeb istituzzjonali oħra bħal universitajiet, ċentri ta’ riċerka u Raggruppamenti Ewropej ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) Il-#CohesionAlliance għadha miftuħa għall-iffirmar u se ssegwi mill-qrib in-negozjati tal-baġit interistituzzjonali li jinsabu għaddejjin.

Kuntest:

Il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet kull sena tiġbor eluf ta’ parteċipanti minn amministrazzjonijiet lokali, reġjonali u Ewropej, akkademiċi u esperti biex jiddiskutu u jiskambjaw fehmiet dwar l-aspetti differenti tal-politika ta’ koeżjoni f’aktar minn 170 workshop, seminars, taħditiet u laqgħat mifruxa fuq erbat ijem. L-edizzjoni ta’ din is-sena tenfasizza b’mod speċjali l-ħtieġa għal Politika ta’ Koeżjoni b’saħħitha lil hinn mill-2020 sabiex jingħelbu barrieri strutturali, jingħata spinta lill-kapital uman u titjieb il-kwalità tal-ħajja; il-ġestjoni tal-impatti lokali tal-globalizzazzjoni, it-trasformazzjoni diġitali u t-tibdil fil-klima u strateġiji reġjonali u lokali effettivi għaż-żgħażagħ, l-integrazzjoni tal-migranti u l-inklużjoni soċjali.

Tista’ tniżżel stampi u r- reġistrazzjoni reġistrazzjoni tal-avveniment b’xejn.

Kuntatt:

Carmen Schmidle

Tel.: +32 (0)494 735787

carmen.schmidle@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/YOUNG-ELECTED-POLITICIAN-PROGRAMME-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUREGIONSWEEK-COHESION-AT-HEART-EUROPE-FUTURE.ASPX

Young people entrusted with the responsibilities of elected office in Europe's cities and regions deserve a voice in the policy making process as key players in building European democracy
Young people entrusted with the responsibilities of elected office in Europe's cities and regions deserve a voice in the policy making process as key players in building European democracy
31.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/A-MORE-RESILIENT-INCLUSIVE-AND-DEMOCRATIC-EUROPE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUREGIONSWEEK-COHESION-AT-HEART-EUROPE-FUTURE.ASPX

A more resilient, more inclusive and more democratic Europe at the centre of a debate with Oliver Röpke, President of the European Economic and Social Committee
A more resilient, more inclusive and more democratic Europe at the centre of a debate with Oliver Röpke, President of the European Economic and Social Committee
26.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FOSTERING-DIVERSITY-AND-INCLUSION-ON-THE-GROUND.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUREGIONSWEEK-COHESION-AT-HEART-EUROPE-FUTURE.ASPX

Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-POLICIES-FIGHT-SOCIAL-TERRITORIAL-DISPARITIES-PROMOTE-COHESION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUREGIONSWEEK-COHESION-AT-HEART-EUROPE-FUTURE.ASPX

All European policies must fight social and territorial disparities and promote cohesion
All European policies must fight social and territorial disparities and promote cohesion
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BETTER-PREPARE-FUTURE-CRISES-EXTREME-EVENTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUREGIONSWEEK-COHESION-AT-HEART-EUROPE-FUTURE.ASPX

Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
24.05.2023