Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-President tal-Parlament Ewropew u l- Viċi President tal-Kummissjoni tal-UE jingħaqdu mal-mexxejja lokali biex jirriflettu dwar il-futur tal-Ewropa  

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ser jilqa’ lill-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani, kif ukoll lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea għall-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, Jyrki Katainen. Matul l-ewwel jum tas-sessjoni plenarja tiegħu (il-11 ta’ Mejju), il-Kumitat huwa mistenni wkoll jkun l-ewwel istituzzjoni tal-UE li tadotta pożizzjoni formali dwar il-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE wara l-2020. Id-diskussjonijiet dwar il-futur tal-investiment tal-UE fir-reġjuni u l-bliet se jissoktaw fit-tieni ġurnata (it-12 ta’ Mejju) filwaqt li jingħaqad magħhom il-Kummissarju tal-Baġit tal-UE, Oettinger.

Analiżi dwar il-futur tal-Ewropa u l-irkupru tal-fiduċja

L-UE tinsab f’mument kritiku fejn qed tiffaċċja sfidi mingħajr preċedent u livelli ta’ nuqqas ta’ fiduċja pubblika li qed jiżdiedu. Bħala ż-żewġ istituzzjonijiet tal-UE b’rabta diretta maċ-ċittadini, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Parlament Ewropew għandhom rwol kruċjali biex terġa’ tinkiseb lura l-fiduċja taċ-ċittadini u jgħinu biex jinħoloq kunsens dwar il-futur tal-Ewropa.

Bħala parti mill-analiżi li tinsab għaddejja dwar il-passat, il-preżent u l-futur tal-Ewropa, il-Kumitat – l-assemblea politika tal-UE tal-awtoritajiet lokali u reġjonali – nediet inizjattiva msejħa "Nirriflettu dwar l-Ewropa", li tinkludi djalogi mmexxijin miċ-ċittadini u dibattiti fil-livell lokali, kif ukoll dibattiti politiċi f’parlamenti reġjonali u f’kunsilli lokali. L-għan huwa li ċ-ċittadini jingħataw spazju biex jesprimu t-tħassib u l-aspettattivi tagħhom dwar l-Ewropa. Permezz ta’ dan, il-Kumitat ser ikun qed jirreaġixxi għat-talba tal-President tal-Kunsill Ewropew Tusk biex jibgħat ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-bini mill-ġdid tal-fiduċja fl-Ewropa permezz tal-leħen tal-bliet u r-reġjuni.

Il-President u l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea stiednu wkoll lill-Kumitat sabiex jippreżenta l-fehmiet tiegħu dwar il-White Paper dwar il-Futur tal-Ewropa. F’dan ir-rigward, fit-12 ta’ Mejju, il-KtR ser jadotta Riżoluzzjoni dwar il-White Paper tal-Kummissjoni Ewropea, fejn jenfasizza speċifikament ir-rwol kruċjali tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE sabiex tqarreb liċ-ċittadini lejn l-Ewropa u biex tinbena solidarjetà.

Konferenza stampa: Il-President tal-KtR Markkula u l-President tal-PE Tajani, 11 ta’ Mejju, 16:00

L-investiment lokali: X'inhu l-ġejjieni għall-baġit tal-UE u għall-Politika ta' Koeżjoni?

Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej huma l-għodod ewlenin tal-investiment tal-UE, li jammontaw għal aktar minn terz tal-baġit ġenerali tal-UE sal-2020. Iżda r-rwol tagħhom wara l-2020 jista’ jkun mhedded mill-Brexit u minħabba li jitfaċċaw prijoritajiet oħrajn tal-UE bħad-difiża, is-sigurtà u l-migrazzjoni. Fil-11 ta’ Mejju, f’opinjoni mmexxija minn Michael Schneider (DE/PPE), bliet u reġjuni Ewropej se jippreżentaw il-proposti tagħhom biex itejbu l-politika ta’ koeżjoni u jsaħħu l-kontribut tagħha għall-għanijiet tal-UE. L-għada, il-Kummissarju Ewropew għall-Baġit u r-Riżorsi Umani, Günther Oettinger, ser jindirizza lill-membri tal-KtR, ftit qabel ma l-Kumitat jadotta r-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-abbozz ta’ baġit annwali tal-UE għall-2018.

Fuq l-aġenda hemm ukoll dibattitu mal-President tal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa, is-Sinjura Gudrun Mosler-Törnström, b’enfasi fuq id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, il-libertà u l-istat tad-dritt.

Opinjonijiet oħrajn li għandhom jiġu adottati:

It-titjib tal-governanza tas-Semestru Ewropew: Kodiċi ta' Kondotta għall-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni

L-intraprenditorija fil-gżejjer: kontribut għall-koeżjoni territorjali

Stadju ġdid għall-politika Ewropea ta’ tkabbir blu

L-innovazzjoni soċjali bħala għodda ġdida għall-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi

Id-dimensjoni lokali u reġjonali tal-bijoekonomija u r-rwol tal-bliet u r-reġjuni

Il-politika tat-tkabbir tal-UE

Is-saħħa fil-bliet: ġid komuni

Ninvestu fiż-żgħażagħ tal-Ewropa

Informazzjoni prattika:

Post: Parlament Ewropew – bini József Antall (Kamra JAN 4Q2) - 60 rue Wiertz, Brussell

Meta: 11 ta' Mejju, 3pm - 9pm; 12 ta' Mejju, 9am - 1pm

• Ara l-aġenda & d-dokumenti tal-plenarja.

• Il-plenarja ser tixxandar dirett fuq l-internet fuq is-sit web tal-KtR.

Programm tal-midja tal-plenarja.

Segwina fuq: @EU_CoR, #CoRplenary

Kuntatti:

PresseCdr@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FUNDING-ZERO-UNEMPLOYMENT-PROJECTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-PARLIAMENT-PRESIDENT-AND-COMMISSION-VICE-PRESIDENT-JOIN-LOCAL-LEADERS-TO-REFLECT-ON-THE-FUTURE-OF-EUROPE.ASPX

Investing more on local projects is key to tackle long-term unemployment
Investing more on local projects is key to tackle long-term unemployment
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-LONG-TERM-BUDGET-MUST-BE-IMPROVED-TO-TACKLE-CURRENT-AND-FUTURE-CHALLENGES-AND-PROMOTE-COHESION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-PARLIAMENT-PRESIDENT-AND-COMMISSION-VICE-PRESIDENT-JOIN-LOCAL-LEADERS-TO-REFLECT-ON-THE-FUTURE-OF-EUROPE.ASPX

EU long-term budget must be improved to tackle current and future challenges and promote cohesion
EU long-term budget must be improved to tackle current and future challenges and promote cohesion
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/KIRUNA-DECLARATION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-PARLIAMENT-PRESIDENT-AND-COMMISSION-VICE-PRESIDENT-JOIN-LOCAL-LEADERS-TO-REFLECT-ON-THE-FUTURE-OF-EUROPE.ASPX

Kiruna declaration calls for more support to remote areas to achieve just transition
Kiruna declaration calls for more support to remote areas to achieve just transition
28.04.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BUDGET-MUST-PROMOTE-COHESION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-PARLIAMENT-PRESIDENT-AND-COMMISSION-VICE-PRESIDENT-JOIN-LOCAL-LEADERS-TO-REFLECT-ON-THE-FUTURE-OF-EUROPE.ASPX

European Union’s policies and budget must promote cohesion, not harm it
European Union’s policies and budget must promote cohesion, not harm it
24.04.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ASBESTOS-FREE-EUROPE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-PARLIAMENT-PRESIDENT-AND-COMMISSION-VICE-PRESIDENT-JOIN-LOCAL-LEADERS-TO-REFLECT-ON-THE-FUTURE-OF-EUROPE.ASPX

Local leaders urge stricter rules and more funds to deliver an asbestos-free Europe
Local leaders urge stricter rules and more funds to deliver an asbestos-free Europe
16.03.2023