Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Jeħtieġ li l-UE żżid il-kapaċità tagħha li tipproduċi l-mediċini  

Kapaċitajiet ta’ produzzjoni inadegwati, inugwaljanzi li ilhom jeżistu bejn ir-reġjuni urbani u rurali, u nuqqas ta’ kooperazzjoni ġew enfasizzati mill-mexxejja lokali u reġjonali bħala lezzjonijiet mill-pandemija.

L-Unjoni Ewropea għandha tnaqqas id-dipendenza tagħha mill-produtturi barra mill-fruntieri tagħha billi tinkoraġġixxi r-ritorn tal-produzzjoni ta’ mediċini kritiċi u ta’ tagħmir protettiv lejn l-Ewropa, qalu l-membri tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fis-7 ta’ Mejju. It-talba għal “awtonomja strateġika” hija waħda mir-rakkomandazzjonijiet f’Opinjoni dwar L-esperjenzi u t-tagħlimiet miksuba mir-reġjuni u l-bliet matul il-kriżi tal-COVID-19 ”.

L-Opinjoni tidentifika wkoll kooperazzjoni akbar bejn l-awtoritajiet pubbliċi fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE bħala mezz biex tinbena l-kapaċità tal-Unjoni li timpedixxi u ġġestixxi l-kriżijiet tas-saħħa, u tirkupra warajhom. Ir-rakkomandazzjonijiet jagħtu attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni tar-reġjuni rurali, u jħeġġu lill-UE żżid il-flessibbiltà tal-baġit tagħha u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u tnaqqas id-distakk bejn il-komunitajiet urbani u rurali, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda infrastruttura diġitali u tat-trasport. Il-mexxejja lokali u reġjonali ħeġġew ukoll lill-UE biex tinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali b’mod aktar profond fl-iżvilupp ta’ strumenti ġodda tal-UE, bħall-pjani ta’ rkupru ta’ Next Generation EU u l-mekkaniżmu ta’ rispons għall-kriżi tal-ikel.

Ir-relatur għall-Opinjoni dwar “L-esperjenzi u t-tagħlimiet miksuba mir-reġjuni u l-bliet matul il-kriżi tal-COVID-19” Joke Schauvliege (BE/PPE), membru tal-Parlament Fjamming – qalet: “Din l-Opinjoni ġiet żviluppata wara konsultazzjoni u parteċipazzjoni fuq skala wiesgħa tar-reġjuni, is-soċjetà ċivili u l-esperti f’diversi oqsma, u turi l-ħtieġa profonda li wieħed jitgħallem b’mod serju mill-kriżi tal-COVID-19. Pereżempju, l-Ewropa għandha tagħti aktar attenzjoni lill-kooperazzjoni intensa mal-livell reġjonali u lokali u tinkludihom fis-diskussjoni bħala msieħba sħaħ. Id-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa huwa wkoll iż-żmien li nirriflettu fuq viżjoni usa’ tal-Ewropa, inklużi l-kompetenzi tal-UE fil-qasam tas-saħħa.”

Ir-riflessjonijiet tal-KtR intalbu mis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, u se jikkontribwixxu għal rapport li l-Kummissjoni Ewropea qed tħejji għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, l-istituzzjoni li fiha jiltaqgħu l-ministri nazzjonali minn kull pajjiż tal-UE biex jadottaw liġijiet u jikkoordinaw il-politiki.

Is-sejħa għal involviment akbar tirrifletti l-appoġġ dejjiemi tal-KtR għall-kollaborazzjoni bejn il-livelli differenti ta’ gvern u tesprimi l-allarm tiegħu b’rabta mal-impożizzjoni mill-ġdid tal-fruntieri matul il-pandemija u l-effett partikolari fuq ir-reġjuni tal-fruntiera. Iżda jesprimi wkoll il-biża’ li r-rispons tal-UE għall-pandemija huwa ċentralizzat iżżejjed u li l-UE ffukat fuq il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali. Ir-rakkomandazzjonijiet jinkludu talba li l-kooperazzjoni transfruntiera jeħtieġ li tkun parti mill-pjani ta’ emerġenza kollha u li jeħtieġ li jiġu stabbiliti gruppi ta’ kuntatt interreġjonali u transfruntiera biex itejbu l-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri u r-reġjuni tal-fruntiera.

Fis-sessjoni plenarja tiegħu, li saret online, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni adotta wkoll riżoluzzjoni dwar il-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19 (Ċertifikat Aħdar Diġitali) u ż-żieda fil-produzzjoni tal-vaċċini , inkluża sejħa għal eżenzjoni temporanja fuq il-privattivi li jgawdu minnhom il-kumpaniji farmaċewtiċi. Barra minn hekk, il-Kumitat approva tliet Opinjonijiet iffukati fuq l-iżvilupp tal-infrastruttura tas-saħħa u l-politiki tas-saħħa fil-livell tal-UE li javvanzaw l-isforzi tal-UE biex tikseb awtonomija strateġika u tirreżisti għall-kriżijiet tas-saħħa. Roberto Ciambetti (IT/KRE), President tal-Kunsill Reġjonali tal-Veneto, fassal Opinjoni dwar l-Unjoni Ewropea tas-Saħħa ; Birgitta Sacrédeus (SE/PPE) tal-Kunsill Reġjonali ta’ Dalarna, kienet responsabbli għat-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet dwar l-istrateġija farmaċewtika tal-UE u r-rwol tal-Aġenzija Medika Ewropea ; u Olgierd Geblewicz (PL/PPE), President tar-Reġjun ta’ Zachodniopomorskie, ippropona aġġustamenti għar- rwol taċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard u l-kura tas-saħħa transkonfinali .

Fl-ewwel Barometru Reġjonali u Lokali Annwali tiegħu maħruġ f’Ottubru 2020, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni sab differenzi sinifikanti ħafna fil- provvista tal-kura tas-saħħa fir-reġjuni fl-UE kif ukoll bejn ir-reġjuni fl-istess Stat Membru. Stħarriġ li sar bħala parti mill-Barometru Reġjonali u Lokali Annwali sab li l-Ewropej jafdaw lill-awtoritajiet reġjonali u lokali aktar milli jafdaw lill-UE jew lill-gvern nazzjonali tagħhom, u li jemmnu li jekk l-awtoritajiet reġjonali u lokali jkollhom aktar influwenza, dan ikollu impatt pożittiv fuq il-kapaċità tal-UE li ssolvi l-problemi. Is-saħħa kienet il-qasam fejn l-Ewropej jixtiequ l-aktar jaraw lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jeżerċitaw aktar influwenza fuq id-deċiżjonijiet meħuda fil-livell tal-UE.

Kuntest

Rapporti u studji tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni : Barometru Reġjonali u Lokali Annwali ( rapport sħiħ , u data dwar l-impatt fuq is-saħħa , is-sitwazzjoni f’Ottubru 2020); L-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 fuq il-gvernijiet reġjonali u lokali (stħarriġ konġunt KtR-OECD, Ottubru 2020); Valutazzjoni tal-Impatt Territorjali: L-Istat tal-Bliet u r-Reġjuni fil-kriżi tal-COVID-19 (Ottubru 2020); Reazzjonijiet tal-politika tas-saħħa reġjonali għall-kriżi tal-COVID (Ottubru 2020); L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali fir-reġjuni Ewropej (Ottubru 2020).

Esperjenzi lokali : Pjattaforma ta’ Skambju tal-KtR (Esperjenzi tal-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali matul l-ewwel fażi tal-pandemija); L-inizjattiva “Reinventing Cities” (rapport tal-Eurocities b’għexieren ta’ eżempji ta’ azzjonijiet, inizjattivi u proġetti muniċipali).

Persuna ta’ kuntatt:

Andrew Gardner

Tel. +32 473 843 981

andrew.gardner@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REDUCE-POLLUTION-SAVE-LIVES-ENVIRONMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-MUST-INCREASE-ITS-CAPACITY-TO-PRODUCE-MEDICINES.ASPX

Ambitious targets to reduce pollution will save lives and environment but regions and cities need support to deliver
Ambitious targets to reduce pollution will save lives and environment but regions and cities need support to deliver
06.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-POLICIES-FOR-SUSTAINABLE-FOOD-SYSTEMS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-MUST-INCREASE-ITS-CAPACITY-TO-PRODUCE-MEDICINES.ASPX

Local and regional leaders want a stronger role and more coherence in EU policies for sustainable food systems
Local and regional leaders want a stronger role and more coherence in EU policies for sustainable food systems
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-LEADERS-URGE-EUROPEAN-COMMISSION-TO-CREATE-VULNERABILITY-SCOREBOARD.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-MUST-INCREASE-ITS-CAPACITY-TO-PRODUCE-MEDICINES.ASPX

Resilience: Local leaders urge the European Commission to create a vulnerability scoreboard to be better prepared to cope with crises
Resilience: Local leaders urge the European Commission to create a vulnerability scoreboard to be better prepared to cope with crises
31.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ASBESTOS-FREE-EUROPE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-MUST-INCREASE-ITS-CAPACITY-TO-PRODUCE-MEDICINES.ASPX

Local leaders urge stricter rules and more funds to deliver an asbestos-free Europe
Local leaders urge stricter rules and more funds to deliver an asbestos-free Europe
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CARE-DORNER.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-MUST-INCREASE-ITS-CAPACITY-TO-PRODUCE-MEDICINES.ASPX

Care sector needs European strategy, CoR members argue
Care sector needs European strategy, CoR members argue
15.02.2023