Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Iċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE huwa kruċjali għall-irkupru tat-turiżmu reġjonali ‎ iżda jrid ikun nondiskriminatorju u jirrispetta standards għoljin ta’ sigurtà  

Ir-reġjuni u l-bliet jappoġġjaw b’mod unanimu l-użu ta’ dokument komuni biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu fl-UE matul il-pandemija u biex tingħata spinta lill-irkupru tas-settur tat-turiżmu lejn mudelli sostenibbli ġodda

Il-plenarja tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) approvat b’unanimità riżoluzzjoni promossa mill-gruppi politiċi kollha li tilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex jinħoloq Ċertifikat Aħdar Diġitali ġdid. Madankollu, il-mexxejja reġjonali u lokali jissuġġerixxu li, għal raġunijiet ta’ ċarezza, id-dokument għandu jingħata l-isem ġdid ta’ Ċertifikat COVID-19 tal-UE, kif propost mill-Parlament Ewropew. Huma jinsistu li dan m’għandux ikun dokument tal-ivvjaġġar u jenfasizzaw il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ persuni mhux imlaqqma. Barra minn hekk, matul dibattitu dwar l-irkupru tas-setturi tat-turiżmu, tal-lukandi u tal-catering, il-membri tal-KtR impenjaw ruħhom li jibdlu l-kriżi tal-COVID-19 f’opportunità u jersqu minn turiżmu eċċessiv lejn mudelli ġodda li huma sikuri, sostenibbli, reżiljenti u konformi mal-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Permezz ta’ riżoluzzjoni approvata llum b’mod unanimu, il-KtR jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex jinħoloq Ċertifikat Aħdar Diġitali komuni tal-UE biex jiġi ffaċilitat il-moviment transfruntier mingħajr restrizzjonijiet matul il-pandemija tal-COVID-19 u jiġi salvat l-istaġun tat-turiżmu. Iċ-ċertifikat, li jista’ jkun f’format diġitali jew fuq il-karta, se jiċċertifika li persuna tlaqqmet kontra l-COVID-19 jew, inkella, li rċeviet riżultat negattiv reċenti tat-test jew li rkuprat mill-infezzjoni. Fl-aħħar nett, il-KtR jilqa’ l-proposta tal-Parlament Ewropew biex ismu jinbidel għal “Ċertifikat COVID-19 tal-UE”, sabiex l-utilità taċ-ċertifikat tinftiehem iżjed, u b’hekk tiġi ffaċilitata l-promozzjoni tiegħu fost iċ-ċittadini.

Il-President tal-KtR Apostolos Tzitzikostas enfasizza li “ ċ-Ċertifikat Aħdar Diġitali mhuwiex is-soluzzjoni maġika, iżda se jgħin biex l-Ewropa terġa’ tibda tiffunzjona normalment bil-kundizzjoni li jiġu rispettati l-privatezza u l-protezzjoni tad-data tal-UE . Is-settur tat-turiżmu Ewropew mhux se jirkupra jekk ma jkollniex regoli komuni Ewropej għal vjaġġar sikur. Il-gvernijiet lokali u reġjonali diġà qed iħossu l-impatt tat-telf tad-dħul u l-ekonomiji tagħhom sempliċement ma jistgħux jaffordjaw li jitilfu staġun ieħor. Il-livelli kollha, mil-livell tal-UE, sa dak nazzjonali, reġjonali u lokali, għandhom jaħdmu flimkien biex isalvaw is-settur tat-turiżmu u l-ospitalità.”

Il-mexxejja lokali u reġjonali jisħqu li ċ-Ċertifikat Aħdar Diġitali la għandu jkun prekundizzjoni għall-eżerċitar tad-drittijiet tal-moviment liberu u lanqas ma għandu jkun dokument tal-ivvjaġġar u jenfasizza l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ persuni mhux imlaqqma; Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu ggarantiti standards għoljin ta’ sigurtà u l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jiċċaraw li ċ-ċertifikat ma jaffettwax id-dritt tal-ħaddiema transfruntiera li jiċċaqilqu liberament bejn djarhom u l-postijiet tax-xogħol tagħhom matul il-pandemija.

Il-membri tal-KtR itennu t-twemmin tagħhom li t-tilqim huwa l-mod ewlieni biex il-pandemija tiġi kkontrollata u biex jerġa’ jiġi stabbilit il-moviment liberu. Għalhekk, huma jenfasizzaw il-ħtieġa li jiġi ggarantit aċċess ugwali għall-vaċċini u jitolbu żieda rapida fil-produzzjoni tal-vaċċini fl-Ewropa. Il-KtR jissuġġerixxi li l-Unjoni Ewropea għandha teżamina soluzzjonijiet ġodda bħas-sospensjoni temporanja tal-privattivi għall-mediċini u t-teknoloġiji mediċi għat-trattament jew il-prevenzjoni tal-infezzjonijiet tal-COVID-19.

It-turiżmu huwa wieħed mill-iżjed setturi affettwati mir-restrizzjonijiet tal-moviment liberu u miżuri ta’ prekawzjoni oħra kontra t-tixrid tal-coronavirus. Is-settur jiġġenera 10% tal-PDG tal-UE u jirrappreżenta 12% tal-forza tax-xogħol tal-UE, iżda l-kriżi tal-COVID-19 ikkawżat telf ta’ bejn 85% u 90% għal ħafna atturi ekonomiċi bħal-lukandi u r-ristoranti, l-operaturi turistiċi u l-kumpaniji tat-trasport. Fl-2020, l-għadd ta’ ljieli mqattgħin fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni turistika tal-UE ammonta għal 1.4 biljun, tnaqqis ta’ 52% meta mqabbel mal-2019 . Ċipru, il-Greċja u Malta kienu l-aktar pajjiżi affettwati bi tnaqqis li jaqbeż is-70%.

Tlifna s-sajf, il-ħarifa, ix-xitwa u żewġ rebbigħat . Staġun ieħor mitluf ifisser it-tmiem ta’ ħafna lukandi, kafetteriji, kumpaniji li jikru d-dgħajjes, parks tad-divertiment u attrazzjonijiet turistiċi. Għandna bżonn inlaqqmu, nibqgħu sikuri u niskopru mill-ġdid il-ferħ tal-ivvjaġġar, u li niltaqgħu man-nies, u nżuru postijiet. Nistgħu nibdlu din il-kriżi f’opportunità biex niskopru mill-ġdid iż-żoni rurali impressjonanti tal-Ewropa. Ejja ntemmu t-turiżmu eċċessiv u ngawdu l-vaganzi tagħna b’mod sostenibbli “, qalet Ulrika Landergren (SE/Renew Europe), President tal-Kummissjoni għar-Riżorsi Naturali (NAT) tal-KtR, matul dibattitu separat dwar l-irkupru fis-settur tat-turiżmu, il-lukandi u l-catering.

Rita Marques , Segretarju tal-Istat Portugiża għat-Turiżmu, issieħbet fid-diskussjoni plenarja. Hija qalet: “ Il-Presidenza Portugiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea timpenja ruħha li tippromovi azzjonijiet u politiki konġunti biex tiżgura bidu mill-ġdid aktar sostenibbli, diġitali u kompetittiv tat-turiżmu u l-ivvjaġġar . Nedejna djalogu dwar l-irkupru sostenibbli għat-turiżmu u gwida lejn Aġenda Ewropea għat-Turiżmu 2050. Fuq perjodu qasir ta’ żmien, iċ-Ċertifikat Aħdar Diġitali juri li aħna impenjajna ruħna bis-sħiħ biex niggarantixxu kriterji armonizzati li jappoġġjaw il-moviment liberu. Dan huwa pass sod lejn l-irkupru tas-settur.

Jens Zimmer Christensen , President tal-Assoċjazzjoni HOTREC – li tirrappreżenta l-lukandi, ir-ristoranti, il-kafetteriji u stabbilimenti simili fl-Ewropa –qal: “ L-impatt tal-pandemija fuq l-ospitalità u t-turiżmu Ewropej kien sismiku, u l-bini mill-ġdid la se jkun immedjat u lanqas faċli: il-ftuħ mill-ġdid mhuwiex l-istess bħall-irkupru . L-UE u l-Istati Membri għandhom ikomplu jappoġġjaw lin-negozji u jipproteġu l-impjiegi matul il-kriżi u lil hinn minnha. L-industrija teħtieġ, fost affarijiet oħra, pjan tal-UE ddedikat għall-irkupru u aktar koordinazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar. Ninsab konvint li jekk nibqgħu naħdmu flimkien għall-ospitalità, is-settur tagħna jista’ jirnexxi u jagħti spinta lit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali .”

Sfond:

Wara l-kontribut tal- kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern tal-UE , il-Kummissjoni Ewropea ressqet proposta f’Marzu biex jinħoloq Ċertifikat Aħdar Diġitali biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu sikur taċ-ċittadini fl-UE matul il-pandemija tal-COVID-19. Fl-14 ta’ April, il-Kunsill tal-UE qabel dwar il-mandat ta’ negozjar tiegħu dwar il-proposta filwaqt li l-Parlament Ewropew adotta l-mandat ta’ negozjar tiegħu fid-29 ta’ April . In-negozjati bejn iż-żewġ istituzzjonijiet bdew din il-ġimgħa ; it-trilogu li jmiss ser isir fil-11 ta’ Mejju. L-għan huwa li jintlaħaq ftehim qabel l-istaġun turistiku tas-sajf.

Permezz tar- riżoluzzjoni dwar il-kampanja ta’ tilqim kontra l-pandemija tal-COVID-19 adottata fi Frar 2021, il-KtR diġà esprima l-appoġġ tiegħu għall-ħolqien ta’ forma standardizzata u interoperabbli ta’ prova tat-tilqim għal skopijiet mediċi, meta jitqies li ċ-ċertifikazzjoni tat-tilqim hija neċessità medika.

Fiż-żewġ Opinjonijiet ewlenin tiegħu dwar it-turiżmu, adottati fl-2020 – relatur: Manuel Alejandro Cardenete Flores (ES/RE) – u fl-2016 – relatur: Hanspeter Wagner (AT/PPE) , il-KtR għamel l-aspettattivi tiegħu magħrufa. Dawn jinkludu:

  • sejħa biex jitfassal Qafas Ewropew ġdid għat-Turiżmu Sostenibbli, allinjat mal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti;
  • it-twaqqif ta’ grupp ta’ kuntatt interistituzzjonali dwar it-turiżmu u alleanza u network fil-livell tal-Ewropa kollha tar-reġjuni/tal-bliet turistiċi;
  • il-ħolqien ta’ qafas komuni għal programm b’rabta ma’ karta tal-ivvjaġġar virtwali taċ-ċittadini Ewropej (European Citizens’ Travel Card) biex tiżdied il-koeżjoni fost ir-reġjuni u jiġi enfasizzat ir-rwol tat-turiżmu għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-kultura Ewropej.

Persuna ta’ kuntatt:

Matteo Miglietta

Tel. +32 (0)470 895 382

matteo.miglietta@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/YOUNG-ELECTED-POLITICIAN-PROGRAMME-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-COVID-19-CERTIFICATE-CRUCIAL-REVIVE-REGIONAL-TOURISM-NON-DISCRIMINATORY-RESPECT-HIGH-SECURITY-STANDARDS.ASPX

Young people entrusted with the responsibilities of elected office in Europe's cities and regions deserve a voice in the policy making process as key players in building European democracy
Young people entrusted with the responsibilities of elected office in Europe's cities and regions deserve a voice in the policy making process as key players in building European democracy
31.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/A-MORE-RESILIENT-INCLUSIVE-AND-DEMOCRATIC-EUROPE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-COVID-19-CERTIFICATE-CRUCIAL-REVIVE-REGIONAL-TOURISM-NON-DISCRIMINATORY-RESPECT-HIGH-SECURITY-STANDARDS.ASPX

A more resilient, more inclusive and more democratic Europe at the centre of a debate with Oliver Röpke, President of the European Economic and Social Committee
A more resilient, more inclusive and more democratic Europe at the centre of a debate with Oliver Röpke, President of the European Economic and Social Committee
26.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FOSTERING-DIVERSITY-AND-INCLUSION-ON-THE-GROUND.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-COVID-19-CERTIFICATE-CRUCIAL-REVIVE-REGIONAL-TOURISM-NON-DISCRIMINATORY-RESPECT-HIGH-SECURITY-STANDARDS.ASPX

Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-POLICIES-FIGHT-SOCIAL-TERRITORIAL-DISPARITIES-PROMOTE-COHESION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-COVID-19-CERTIFICATE-CRUCIAL-REVIVE-REGIONAL-TOURISM-NON-DISCRIMINATORY-RESPECT-HIGH-SECURITY-STANDARDS.ASPX

All European policies must fight social and territorial disparities and promote cohesion
All European policies must fight social and territorial disparities and promote cohesion
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/155-PLENARY-ANNOUNCEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-COVID-19-CERTIFICATE-CRUCIAL-REVIVE-REGIONAL-TOURISM-NON-DISCRIMINATORY-RESPECT-HIGH-SECURITY-STANDARDS.ASPX

On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
23.05.2023