Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
L-UE tista’ tagħmel iżjed biex tnaqqas l-impatt tat-terremoti fuq il-bini  

L-Unjoni Ewropea għandha tirreaġixxi għat-telf terribbli tal-ħajja kkawżat minn terremoti fl-Italja din is-sena billi tħaddan politika fit-tul ta’ għajnuna għar-rinnovazzjoni ta’ bini u infrastruttura vulnerabbli, jgħid il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni f’sett ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ politika adottat fil-11 ta’ Ottubru. Fost il-proposti, l-assemblea tal-UE tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jenfasizzaw li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tal-UE għandhom iżidu l-finanzjament għal xogħol ta’ rinnovazzjoni, u tressaq l-argument li l-investiment ser iwassal għal dividendi ekonomiċi u jista’ jnaqqas l-emissjonijiet tal-klima, kif ukoll inaqqas l-imwiet.

Ir-rapport – “Politika Ewropea dwar l-adattament antisismiku tal-istokk tal-bini u tal-infrastruttura” – tfassal fuq l-inizjattiv a tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) stess, u ġie adottat fl-istess żmien tal-Jum Internazzjonali għat-Tnaqqis tar-Riskju tad-Diżastri fit-13 ta’ Ottubru. Il-KtR qed jaħdem mal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tnaqqis tar-Riskju tad-Diżastri (UNISDR) biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali madwar l-Ewropa jitħeġġu jipproteġu l-komunitajiet tagħhom kontra l-ħsara kkawżata minn diżastri naturali.

Ir-relatur tal-KtR, Vito Santarsiero (IT/PSE), membru tal-kunsill reġjonali ta’ Basilicata fin-Nofsinhar tal-Italja, iwissi: “Avveniment naturali perikoluż m’għandux iwassal għal diżastri fl-iskala li rajna dis-sena fl-Italja. Bini vulnerabbli jagħmel id-differenza bejn problema u diżastru. Jeħtieġ li nagħmlu l-bini tagħna reżiljenti. Dan ser jiswa l-flus, iżda nistgħu nikkombinaw ukoll din ir-rinnovazzjoni – “adattament” – ma’ sforzi biex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, li tiffranka l-flus u tgħin l-ambjent. U, ovvjament, irridu niftakru wkoll fl-ispejjeż li nġarrbu jekk ma nagħmlu xejn: matul l-aħħar ħamsin sena, l-Italja tilfet mitt persuna u madwar EUR 3 biljun kull sena b’riżultat ta’ terremoti, li ta’ spiss titfa’ lill-ekonomiji lokali f’riċessjoni għal snin twal u tipperikola l-iżvilupp tal-futur. L-UE għandha standards tekniċi tajbin għall-bini kontra t-terremoti u dejjem tagħti għajnuna finanzjarja kbira fl-attivitajiet ta’ tindif tal-effetti tat-terremoti; iżda għandha tinvesti iktar fil-prevenzjoni, billi żżomm f’moħħha r-riskji tat-terremoti meta tiddeċiedi fejn għandhom jintefqu l-fondi reġjonali tagħha u billi titlob li l-infrastruttura kollha li tinbena bil-fondi tal-UE tkun reżiljenti għad-diżastri. Barra minn hekk, dawn il-miżuri ser jgħinuna wkoll biex nindirizzaw avvenimenti naturali oħra, bħall-għargħar u l-mewġiet ta’ sħana, li qed isiru dejjem aktar komuni bit-tibdil fil-klima.”

Is-Sur Santarsiero kompla: “Ir-rakkomandazzjonijiet tagħna huma ħafna iktar minn sempliċiment flus. Il-prevenzjoni tfisser li jkun hemm informazzjoni preċiża, li l-amministrazzjonijiet lokali jkunu kapaċi, li l-komunitajiet ikunu jafu jirreaġixxu, u li jkun hemm servizzi ta’ emerġenza effettivi – u f’dawn l-oqsma kollha l-amministrazzjonijiet lokali huma importanti ħafna. Għandna proposti li jistgħu jgħinu f’dawn l-oqsma kollha, inklużi l-adozzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni fil-livell tal-UE u appell għal aktar riċerka dwar it-terremoti.”

Is-Sur Santarsiero qal li hemm sfida partikolari sabiex sidien anzjani tad-djar jieħdu azzjoni preventiva, u nnota li, filwaqt li l-Italja, il-Greċja u r-Rumanija huma f’riskju partikolari, it-terremoti huma ta’ periklu “moderat” f’partijiet mill-Portugall, Spanja, u Franza. It-terremoti għandhom ukoll il-potenzjal li jwasslu għal tsunamis fil-Mediterran, minn Lisbona sa Kreta.

F’Mejju 2017, il-President, l-ewwel Viċi President u l-mexxejja tal-ħames gruppi politiċi fil-KtR, marru fuq missjoni ta’ ġbir ta’ informazzjoni fir-reġjuni Taljani ta’ Umbria, Lazio, Abruzzo u Marche biex jifhmu l-ħsara kkawżata mit-terremoti.

Fit-12 ta’ Ottubru, waqt konferenza organizzata mill-KtR u l-UNISDR, is-Sur Santarsiero ser jippresiedi diskussjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskji ta’ diżastri ma’ rappreżentanti mill-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Bank Dinji u l-Grupp Zurich Insurance.

Fl-2016, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-UNISDR iffirmaw pjan ta’ azzjoni għal ħames snin bil-għan li jiżdied l-għadd ta’ bliet u reġjuni Ewropej li jieħdu passi sabiex inaqqsu r-riskji ta’ diżastri. L-UNISDR jiġġestixxi l-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri 2015-2030 tan-Nazzjonijiet Uniti, li jenfasizza r-rabtiet bejn il-perikli naturali, l-azzjoni klimatika u l-iżvilupp sostenibbli. Il-Qafas ta’ Sendai huwa voluntarju; s’issa rreġistraw 3 678 muniċipalità mal-inizjattiva mill-iktar livell baxx tal-UNISDR mal-gvernijiet lokali intitolata Making Cities Resilient.

Kuntatt:
Andrew Gardner
Tel. +32 473 843 981
andrew.gardner@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/WE-NEED-TO-BUILD-A-RESILIENT-AGRICULTURAL-SYSTEM-EU-REGIONAL-AND-LOCAL-LEADERS-URGE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-CAN-DO-MORE-TO-REDUCE-IMPACT-OF-EARTHQUAKES-ON-BUILDINGS.ASPX

We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
02.06.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-GOING-LOCAL-WORKING-GROUP-ON-MULTIGOVERNANCE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-CAN-DO-MORE-TO-REDUCE-IMPACT-OF-EARTHQUAKES-ON-BUILDINGS.ASPX

Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
31.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-TARGETS-FOR-WASTEWATER-TREATMENT-AND-AIR-QUALITY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-CAN-DO-MORE-TO-REDUCE-IMPACT-OF-EARTHQUAKES-ON-BUILDINGS.ASPX

Regions and cities need support to comply with ambitious EU targets for wastewater treatment and air quality
Regions and cities need support to comply with ambitious EU targets for wastewater treatment and air quality
11.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HG-22-DIGITAL-LOCAL-AND-CIRCULAR-SOLUTIONS-SUPPORTING-THE-ZERO-POLLUTION-AGENDA.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-CAN-DO-MORE-TO-REDUCE-IMPACT-OF-EARTHQUAKES-ON-BUILDINGS.ASPX

Digital, local and circular solutions supporting the Zero Pollution agenda
Digital, local and circular solutions supporting the Zero Pollution agenda
20.04.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CITIES-AND-REGIONS-JOIN-FORCES-TO-TACKLE-ENERGY-CRISIS-AND-PUSH-CLIMATE-AMBITION-FORWARD.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-CAN-DO-MORE-TO-REDUCE-IMPACT-OF-EARTHQUAKES-ON-BUILDINGS.ASPX

Cities and regions join forces to tackle the energy crisis and push the EU's climate ambition forward
Cities and regions join forces to tackle the energy crisis and push the EU's climate ambition forward
31.03.2023