Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-baġit tal-UE: it-tnaqqis fil-politika ta’ koeżjoni se jdgħajjef il-wegħdiet tal-UE dwar il-progress soċjali  

Sena wara l-proklamazzjoni tal- Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali , għad hemm mistoqsija kruċjali: kif se jiġu rispettati l-wegħdiet li saru mill-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern fis-Summit Soċjali ta’ Gothenburg f’Novembru 2017? Matul konferenza interistituzzjonali organizzata mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) t-Tnejn li għadda, ir-rappreżentanti tar-reġjuni u l-bliet enfasizzaw lill-Kummissarju tal-UE Marianne Thyssen li l-politika ta’ koeżjoni tal-UE għandha tkompli tappoġġja l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali bis-sehem attiv tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Karl-Heinz Lambertz , President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, qal: “L-UE għandha dejjem tħabrek biex issaħħaħ il-pożizzjoni taċ-ċittadini tagħha permezz tal-ħolqien ta’ impjiegi deċenti u l-protezzjoni tas-saħħa, filwaqt li jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla barra. Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali poġġa l-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali lura fil-qalba tal-aġenda tal-UE iżda t-twettiq tagħhom jitlob impenn komuni fil-livelli kollha tal-gvern. Issa, aktar minn qatt qabel, neħtieġu baġit ambizzjuż tal-UE b’politika ta’ koeżjoni b’saħħitha wara l-2020. Ir-reġjuni u l-bliet huma lesti li jġeddu l-Ewropa iżda t-tnaqqis jew iċ-ċentralizzazzjoni tal-fondi tal-UE – speċjalment il-Fond Soċjali Ewropew – se jżommu lura l-ambizzjoni tagħna.”

Marianne Thyssen , Kummissarju Ewropew għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobilità tax-Xogħol, qalet: “Il-politika tagħna tista’ tkun lokali, iżda l-isfidi li niffaċċjaw huma Ewropej jew saħansitra globali. Il-Kumitat tar-Reġjuni jwettaq l-impossibbli: inti tgħinna naħsbu b’mod kontinentali, iżda naġixxu lokalment. Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jagħmel l-istess. Huwa jindirizza l-isfidi kontinentali permezz ta’ azzjoni li mhijiex biss Ewropea, iżda wkoll nazzjonali, reġjonali u lokali.”

Peress li l-KtR iqis li d-drittijiet soċjali għandhom ikunu fuq l-istess livell mad-drittijiet ekonomiċi, huwa appella biex jiġi introdott kapitolu dwar il-progress soċjali fit-Trattati tal-UE u biex jiġu stabbiliti miri soċjali vinkolanti għall-Istati Membri. Huwa jemmen ukoll li t-tabella ta’ valutazzjoni li tappoġġja l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali għandha tinkludi data territorjali biex jiġu indirizzati d-disparitajiet reġjonali. Ir-reġjuni u l-bliet qed jappellaw ukoll għal mobilizzazzjoni wiesgħa għall-ħiliet u l-edukazzjoni biex tingħata spinta lill-investiment fil-kapital uman u biex ikun hemm tqabbil aħjar bejn il-ħiliet u l-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol.

José Ignacio Ceniceros (ES/PPE), President tal-Kummissjoni tal-KtR għall-Politika Soċjali, l-Edukazzjoni, l-Impjieg, ir-Riċerka u l-Kultura (SEDEC) u President tal-Gvern ta’ La Rioja, qal: “Id-disparitajiet soċjali u ekonomiċi bejn ir-reġjuni Ewropej u fi ħdanhom huma l-kawża ta’ tibdil demografiku, eżodu tal-imħuħ, immigrazzjoni u populiżmu serji. B’finanzjament adatt u rieda politika qawwija, il-Pilastru Soċjali jista’ jsir arma kontra l-inugwaljanza u l-iżolament u jipprovdi lil dawk inqas ixxurtjati fostna bit-taħriġ u l-ħiliet meħtieġa biex jinnavigaw f’suq tax-xogħol kompetittiv u jsiru membri attivi u produttivi tal-komunitajiet tagħhom.”

Heinz-Joachim Höfer (DE/PSE), Sindku ta’ Altenkirchen u relatur tal-KtR dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, qal: “Sabiex il-prinċipji tal-Pilastru jkunu realtà għall-Ewropej kollha, aħna nistennew ħafna aktar ambizzjoni u azzjoni rapida mill-Kummissjoni Ewropea. Għadna qed nistennew strateġija Ewropea għal akkomodazzjoni affordabbli, pjan Ewropew kontra l-faqar biex jitnaqqas l-għadd ta’ nies f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali, u miżuri adegwati biex jipproteġu l-ħaddiema tal-pjattaforma. Huwa saħansitra aktar ta’ tħassib li t-tnaqqis fil-baġit previst għall-perjodu 2021-2027, pereżempju dak tal-Fond Soċjali Ewropew, se jxekkel it-twettiq b’suċċess tal-Pilastru, b’mod partikolari fir-reġjuni li jinsabu lura.”

Ir-rapporteur tal-Parlament Ewropew Maria João Rodrigues (PT/S&D) saħqet ukoll li “il-baġit li jmiss tal-UE jeħtieġ li jirrispetta l-wegħdiet li saru f’Gothenburg:li tinbena Ewropa aktar ġusta u tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-UE qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu involuti kif suppost fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi tal-baġit li jmiss. L-għarfien speċifiku tagħhom tal-ħtiġijiet lokali u reġjonali jagħmilhom imsieħba speċjali għal implimentazzjoni effiċjenti tal-Pilastru Soċjali.”

Il-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill tal-UE kienet irrappreżentata mill-Ewwel Konsulent Andrä Ruppechter , li enfasizza li t-tiftix ta’ konverġenza ekonomika u soċjali jista’ jagħmel l-ekonomija Ewropea aktar stabbli u produttiva.

Luca Jahier , President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), ikkonkluda: “Jeħtieġ li l-KESE u l-KtR jingħaqdu jekk irridu li dan il-Pilastru iwassal għall-benessri taċ-ċittadini kollha. It-tnejn li aħna ninsabu fl-aħjar pożizzjoni biex nivvalutaw l-implimentazzjoni minn perspettiva territorjali u tas-soċjetà ċivili. Issa huwa l-waqt li tinħass l-urġenza li nindirizzaw l-inugwaljanza diviżiva u nagħmlu l-bidla li ċ-ċittadini huma għatxana għaliha.”

Ġabra ta’ ritratti

Aktar informazzjoni:

Għall-perjodu baġitarju 2021-2027 li jmiss, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi verżjoni aktar flessibbli u aktar sempliċi tal-Fond Soċjali Ewropew attwali billi jingħaqdu għadd ta’ fondi u programmi eżistenti. Il- Fond Soċjali Ewropew Plus il-ġdid se jappoġġja l-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet taħt is-Semestru Ewropew. Madankollu, dan ikun ifisser li l-livell globali tal-finanzjament jonqos b’madwar 6%. Fl- abbozz ta’ opinjoni tal-KtR , li għandha tiġi adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Diċembru (relatur: Susana Díaz Pacheco (ES/PSE), President tar-Reġjun ta’ Andalusija), insibu wkoll twissija kontra ċ-ċentralizzazzjoni tal-ġestjoni tal-Fond għad-detriment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Kuntatt:

Lauri Ouvinen

Tel. +32 22822063

lauri.ouvinen@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COTER-MEETING-26-SEPT-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-BUDGET-CUTS-TO-COHESION-POLICY-WILL-UNDERMINE-EU-PROMISES-ON-SOCIAL-PROGRESS.ASPX

Europe needs a stronger and reformed Cohesion Policy to be fit for the future, regions and cities say
Europe needs a stronger and reformed Cohesion Policy to be fit for the future, regions and cities say
26.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REGIONS-DEMAND-STRONGER-SUPPORT-AND-BETTER-RULES-TO-REINFORCE-COHESION-AND-CROSS-BORDER-COOPERATION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-BUDGET-CUTS-TO-COHESION-POLICY-WILL-UNDERMINE-EU-PROMISES-ON-SOCIAL-PROGRESS.ASPX

Regions demand stronger support and better rules to reinforce cohesion and cross-border cooperation with neighbouring countries
Regions demand stronger support and better rules to reinforce cohesion and cross-border cooperation with neighbouring countries
26.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HL42---TIMISOARA-CONFERENCE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-BUDGET-CUTS-TO-COHESION-POLICY-WILL-UNDERMINE-EU-PROMISES-ON-SOCIAL-PROGRESS.ASPX

Legacy of the Conference of the Future of Europe rests on 'implementation'
Legacy of the Conference of the Future of Europe rests on 'implementation'
22.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CP90-REACTION-SOTEU.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-BUDGET-CUTS-TO-COHESION-POLICY-WILL-UNDERMINE-EU-PROMISES-ON-SOCIAL-PROGRESS.ASPX

State of the EU: involving the local and regional level will make Europe stronger, fairer and more democratic
State of the EU: involving the local and regional level will make Europe stronger, fairer and more democratic
13.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUREGIONSWEEK-SIDE-EVENTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-BUDGET-CUTS-TO-COHESION-POLICY-WILL-UNDERMINE-EU-PROMISES-ON-SOCIAL-PROGRESS.ASPX

 EURegionsWeek side events have started!
EURegionsWeek side events have started!
07.09.2023