Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Baġit tal-UE 2021-2027: il-mexxejja lokali u l-Presidenza Bulgara tal-UE jiddefendu l-politika ta’ koeżjoni futura  

Il-mexxejja lokali u reġjonali tal-UE nġabru f’Sofija fis-7 ta’ Ġunju fejn appellaw biex jiġi evitat it-tnaqqis ta’ 10 % għall-politika ta’ koeżjoni ppjanat mill-Kummissjoni Ewropea fil-proposta tagħha għall-baġit tal-UE 2021-2027. Flimkien mal-Presidenza Bulgara tal-Kunsill tal-UE, huma appellaw biex jiġu assigurati biżżejjed riżorsi u titjib tar-regoli sabiex jiġi żgurat li t-tnaqqis fid-differenzi billi jkunu involuti l-atturi lokali jibqa’ l-objettiv ewlieni u l-funzjoni futura tal-fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej.

Fis-6 u s-7 ta’ Ġunju, il-Kummissjoni għall-Politika ta’ Koeżjoni Territorjali (COTER) tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni organizzat flimkien mal- Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Muniċipalitajiet tar-Repubblika tal-Bulgarija (NAMBR), organizzat konferenza ffukata fuq l-implikazzjonijiet tal-abbozzi ta’ proposti tal-Kummissjoni Ewropea għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss – li jistipula limiti annwali ta’ infiq għall-politiki kollha tal-UE bejn l-2021-2027 u r-regolamenti l-ġodda għal fondi.

Aħna napprezzaw l-impenn tal-Presidenza Bulgara tal-UE favur politika ta’ koeżjoni b’saħħitha. Permezz ta’ kooperazzjoni bejn l-UE, il-gvern nazzjonali u l-amministraturi lokali, il-Bulgarija hija eżempju ta’ kif il-politika ta’ koeżjoni tista’ ttejjeb il-ħajja taċ-ċittadini, toħloq infrastruttura aħjar, ittejjeb l-edukazzjoni, tiġġieled kontra l-faqar, tappoġġja r-riforma tas-servizz pubbliku u tindirizza t-tibdil fil-klima. Nafu li dan se jagħmel differenza u hu investiment fiċ-ċittadini u l-futur tal-Ewropa u huwa għalhekk li għandna naħdmu fil-fond biex nimminimizzaw it-tnaqqis u nintroduċu regoli sabiex il-politika ta’ koeżjoni ssir aktar effettiva. ” qal Karl-Heinz Lambertz , il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni.

B'referenza għan-negozjati baġitarji li ġejjin, id-Deputat Prim Ministru tar-Repubblika tal-Bulgarija, T omislav Donchev qal: " Il-Presidenza Bulgara ma toqgħodx lura milli ‘tpoġġi l-kwistjonijiet fuq il-mejda’ u tipprovoka diskussjoni sinċiera u onesta dwar il-futur komuni tagħna. Dan huwa validu wkoll għad-dibattitu dwar il-futur tal-Politika ta’ Koeżjoni – politika maħsuba biex tipprovdi tweġibiet għall-problemi tagħna, li twassalna lejn il-prosperità u valuri komuni.

Il-President ta’ NAMBR u s-Sindku ta’ Veliko Tarnovo, Daniel Panov , qal: " Aħna nemmnu li l-isforzi magħquda tal-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni u l-appoġġ ta' assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-awtoritajiet lokali minn madwar l-Ewropa huma prerekwiżiti għall-ħtiġijiet ta' miljuni ta’ ċittadini Ewropej li għandhom jintlaħqu għall-ġejjieni komuni tagħna. Il-prospett li r-riżorsi jiġu mmirata sew għall-komunitajiet lokali li qed jesperjenzaw diffikultajiet huwa l-għan u l-impenn politiku tagħna.”

Matul id-dibattitu, ir-relatur tal-KtR dwar il-QFP, Nikola Dobroslavić (PPE/HR) Prefett tal-Kontea ta’ Dubrovnik-Neretva, enfasizza li: " Il-mexxejja lokali jqisu l-proposta tal-QFP bħala punt ta' tluq pożittiv u jappoġġjaw iż-żieda fl-investiment fuq l-edukazzjoni, ir-riċerka, iż-żgħażagħ u l-migrazzjoni. Iżda t-tnaqqis previst għall-politika ta’ koeżjoni fir-riskju li jillimita l-kapaċità tar-reġjuni u l-bliet biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi u jagħtu spinta lill-innovazzjoni madwar il-kontinent filwaqt li l-kriterji ta’ allokazzjoni tal-fondi proposti u ż-żieda fil-flessibilità tal-baġit iridu jiġu valutati bir-reqqa.

Iċ-ċentralizzazzjoni tal-investiment u s-separazzjoni li qed tikber tal-fondi strutturali tal-UE, bil-Fondi Soċjali Ewropej u l-Fond għall-Iżvilupp Rurali dejjem iżjed distakkati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni, ħarġu bħala tħassib ewlieni tal-mexxejja lokali.

IL-ĦIDMA TAL-KTR DWAR IL-POLITIKA TA’ KOEŻJONI FUTURA

Il-Kummissjoni COTER tal-KtR qed twettaq valutazzjoni fil-fond tar-regolamenti l-ġodda. Il-Kumitat se jfassal u jadotta l-proposti tiegħu għal titjib sa Frar. Flimkien mal-opinjoni dwar il-QFP immexxija mis-Sur Dobroslavić, opinjonijiet ippjanati jinkludu:

- Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, korelaturi Catiuscia Marini (PSE/IT), President tar-Reġjun tal-Umbria, Michael Schneider (PPE/DE), Segretarju tal-Istat tal-Land ta’ Saxony-Anhalt.

- Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali: Michiel Rijsberman (PPE/NL), Membru tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Provinċja ta’ Flevoland.

- Il-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea: Marie-Antoinette Maupertuis , Membru eżekuttiv tal-awtorità reġjonali tal-Korsika.

- Kooperazzjoni Transfruntiera: Bouke Arends (PSE/NL), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Emmen

- Il-Fond Soċjali Ewropew Plus: Susana Diaz (PPE/ES), President ta’ Andalucia.

- Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa: Isabelle Boudineau, Viċi President tal-Kunsill Reġjonali ta’ Nouvelle-Aquitaine

ALLEANZA TA’ KOEŻJONI

Sabiex jippreżenta l-każ għal politika ta’ koeżjoni aktar b’saħħitha wara l-2020, il-KtR, flimkien mal-assoċjazzjonijiet territorjali ewlenin tal-UE, nedew il-#CohesionAlliance: moviment li jinvolvi liċ-ċittadini miftuħ għal kull min jemmen li l-politika ta’ koeżjoni tal-UE trid tkompli tkun pilastru tal-futur tal-UE. Minn meta tnediet f’Ottubru tas-sena l-oħra, l-Alleanza kompliet tattira firmatarji ġodda kuljum, inklużi l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-assoċjazzjonijiet tan-negozji, l-akkademja, it-trejdjunjins u l-gruppi ta’ riflessjoni.

Aktar informazzjoni dwar l-inizjattivi, id-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti ta’ pożizzjoni relatati ma’ #CohesionAlliance hija disponibbli fuq https://cohesionalliance.eu .

Kuntatt:

Pierluigi Boda

Tel: +32 2 282 2461

Mowbajl: +32 473 85 17 43

pierluigi.boda@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-POLICIES-FIGHT-SOCIAL-TERRITORIAL-DISPARITIES-PROMOTE-COHESION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-BUDGET-2021-2027.ASPX

All European policies must fight social and territorial disparities and promote cohesion
All European policies must fight social and territorial disparities and promote cohesion
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BETTER-PREPARE-FUTURE-CRISES-EXTREME-EVENTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-BUDGET-2021-2027.ASPX

Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HIGH-LEVEL-GROUP-ON-THE-FUTURE-OF-COHESION-POLICY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-BUDGET-2021-2027.ASPX

President Cordeiro brings the voice of EU regions and cities in the High-Level Group on the Future of Cohesion Policy
President Cordeiro brings the voice of EU regions and cities in the High-Level Group on the Future of Cohesion Policy
23.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/INTERVIEW-PRESIDENT-CORDEIRO-COHESION-ALLIANCE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-BUDGET-2021-2027.ASPX

Interview with the CoR President Vasco Alves Cordeiro
Interview with the CoR President Vasco Alves Cordeiro
03.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BUDGET-MUST-PROMOTE-COHESION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-BUDGET-2021-2027.ASPX

European Union’s policies and budget must promote cohesion, not harm it
European Union’s policies and budget must promote cohesion, not harm it
24.04.2023