Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
eTranslation - sistema ta’ traduzzjoni online affidabbli tal-UE għas-servizz tiegħek  

Għandek bżonn tittraduċi minnufih xi testi u dokumenti? Tixtieq ikollok aċċess għal għodda għat-traduzzjoni Ewropea sikura u sigura, u li jkollok ħarsa ġenerali tat-traduzzjonijiet tiegħek kull ħin u kullimkien?

Issa hemm soluzzjoni sempliċi ħafna: għodda għat-traduzzjoni awtomatika. It-traduzzjoni awtomatika tuża software jew network newrali artifiċjali minflok tradutturi umani biex tittraduċi test jew dokumenti minn lingwa għal oħra.

It-traduzzjoni awtomatika hija għodda online tajba u utli ħafna li tgħinek tifhem il-kontenut ta’ test kull ħin u kullimkien. Madankollu, kun af li għalkemm din it-teknoloġija għamlet passi kbar matul is-snin, ir-riżultati li tagħti huma biss traduzzjoni mhux ipproċessata, li l-kwalità u l-preċiżjoni tagħha jistgħu jvarjaw skont it-tip ta’ test u l-par tal-lingwi.

Diġà hemm diversi soluzzjonijiet bħal dawn fis-suq. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għażel l-eTranslation – l-applikazzjoni adattata għall-UE – u jużaha b’suċċess biex joffri traduzzjoni awtomatika tal- Aħbarijiet u l- Avvenimenti meta ma tkun disponibbli l-ebda traduzzjoni uffiċjali.

Żur il- paġna web dwar l-eTranslation tagħna li għadha kif ġiet ippubblikata u sir af kif tista’ tuża l-eTranslation b’mod faċli u sikur fix-xogħol tiegħek ta’ kuljum.

Ikkondividi :