Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-mexxejja lokali jappellaw biex jintemmu l-importazzjonijiet lejn l-UE ta’ żejt, gass u faħam mir-Russja  

Il-kriżi tal-enerġija kkawżata mill-invażjoni tal-Ukrajna minn Putin aggravat il-ħtieġa li l-UE telimina gradwalment id-dipendenza tagħha miż-żejt, il-gass u l-faħam. Fid-dawl tas-sitwazzjoni ġeopolitika attwali u l-konsegwenzi tagħha fuq is-swieq tal-enerġija, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – l-assemblea tal-UE tal-mexxejja lokali u reġjonali eletti – adotta riżoluzzjoni dwar REPowerEU, li tikkontribwixxi għall-istrateġija tal-enerġija tal-Kummissjoni Ewropea li għandha l-għan li tikseb l-indipendenza mill-importazzjonijiet tal-enerġija mir-Russja sal-2030. It-theddidiet attwali għas-sigurtà u l-provvista tal-enerġija tal-Ewropa mhumiex alternattiva għat-tranżizzjoni newtrali għall-klima, enfasizzaw il-mexxejja lokali.

Dwar il-kriżi attwali tal-enerġija, Vasco Alves Cordeiro, l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u Membru tal-Parlament Reġjonali tal-Azores, qal: “Il-konsegwenzi tal-gwerra fl-Ukrajna bħalissa qed jinħassu fl-Unjoni Ewropea kollha. Il-familji u n-negozji huma partikolarment milquta mill-aggressjoni tar-Russja, mhux l-inqas biż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni bagħat messaġġ ċar. Huwa importanti li jitneħħew gradwalment l-importazzjonijiet taż-żejt, tal-gass u tal-faħam mir-Russja. Dan ma jistax isir mingħajr ma nqisu li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura jew billi nwarrbu l-impenji klimatiċi tagħna. Il-gwerra u l-kriżi klimatika qed iġegħluna naħsbu mill-ġdid dwar il-futur tagħna issa. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol ċentrali fit-tranżizzjoni tal-enerġija u nappellaw għall-istrateġija Ewropea l-ġdida REPowerEU biex tappoġġja l-ippjanar lokali għas-sigurtà tal-enerġija u l-investimenti fis-sorsi tal-enerġija rinnovabbli.”

Ir-riżoluzzjoni adottata dwar REPowerEU tilqa’ l-possibbiltà ta’ intervent fil-prezzijiet tal-elettriku biex tiġi indirizzata l-volatilità għolja u jittaffa l-impatt fuq dawk l-aktar vulnerabbli u fuq l-intrapriżi mikro u żgħar. Il-Kumitat jissuġġerixxi li l-gass u l-elettriku jiġu diżakkoppjati bħala miżura possibbli biex jiġi evitat li l-prezzijiet għoljin tal-gass jaffettwaw il-prezzijiet tal-enerġija u jistieden lill-Kummissjoni testendi l-applikazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST) mill-inqas sa tmiem l-2023. Il-mexxejja lokali jwissu li s-sovranità tal-enerġija tal-UE mhux ser tinkiseb sakemm is-sinkronizzazzjoni tal-grilji u l-interkonnessjonijiet tal-gass, tal-idroġenu u tal-elettriku ma titjiebx u titlesta kompletament fl-UE kollha. Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għandhom jiġu riveduti sabiex tingħata spinta lill-investimenti strateġiċi ewlenin fl-idroġenu rinnovabbli u fl-infrastruttura pubblika għall-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi.

Bil-għan li jikkomplementa r-riżoluzzjoni dwar REPowerEU, il-Kumitat adotta pakkett ta’ Opinjonijiet li jikkontribwixxu għar-reviżjoni li għaddejja bħalissa tal-pakkett tal-enerġija “lesti għall-mira ta’ 55 %” tal-UE u l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew fil-livell lokali u reġjonali.

Dwar ir-reviżjoni tal-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, il-Kumitat jappella lill-Istati Membri biex jistabbilixxu limitu minimu ta’ perċentwal ta’ mill-inqas 20% tad-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti tal-ETS li għandu jiġi ġestit direttament mill-awtoritajiet lokali u reġjonali. Din hija miżura proposta fl-Opinjoni ta’ Peter Kurz (DE/PSE), Sindku ta’ Mannheim li qal “Ir-rispons għall-gwerra fl-Ukrajna ma jistax iqajjem dubji dwar l-istrumenti effettivi ta’ trasformazzjoni, speċjalment l-ipprezzar tas-CO2. Għall-kuntrarju, dan jikkonferma biss il-konvinzjoni fit-tul tagħna li rridu ntemmu d-dipendenza mill-fjuwils fossili. Irridu niżguraw li l-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” jaħdem għall-bliet u r-reġjuni, billi jinvolvihom kemm fl-Iskema riveduta għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet kif ukoll fil-ħolqien tal-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri, u billi jipproteġi lill-persuni u t-territorji vulnerabbli bil-Fond Soċjali għall-Klima”.Fl-Opinjoni adottata, il-membri jtennu l-appell tagħhom biex l-ipprezzar tal-karbonju jiġi estiż għas-setturi kollha, inklużi s-setturi tat-trasport u tal-bini.

Dwar l-effiċjenza enerġetika, il-mexxejja lokali u reġjonali ressqu sensiela ta’ proposti f’Opinjoni mir-relatur Rafał Trzaskowski (PL/PPE). Is-Sindku ta’ Varsavja qal: “Il-gwerra Russa kontra l-Ukrajna u l-qtugħ reċenti fil-provvista tal-gass lejn xi Stati Membri tal-UE għandhom jimmobilizzawna aktar biex nilħqu l-objettivi klimatiċi tagħna aktar malajr. Il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” huwa kruċjali għall-awtonomija strateġika tal-UE. Huwa għalhekk li aħna nappoġġjaw il-miri ta’ 3% tar-rinnovazzjoni annwali tal-bini tas-settur pubbliku u tnaqqis ta’ mill-inqas 1.7% tad-domanda għall-enerġija tas-settur pubbliku. Madankollu, neħtieġu appoġġ finanzjarju u tekniku. Intenni s-sejħa tiegħi għal fondi diretti għall-bliet u r-reġjuni biex jimplimentaw proġetti marbuta mal-Patt Ekoloġiku. Peress li l-għadd ta’ ċittadini vulnerabbli li qed jiffaċċjaw il-faqar enerġetiku u tal-mobbiltà żdied b’mod drammatiku, nappellaw lill-Kummissjoni Ewropea tiffaċilita konsorzji pubbliċi-privati fil-qasam tar-rinnovazzjoni tal-bini mal-industriji.

Dwar l-enerġiji rinnovabbli, il-bliet u r-reġjuni adottaw l-Opinjoni L-emendar tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli biex jintlaħqu l-miri klimatiċi l-ġodda għall-2030. Ir-relatur Andries Gryffroy (BE/AE) qal: “Filwaqt li nilqgħu r-reviżjonijiet tad-Direttiva l-ġdida, għadna neqsin minn inċentivi ulterjuri għall-istabbiliment ta’ komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli. Jeħtieġ ukoll li nkomplu niffaċilitaw il-ħruġ ta’ permessi, it-tnaqqis tal-ostakli amministrattivi u ta’ fatturi li jimpedixxu l-aċċess għall-grilja sabiex jiġu inċentivati l-awtoġenerazzjoni kollettiva u l-awtokonsum ta’ sorsi ta’ enerġiji rinnovabbli. Il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-livell lokali hija kruċjali biex tiġi żgurata l-indipendenza enerġetika u jinżammu l-impenji klimatiċi globali tagħna. Jeħtieġ li nżidu l-investimenti fl-enerġija rinnovabbli u niżviluppaw aktar proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli sabiex niddiversifikaw il-provvista tal-enerġija tal-UE u niksbu sistema tal-enerġija integrata u dekarbonizzata”. Il-membru tal-Parlament Fjamming isejjaħ lill-Kummissjoni Ewropea “tippreżenta malajr l-istrateġija tal-UE dwar l-enerġija solari li ħabbret, u tkompli tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ swieq tal-idroġenu nadif.

L-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta sabiex ħadd ma jitħalla jibqa’ lura huwa l-għan ewlieni tal-proposti ta’ Csaba Borboly (RO/PPE), relatur ta’ Opinjoni dwar Patt Ekoloġiku soċjalment ġust. Il-President tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Harghita qal: “Irridu nappoġġjaw dawk l-iżjed vulnerabbli u nipprovdu eżenzjonijiet għall-unitajiet domestiċi, u l-intrapriżi mikro u żgħar li qed jiffaċċjaw il-faqar enerġetiku u tal-mobbiltà. Il-Fond Soċjali għall-Klima jenħtieġ li jkun parti mill-fondi strutturali u jopera taħt ġestjoni kondiviża, filwaqt li jirrispetta l-prinċipji tas-sħubija u l-governanza f’diversi livelli. Il-bliet u r-reġjuni jridu jkunu involuti b’mod attiv fl-abbozzar tal-Pjani Soċjali Nazzjonali għall-Klima u għandhom jiġġestixxu direttament mill-inqas 35% tal-pakkett finanzjarju tal-Fond Soċjali għall-Klima.”

Aktar informazzjoni:

Fit-8 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet pjan biex l-Ewropa ssir indipendenti mill-fjuwils fossili Russi ferm qabel l-2030, u tibda bil-gass, fid-dawl tal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Il-pjan REPowerEU se jfittex li jiddiversifika l-provvisti tal-gass, iħaffef l-introduzzjoni ta’ gassijiet rinnovabbli u jissostitwixxi l-gass fit-tisħin u l-ġenerazzjoni tal-enerġija, li jista’ jnaqqas id-domanda għall-gass Russu b’żewġ terzi qabel tmiem is-sena. Il-pjan jinkludi sensiela ta’ miżuri biex iwieġbu għaż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija fl-Ewropa u għar-riforniment tal-istokkijiet tal-gass għax-xitwa li ġejja. L-Ewropa ilha tħabbat wiċċha ma’ żieda fil-prezzijiet tal-enerġija għal diversi xhur, iżda issa l-inċertezza dwar il-provvista qed taggrava l-problema.

Permezz tal-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jimpenja ruħu li jappoġġja l-bliet u r-reġjuni fit-tranżizzjoni tal-UE lejn in-newtralità klimatika. Il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali huwa inizjattiva ewlenija ġdida tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni li għandha l-għan li tqiegħed il-bliet u r-reġjuni fil-qalba tat-tranżizzjoni tal-UE lejn in-newtralità klimatika. Dan il-Patt jinkludi diversi sejħiet għal azzjoni bħall-inizjattiva is-Siġar għall-Ħajja, stħarriġ biex jinġabru l-fehmiet tal-bliet u r-reġjuni dwar l-isfidi u l-opportunitajiet tal-implimentazzjoni lokali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u sejħa biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali kollha jaqsmu l-impenji tagħhom dwar il-klima.

Persuna ta’ kuntatt:

David Crous

Tel. +32 (0)470 881 037

david.crous@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Informazzjoni relatata
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-INDUSTRY’S-GREEN-TRANSITION-IN-SPOTLIGHT-AT-ECON-MEETING.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/END-EU-IMPORTS-RUSSIAN-OIL-GAS-COAL.ASPX

EU industry’s green transition in spotlight at ECON meeting
EU industry’s green transition in spotlight at ECON meeting
07.06.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/WE-NEED-TO-BUILD-A-RESILIENT-AGRICULTURAL-SYSTEM-EU-REGIONAL-AND-LOCAL-LEADERS-URGE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/END-EU-IMPORTS-RUSSIAN-OIL-GAS-COAL.ASPX

We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
02.06.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-GOING-LOCAL-WORKING-GROUP-ON-MULTIGOVERNANCE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/END-EU-IMPORTS-RUSSIAN-OIL-GAS-COAL.ASPX

Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
31.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BETTER-PREPARE-FUTURE-CRISES-EXTREME-EVENTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/END-EU-IMPORTS-RUSSIAN-OIL-GAS-COAL.ASPX

Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/155-PLENARY-ANNOUNCEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/END-EU-IMPORTS-RUSSIAN-OIL-GAS-COAL.ASPX

On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
23.05.2023