Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Mexxejja eletti mill-Parlament Ewropew u mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni huma alleati politiċi naturali biex isawru Ewropa aktar demokratika  

L-awtoritajiet lokali u reġjonali jitolbu lill-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli jieħu sehem bis-sħiħ fl-implimentazzjoni u l-governanza tal-pjani nazzjonali ta’ rkupru

Ftit jiem biss qabel it-tnedija tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, il-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli llum indirizza s-sessjoni plenarja tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) u qasam mal-mexxejja lokali u reġjonali l-ħtieġa li titwettaq il-Konferenza fuq il-post, lil hinn mill-istituzzjonijiet tal-UE u lil hinn mill-bliet kapitali.

Li l-valuri Ewropej ikunu parti minn kull reġjun, belt u raħal rurali; li tissaħħaħ id-demokrazija Ewropea; li jiġu involuti bis-sħiħ l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-pjani nazzjonali ta’ rkupru wara l-pandemija. Dawn kienu s-suġġetti fil-qalba tad-dibattitu fil-plenarja bejn il-membri tal-KtR u l-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli. Id-diskussjoni wriet ir-rieda kondiviża li tiżdied il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet tal-UE, speċjalment qabel it-tnedija uffiċjali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, fid-9 ta’ Mejju.

Kif ġie enfasizzat mill-President Sassoli, il-Parlament Ewropew u l-KtR huma magħmula minn uffiċjali eletti, u għalhekk huma alleati politiċi naturali, kemm fi Brussell kif ukoll fuq il-post. Aħna determinati li dan il-kliem insarfuh f’azzjonijiet konkreti. Aħna, il-presidenti reġjonali u s-sindki lokali, nagħmlu l-Ewropa ħajja fuq il-post. Aħna nassiguraw li d-demokrazija tagħti riżultati. Il-vuċi taċ-ċittadini, espressa permezz tal-membri tal-KtR u l-miljun politiku elett lokali li jirrappreżentaw, għandha tinstema’ fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, lil hinn mill-istituzzjonijiet u l-bliet kapitali tal-UE ,“ qal Apostolos Tzitzikostas , President tal-KtR.

Il-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli qal: " Huwa speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi li l-Unjoni Ewropea trid turi l-importanza tagħha billi tipproteġi n-nies, tappoġġja n-negozji, tinvesti fl-ugwaljanza, il-progress soċjali u l-benessri ekonomiku. L-issodisfar tal-ħtiġijiet taċ-ċittadini Ewropej bħall-għajnuna, ix-xogħol, id-dinjità, is-sigurtà u l-prosperità għall-futur tagħhom huwa fil-qalba tal-irkupru. Ir-reġjuni, il-bliet u l-irħula ser jaqdu rwol importanti fit-triq lejn l-irkupru, it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi. Iridu, u jistgħu, juru l-valur miżjud tagħhom biex iwittu t-triq għal irkupru ġust, diġitali u ekoloġiku u mhux l-inqas fil-bini mill-ġdid tal-fiduċja tan-nies .”

L-Ewwel Viċi President tal-KtR, Vasco Cordeiro , qal: “ Ma hemm ħadd fil-Kumitat tar-Reġjuni li jirrifjuta li jkun strumentali biex il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa tkun suċċess, iżda huwa inġust għall-awtoritajiet lokali u reġjonali madwar l-Ewropa li ma jirrikonoxxux ir-rwol tagħhom u l-importanza tagħhom mhux biss bħala strument iżda wkoll bħala membri attivi li jista’ jkollhom rwol u jgħidu x’jaħsbu li għandu jkun il-futur tal-Ewropa. Hemm marġni wiesa’ ta’ progress u titjib fil-mod kif l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jkunu parti minn dan il-proċess ta’ reviżjoni tal-Ewropa u kif taħdem. Il-fiduċja hija fil-periklu f’dan il-proċess. Ir-reġjuni u l-bliet mhux se jintesew u nittama li l-istituzzjonijiet l-oħra kollha tal-UE wkoll.”

Sfond:

Nhar it-Tlieta 4 ta’ Mejju, il-Viċi President tal-Parlament Ewropew għall-Politika tal-Informazzjoni, l-Istampa u r-Relazzjonijiet maċ-Ċittadini, Othmar Karas , u l-Viċi President għar-Relazzjonijiet mal-KtR, Klára Dobrev , ingħaqdu mal-membri tal- Bureau tal-Kumitat , biex jiddiskutu kif jistgħu jiġu kkomunikati aħjar l-azzjonijiet u l-kisbiet tal-UE lin-nies fir-reġjuni, il-bliet u l-irħula madwar l-Ewropa. Huma ddiskutew ukoll kif jikkontribwixxu għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u jżidu l-kooperazzjoni bejn l-uniċi żewġ istituzzjonijiet tal-UE li jikkonsistu minn uffiċjali eletti.

Fid-9 ta’ Mejju, il-KtR se jorganizza dibattitu lokali fi Strasburgu biex ifakkar id-dimensjoni territorjali tal-Konferenza. L-avveniment, koorganizzat mal-assoċjazzjonijiet reġjonali u lokali Franċiżi ewlenin, se jippermetti lill-mexxejja reġjonali u lokali jiddiskutu maċ-ċittadini kif iwasslu ’l-Konferenza fir-reġjuni, il-bliet u l-irħula madwar l-Ewropa. Fl-avveniment lokali se jattendu, fost l-oħrajn, Dubravka Šuica, il-Kummissarju Ewropew għad-Demokrazija u d-Demografija, Guy Verhofstadt, Kopresident tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, u Ana Paula Zacarias, is-Segretarju tal-Istat Portugiż għall-Affarijiet Ewropej.

Aktar dettalji hawn .

Kelliem tal-President:

Michele Cercone

Tel. +32 (0)498 98 23 49

Michele.Cercone@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/YOUNG-ELECTED-POLITICIAN-PROGRAMME-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ELECTED-LEADERS-EP-AND-COR-NATURAL-POLITICAL-ALLIES-SHAPE-MORE-DEMOCRATIC-EUROPE.ASPX

Young people entrusted with the responsibilities of elected office in Europe's cities and regions deserve a voice in the policy making process as key players in building European democracy
Young people entrusted with the responsibilities of elected office in Europe's cities and regions deserve a voice in the policy making process as key players in building European democracy
31.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FOSTERING-DIVERSITY-AND-INCLUSION-ON-THE-GROUND.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ELECTED-LEADERS-EP-AND-COR-NATURAL-POLITICAL-ALLIES-SHAPE-MORE-DEMOCRATIC-EUROPE.ASPX

Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/155-PLENARY-ANNOUNCEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ELECTED-LEADERS-EP-AND-COR-NATURAL-POLITICAL-ALLIES-SHAPE-MORE-DEMOCRATIC-EUROPE.ASPX

On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
23.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LARGER-AND-MORE-RESILIENT-EU.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ELECTED-LEADERS-EP-AND-COR-NATURAL-POLITICAL-ALLIES-SHAPE-MORE-DEMOCRATIC-EUROPE.ASPX

A larger and more resilient EU in spotlight at CIVEX meeting
A larger and more resilient EU in spotlight at CIVEX meeting
19.04.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPCOM2023-OPEN.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ELECTED-LEADERS-EP-AND-COR-NATURAL-POLITICAL-ALLIES-SHAPE-MORE-DEMOCRATIC-EUROPE.ASPX

Join us for EuroPCom 2023!
Join us for EuroPCom 2023!
19.04.2023