Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Id-distakk diġitali għandu jiġi indirizzat biex ir-reġjuni u l-bliet jingħataw appoġġ fit-tranżizzjonijiet li jinsabu għaddejjin, jgħidu l-mexxejja lokali  

Biex tintlaħaq tranżizzjoni diġitali inklużiva fiż-żoni urbani u rurali jeħtieġ li jkun hemm aktar investiment fl-infrastruttura tan-networks, strateġiji aġġornati ta’ reżiljenza diġitali, u kooperazzjoni aħjar mal-gvernijiet nazzjonali u bejn l-Istati Membri. Dawn kienu l-konklużjonijiet tad-dibattitu ma’ Margrethe Vestager, Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea għal Ewropa Lesta għall-Era Diġitali, li sar matul is-sessjoni plenarja tat-8 ta’ Frar tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR).

Fid-diskussjoni ma’ Margrethe Vestager, il-mexxejja reġjonali u lokali enfasizzaw li t-tħejjija tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-Era Diġitali hija fattur ewlieni għas-sostenibbiltà tas-servizzi pubbliċi fl-era ta’ dipendenza dejjem akbar mit-teknoloġiji diġitali, il-cloud computing, u s-sistemi tad-data u informazzjoni interoperabbli. Li jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkollhom aċċess għall-informazzjoni u l-għodod li għandhom bżonn huwa parti vitali mill-iżvilupp tas-soċjetà diġitali ta’ għada.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, Vasco Alves Cordeiro (PT/PSE), qal: “It-tranżizzjoni diġitali hija l-isfida l-kbira ta’ żmienna, iżda jibqa’ kruċjali li n-nies inressquhom fil-qalba tagħha biex nevitaw li jinħolqu distakki territorjali u inugwaljanzi soċjali ġodda. Fil-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni, l-Aġenda Diġitali tal-UE għandha tinbena flimkien mal-bliet u r-reġjuni, biex jinkisbu servizzi pubbliċi aħjar, jinħolqu impjiegi ġodda, u tiġi appoġġjata l-edukazzjoni, u għandha timxi id f’id mat-twettiq tal-Patt Ekoloġiku.”

Il-Viċi President Eżekuttiv Vestager enfasizzat li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol ewlieni biex it-teknoloġiji diġitali jsiru disponibbli għaċ-ċittadini kollha, u saħqet li s-servizzi pubbliċi diġitali għandhom jittejbu biex jiġu żgurati għodod sikuri u aċċessibbli. Il-membri tal-KtR enfasizzaw il-ħtieġa li l-mexxejja fis-settur pubbliku u privat jaħdmu flimkien biex jappoġġjaw id-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni, u jikkontribwixxu għall-isforzi kontinwi fir-rigward tas-sigurtà tal-enerġija u t-teknoloġija ekoloġika sabiex tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-UE. Tranżizzjoni doppja diġitali u ekoloġika inklużiva fiż-żoni urbani u rurali tintlaħaq biss jekk kulħadd ikollu aċċess għall-infrastruttura diġitali meħtieġa, u jekk kull reġjun ikollu għodod diġitali effettivi u innovattivi.

Id-distakk diġitali bejn iż-żoni urbani u rurali se jkompli jikber jekk ma jkunx hemm l-aċċess meħtieġ għall-internet u għas-servizzi diġitali f’oqsma ewlenin bħall-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, is-servizzi pubbliċi u l-inklużjoni soċjali. Dan jirrikjedi kooperazzjoni aktar b’saħħitha u aktar effettiva bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri u fi ħdanhom. 

It-tranżizzjoni diġitali – it-titjib fl-aċċess għat-teknoloġiji diġitali u l-użu tagħhom u l-isfruttar tal-opportunitajiet sinifikanti li jistgħu jġibu magħhom – se jkollha impatt enormi fuq il-koeżjoni fl-UE u hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tad-deċennju diġitali tal-2030. Fid-dawl ta’ dan, il-KtR qed ifittex li jżid id-dimensjoni diġitali mad-definizzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali rikonoxxuta mit-Trattati tal-UE, sabiex l-investiment jiġi integrat fid-diġitalizzazzjoni “inklużiva”. F’era ta’ konnettività dejjem akbar, ħafna żoni urbani u rurali għad m’għandhomx in-networks avvanzati li jeħtieġu, u ċ-ċittadini spiss ma jkollhomx biżżejjed ħiliet diġitali. It-tnaqqis ta’ dan id-distakk diġitali jirrikjedi approċċ varjat, bi strateġiji ta’ trasformazzjoni diġitali adattati għall-ħtiġijiet ta’ kull reġjun biex jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura.

Kuntest:

Studju li l-KtR se jippubblika dalwaqt se jinvestiga s-sitwazzjoni attwali tar-reżiljenza diġitali fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE u jeżamina s-soluzzjonijiet u l-fondi li qed jintużaw fil-livell sottonazzjonali biex tissaħħaħ din ir-reżiljenza. Tista’ ssib aktar informazzjoni hawnhekk.

Persuni ta’ kuntatt:

Monica Tiberi – Kelliema f’isem il-PresidentTel: +32 479 51 74 43monica.tiberi@cor.europa.eu

Theresa Sostmann

Tel. +32 475999415

Theresa.Sostmann@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PARTNERSHIPS-FOR-REGIONAL-INNOVATION-IN-DALARNA.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/DIGITAL-DIVIDE-SUPPORT.ASPX

Local and regional leaders gathered in Dalarna to share and discuss the achieved results of the Partnerships for Regional Innovation (PRI)
Local and regional leaders gathered in Dalarna to share and discuss the achieved results of the Partnerships for Regional Innovation (PRI)
01.06.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BROADBAND-PLATFORM-FOCUS-ON-INCREASING-CONNECTIVITY-DIGITAL-RESILIENCE-AND-DIGITAL-MATURITY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/DIGITAL-DIVIDE-SUPPORT.ASPX

Broadband Platform: focus on increasing connectivity, digital resilience and digital maturity
Broadband Platform: focus on increasing connectivity, digital resilience and digital maturity
30.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CLEARER-RULES-ADEQUATE-FUNDING-NEEDED.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/DIGITAL-DIVIDE-SUPPORT.ASPX

Clearer rules and adequate funding are needed to ensure interoperability and digitalise public services
Clearer rules and adequate funding are needed to ensure interoperability and digitalise public services
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/155-PLENARY-ANNOUNCEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/DIGITAL-DIVIDE-SUPPORT.ASPX

On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
23.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HG-21-NET-ZERO-INDUSTRY-REGIONAL-ACTION-IS-NEEDED-TO-ESTABLISH-SUSTAINABLE-VALUE-CHAINS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/DIGITAL-DIVIDE-SUPPORT.ASPX

Net-zero industry: regional action is needed to establish sustainable value chains
Net-zero industry: regional action is needed to establish sustainable value chains
19.04.2023