Press release01.07.2021 | Citizenship;Fundamental rights and rule of law;Future of Europe;
L-Unjoni Ewropea trid toħloq “infrastruttura demokratika ġdida” sabiex tiżgura li l-elezzjonijiet ikunu ħielsa u ġusti, ittejjeb il-pluraliżmu tal-midja u tagħti spinta lill-involviment taċ-ċittadini, qal il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fit-30 ta’ Ġunju. F’rakkomandazzjonijiet maħsuba biex isaħħu d-demokrazija, l-ugwaljanza, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-mexxejja muniċipali u reġjonali enfasizzaw li l-gvernijiet sottonazzjonali jista’ jkollhom rwol importanti fil-promozzjoni tal-litteriżmu medjatiku, il-ħsieb kritiku u t-trasparenza fil-kampanji politiċi, kif ukoll fl-appoġġ tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-politika.