Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Alleanza attiva madwar l-UE twissi lill-Kummissjoni Ewropea: il-qtugħ ta’ fondi reġjonali huwa riskju għall-ġejjieni tal-Ewropa  

Il-politika ta’ koeżjoni tal-UE trid tkompli tkompli tirrappreżenta tal-inqas terz tal-baġit tal-UE wara l-2020 u tappoġġa r-reġjuni kollha tal-Ewropa. Li titnaqqas joħloq riskji ta’ firdiet akbar fl-Ewropa u tista’ tipperikola l-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea. Dan il-messaġġ ġie ppreżentat illum mill-#CohesionAlliance attiva madwar l-Ewropa kollha, lill-Kummissjoni Ewropea qabel il-pubblikazzjoni tal-abbozz tal-baġit futur tal-UE fit-2 ta’ Mejju.

B’valur ta’ aktar minn EUR 350 biljun bejn l-2014 u l-2020, il-politika ta’ koeżjoni – implimentata permezz tal- Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej – hija l-għodda prinċipali ta’ investiment tal-UE li taħdem biex tnaqqas id-disparitajiet reġjonali, toħloq l-impjiegi, tiftaħ opportunitajiet ġodda ta’ negozju u tindirizza kwistjonijiet globali kbar bħat-tibdil fil-klima u l-migrazzjoni. Din hija l-unika politika tal-UE li tkopri l-komunitajiet lokali kollha tal-Ewropa u li tinvolvi lill-partijiet interessati lokali biex iwettqu strateġiji ta’ tkabbir immexxi minn għanijiet komuni tal-UE.

Bħala konsegwenza tal-Brexit u l-ħtieġa biex l-UE tiffinanzja prijoritajiet ġodda bħad-difiża, is-sigurtà u l-kontroll tal-fruntieri esterni, l-allokazzjonijiet finanzjarji għall-politika tal-koeżjoni huma fil-periklu li jitnaqqsu fil-baġit fuq medda twila ta’ żmien li jmiss tal-UE – jew il- Qafas Finanzjarju Pluriennali – li jitabbilixxi l-limiti massimi tal-infiq tal-UE għall-perjodu wara l-2020. Sabiex dan jiġi evitat u titqajjem kuxjenza dwar ir-rwol essenzjali tal-politika ta’ koeżjoni, tnediet #CohesionAlliance inizjalment mill-assoċjazzjonijiet ewlenin tar-reġjuni u l-bliet – l- Assoċjazzjoni tar-Reġjuni Ewropej tal-Fruntiera (AEBR), l- Assemblea tar-Reġjuni Ewropej (AER), il- Konferenza ta’ Assemblej Leġislattivi Reġjonali Ewropej (CALRE), il- Kunsill tal-Muniċipalitajiet u r-Reġjuni Ewropej (CEMR), il- Konferenza tar-Reġjuni Marittimi Periferiċi tal-Ewropa (CPMR) u EUROCITIES - kif ukoll il- Kumitat Ewropew tar-Reġjuni f’Ottubru tas-sena l-oħra.

L-Alleanza qed titlob li l-baġit tal-UE wara l-2020 jagħmel il-politika ta’ koeżjoni aktar b’saħħitha, aktar effettiva, viżibbli u disponibbli għal kull reġjun fl-Unjoni Ewropea. Sa mit-tnedija tagħha, id- dikjarazzjoni tal-Alleanza ġiet iffirmata minn iktar minn 4,000 firmatarju, 100 reġjun, 70 belt u kontea, 50 assoċjazzjoni tal-gvernijiet reġjonali u lokali, 40 Membru tal-Parlament Ewropew, 30 assoċjazzjoni settorjali tal-UE.

Il-Politika ta’ Koeżjoni hija tradizzjonali iżda mhux antikwata. Huwa ser ikompli jaqdi r-rwol tiegħu fil-baġit li jmiss tal-UE. Ma nistgħux niggarantixxu l-ebda qtugħ fil-fondi iżda l-idea tagħna hi li nillimitawhom għal bejn 5 u 10%, ” qal il-Kummissarju tal-UE għall-Baġit Gunther Oettinger , u stieden lill-imsieħba kollha biex jimmobilizzaw u jikkonvinċu lill-gvernijiet nazzjonali li żieda limitata tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri hija meħtieġa biex l-UE tkun tista’ tlaħħaq mal-kompiti tagħha.

Il-Kummissarju għall-Politika Reġjonali tal-UE, Corinna Creţu, qablet ma’ dan il-punt u saħqet li: “L-Ewropa teħtieġ dejjem iktar koeżjoni, mhux biss għal raġunijiet ekonomiċi, iżda wkoll għal raġunijiet soċjali u politiċi. Grazzi għall-#CohesionAlliance eluf ta’ benefiċjarji ta’ din il-politika unika, li tirrappreżenta l-bliet u r-reġjuni kif ukoll is-saħħa, l-edukazzjoni jew setturi tan-negozju, iddikjaraw b’vuċi soda u mingħajr tlaqliq li l-Ewropa u l-politika ta’ koeżjoni huma żewġ naħat tal-istess munita.”

F’isem l-AEBR, id-Direttur Ġenerali għall-Azzjoni Esterna tal-Gvern Reġjonali ta’ Extremadura, Rosa Balas Torres, qalet: " Il-programmi ta’ kooperazzjoni territorjali attwali jridu jibqgħu partijiet inerenti tal-Koeżjoni Ewropea, u jressqu lejn xulxin dejjem iżjed iċ-ċittadini u t-territorji lil hinn mill-konfini nazzjonali. Wara l-Komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni dwar ir-Reġjuni tal-Fruntiera, approċċi transnazzjonali u transkonfinali f’oqsma tal-politika cħrajn tal-UE, bħall-impjieg, il-kura tas-saħħa, l-aċċessibbiltà u l-konnettività għandhom jiġu żviluppati aktar ”.

Il-President tal-AER, u l-President tar-Reġjun ta’ Västra Götaland fl-Iżvezja, Magnus Berntsson qal: " Politika ta’ koeżjoni mġedda u b'saħħitha għar-reġjuni kollha hija l-investiment l-aktar intelliġenti u loġiku li l-UE tista’ tagħmel għall-futur tagħha. Fl-Unjoni tal-futur, il-politika ta’ koeżjoni hija l-aktar strument qawwi, l ttejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini u tippromovi Ewropa magħquda, b’saħħitha u kompetittiva”.

Il-President tal-CALRE Ana Luís , President tal-Assemblea Leġislattiva tar-Reġjun Awtonomu tal-Azores fil-Portugall, irrimarkat li: "Wasal il-waqt li ningħaqdu u nikkonverġu għad-difiża tal-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea, bħall-koeżjoni u s-solidarjetà. Din hija r-raġuni għaliex il-CALRE ssieħbet ma’ #CohesionAlliance mill-bidu nett. L-Ewropa għandha bżonn politika ta’ koeżjoni b’saħħitha u effiċjenti, f’kull wieħed mir-reġjuni tagħha”.

Il-kelliem tal-CEMR u Kunsillier ta’ Malmö fl-Iżvezja, Ilmar Reepalu , qal: “ Is-suċċess tal-prijoritajiet ġodda tal-UE, bħall-inklużjoni soċjali u l-azzjoni tal-kima, jiddipendi fuq il-kapaċità tal-bliet u r-reġjuni li jinvestu fit-territorji tagħhom. Dawn l-investimenti ma jistgħux iseħħu mingħajr il-politika ta’ koeżjoni. L-UE għandha tkun konsistenti u tagħmel il-politika ta’ koeżjoni b’saħħitha fil-baġit futur ”.

Il-President tal-KtR, Karl-Heinz Lambertz , saħaq li: " Jekk irridu Ewropa li tinvesti f’kull komunità, li hija iżjed effettiva, viżibbli u inqas ċentralizzata, u li tappoġġa l-kooperazzjoni lill hinn mill-fruntieri nazzjonali, neħtieġu politika ta’ koeżjoni b’saħħitha għar-reġjuni kollha u baġit tal-UE ikbar. Li tiġi mnaqqsa se jkollu konsegwenzi serji fuq il-prosperità u l-għaqda tal-Unjoni Ewropea fil-ġejjieni”.

Kwistjoni enfasizzata wkoll mill-President tas-CPMR u tal-Gvern Reġjonali Awtonomu tal-Azores tal-Portugall, Vasco Alves Cordeiro : Il-baġit futur tal-UE jrid jirrifletti l-ambizzjoni u l-prijoritajiet tal-UE, jipprovdi lir-reġjuni bil-flessibilità li jeħtieġu biex iwasslu l-viżjoni politika tal-Unjoni Ewropea għall-ġejjieni tal-Ewropa fil-lokal. Ċerti prijoritajiet jistgħu jinkisbu biss permezz ta’ Politika ta’ Koeżjoni”.

Ir-rwol essenzjali tal-politika ta’ koeżjoni ġie enfasizzat mill-President ta’ EUROCITIES u Sindku ta’ Gent fil-Belġju, Daniël Termont : " Il-politika ta’ koeżjoni hija l-kolla li żżomm l-UE magħquda hekk kif naħdmu għal ġejjieni iktar sostenibbli, inklużiv, demokratiku u prosperuż. L-appoġġ għall-innovazzjoni, il-kooperazzjoni u s-solidarjetà permezz ta’ politika ta’ koeżjoni b’saħħitha se jgħin lill-Ewropa tibqa’ mudell għad-dinja ta’ madwarna għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin ”.

Nota ta’ spjegazzjoni

Il-#CohesionAlliance hija koalizzjoni ta’ dawk li jemmnu li l-politika ta’ koeżjoni tal-UE għandha tkompli tkun pilastru fil-ġejjieni tal-UE. L-Alleanza nħolqot permezz ta’ kooperazzjoni bejn l-assoċjazzjonijiet prinċipali Ewropej tal-bliet u r-reġjuni u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni. Hija titlob li l-baġit tal-UE wara l-2020 jagħmel il-politika ta’ koeżjoni aktar b’saħħitha, aktar effettiva, viżibbli u disponibbli għal kull reġjun fl-Unjoni Ewropea. Mill-gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali sal-SMEs, l-NGOs, l-iskejjel, l-universitajiet, u l-organizzazzjonijiet kulturali, kull min jemmen fil-politika ta’ koeżjoni tal-UE huwa mistieden jissieħeb fil-#CohesionAlliance billi jiffirma d- dikjarazzjoni .

Aktar informazzjoni:

Ritratti

Skedi Informattivi dwar il-koeżjoni

Il-Firmatarji tal-Alleanza tal-Koeżjoni

Il-Mappa tal-Alleanza tal-Koeżjoni

Kuntatt għall-Istampa:

cohesionalliance@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-POLICIES-FIGHT-SOCIAL-TERRITORIAL-DISPARITIES-PROMOTE-COHESION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CUTTING-REGIONAL-FUNDS-IS-A-RISK-TO-EUROPES-FUTURE.ASPX

All European policies must fight social and territorial disparities and promote cohesion
All European policies must fight social and territorial disparities and promote cohesion
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BETTER-PREPARE-FUTURE-CRISES-EXTREME-EVENTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CUTTING-REGIONAL-FUNDS-IS-A-RISK-TO-EUROPES-FUTURE.ASPX

Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HIGH-LEVEL-GROUP-ON-THE-FUTURE-OF-COHESION-POLICY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CUTTING-REGIONAL-FUNDS-IS-A-RISK-TO-EUROPES-FUTURE.ASPX

President Cordeiro brings the voice of EU regions and cities in the High-Level Group on the Future of Cohesion Policy
President Cordeiro brings the voice of EU regions and cities in the High-Level Group on the Future of Cohesion Policy
23.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/INTERVIEW-PRESIDENT-CORDEIRO-COHESION-ALLIANCE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CUTTING-REGIONAL-FUNDS-IS-A-RISK-TO-EUROPES-FUTURE.ASPX

Interview with the CoR President Vasco Alves Cordeiro
Interview with the CoR President Vasco Alves Cordeiro
03.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BUDGET-MUST-PROMOTE-COHESION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CUTTING-REGIONAL-FUNDS-IS-A-RISK-TO-EUROPES-FUTURE.ASPX

European Union’s policies and budget must promote cohesion, not harm it
European Union’s policies and budget must promote cohesion, not harm it
24.04.2023