Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
M’hemmx żmien x’nitilfu: jeħtieġ li jiġu implimentati l-baġit tal-UE u l-pakkett ta’ rkupru mill-COVID-19  

Il-bliet u r-reġjuni tal-UE jfakkru li miljuni ta’ Ewropej qed jistennew li l-irkupru mill-COVID-19 ikun effettiv fil-prattika hekk kif il-Presidenza Ġermaniża tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew illum laħqu ftehim politiku dwar il-baġit tal-UE u l-pakkett ta’ rkupru

Kif imħabbar illum , intlaħaq ftehim politiku dwar il-baġit fit-tul tal-UE u l-pakkett ta’ rkupru mill-COVID-19 bejn il-Presidenza Ġermaniża tal-Kunsill u n-negozjaturi tal-Parlament Ewropew. Il-bliet u r-reġjuni jilqgħu l-ftehim iżda jenfasizzaw il-ħtieġa li l-ftehim jiġi implimentat b’mod urġenti sabiex tiġi rimedjata l-kriżi bla preċedent ikkawżata mill-pandemija. Il-ftehim tħabbar waqt li l-Kummissjoni għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Enerġija (ENVE) tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni kienet qed torganizza laqgħa online nhar it-Tlieta, 10 ta’ Novembru 2020.

Bħala reazzjoni tiegħu għall-ftehim politiku dwar il-baġit fit-tul tal-UE u l-pakkett ta’ rkupru bejn il-Presidenza Ġermaniża tal-Kunsill u n-negozjaturi tal-Parlament Ewropew, Juan Espadas (ES/PSE) , Sindku ta’ Sevilja, President tal-Kummissjoni ENVE u tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali , qal: “ Illum huwa jum kbir għall-Ewropa u għas-solidarjetà Ewropea . Il-bliet u r-reġjuni kienu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-pandemija u issa huma lesti li jaħdmu biex jiżguraw irkupru li jiffoka fuq il-ħarsien ta’ saħħet in-nies, li jagħmel il-bliet u r-reġjuni tagħna sostenibbli u inklużivi, u li jilħaq l-ambizzjonijiet klimatiċi tagħna. Aħna se nibqgħu viġilanti biex niżguraw li jiġi garantit approċċ f’diversi livelli u li l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew isiru realtà”.

Il-laqgħa tal-Kummissjoni ENVE bdiet b’ dibattitu dwar il-Patt Ekoloġiku li ffoka fuq “Il-kisba tal-Miri dwar il-Klima għall-2030 u l-appoġġ għal tranżizzjoni ekoloġika fil-livell lokali u reġjonali” . Waqt id-dibattitu saru stqarrijiet minn Eva Kracht , Viċi Direttur Ġenerali għall-Politika Ewropea fil-Ministeru Federali għall-Ambjnet, il-Konservazzjoni tan-Natura u s-Sikurezza Nukleari, li tirrappreżenta l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE u Mauro Petriccione , Direttur Ġenerali għall-Azzjoni Klimatika fil-Kummissjoni Ewropea.

Żewġ rappreżentanti tal-bliet kapitali tal- Grupp ta’ Visegrád argumentaw favur rwol akbar għall-gvernijiet lokali fil-Patt Ekoloġiku kif ukoll fl-istrateġija ta’ rkupru mill-COVID-19. Is-Sindku ta’ Varsavja Rafał Trzaskowski (PL/PPE) u l-Viċi Sindku ta’ Budapest Kata Tüttő (HU/PSE) fakkru fil-ħtieġa li l-bliet u r-reġjuni jingħataw aċċess dirett għall-fondi tal-UE u appellaw għal sħubijiet diretti mal-UE biex jiġu ppjanati u implimentati b’mod aħjar il-proġetti ta’ rkupru mill-COVID-19 li jaċċelleraw it-triq tal-UE lejn in-newtralità klimatika. Is-Sindku ta’ Varsavja Rafał Trzaskowski (PL/PPE) inħatar bħala r-rappreżentant tal-KtR fil- Bord Politiku tal-Patt tas-Sindki tal-UE .

Waqt il-laqgħa tal-Kummissjoni ENVE ġew diskussi l-abbozzi ta’ Opinjoni li ġejjin:

Dwar il-Patt Ekoloġiku, il-membri ddiskutew l-abbozz ta’ Opinjoni dwar “L-impatt tat-tibdil fil-klima fuq ir-reġjuni: valutazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew” . Ir-relatur Andries Gryffroy (BE/AE), membru tal-Parlament Fjamming qal: “ Sabiex tinkiseb it-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika, il-Patt Ekoloġiku jrid jappoġġja approċċ minn isfel għal fuq. Aħna nitolbu li l-konsultazzjonijiet obbligatorji tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu estiżi għall-oqsma kollha tal-Patt Ekoloġiku u li l-gvernijiet sottonazzjonali jiġu involuti bis-sħiħ fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza. Aħna nemmnu bis-sħiħ li r-reġjuni u l-bliet għandhom jingħataw aċċess aktar faċli u dirett għall-finanzjament u nipproponu li tiġi stabbilita Tabella ta’ Valutazzjoni Reġjonali Ewropea sabiex jiġi segwit il-proċess fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet relatati mal-klima fil-livell lokali”.

Dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, ir-relatur Markku Markkula (FI/EPP) ippreżenta l-punti ewlenin tal-abbozz ta’ Opinjoni dwar l- “Opportunitajiet u sinerġiji ta’ adattament prekawzjonarju għat-tibdil fil-klima biex jiġu promossi s-sostenibbiltà u l-kwalità tal-ħajja fir-reġjuni u l-muniċipalitajiet – liema kundizzjonijiet ta’ qafas huma meħtieġa għal dan il-għan?” L-Eks President tal-KtR u l-President tal-Bord tal-Belt ta’ Espoo ddikjara li: “ It-tibdil fil-klima huwa emerġenza globali. L-adattament għat-tibdil fil-klima għandu jiġi indirizzat flimkien mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jimpenjaw ruħhom li jaħdmu għal Ewropa newtrali fil-karbonju sal-2050. Nappellaw lill-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa Strateġija ta’ Adattament tal-UE ġdida b’għanijiet u indikaturi ċari f’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà attiva u tal-proporzjonalità, ta’ sostenibbiltà, u abbażi tal-aħħar għarfien, riċerka u innovazzjoni. Is-sostenibbiltà għandha tkun “in-normalità l-ġdida” għal-livelli kollha tal-gvern, il-komunitajiet, in-negozji u l-individwi.”

Il-membri kellhom skambju ta’ fehmiet dwar l-Opinjoni: “Nixprunaw ekonomija newtrali għall-klima: Strateġija tal-UE dwar l-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija” . Ir-relatur Gunārs Ansiņš (LV/RE)​ qal: “ Il-prinċipju ‘l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel’ huwa l-ogħla prijorità għal ġejjieni effiċjenti fl-użu tar-riżorsi fl-Ewropa. Is-sistema tal-enerġija tagħna għandha tiddependi minn sehem dejjem akbar ta’ enerġiji rinnovabbli, tintegra b’mod flessibbli vetturi differenti tal-enerġija u tiġi distribwita b’mod aktar mifrux fl-Ewropa. Vetturi differenti tal-enerġija – l-elettriku, il-gass u s-sħana – għandhom jitħallew jiċċirkolaw bla xkiel bejn l-unitajiet domestiċi, it-trasport u l-industrija, li jippermetti dekarbonizzazzjoni aktar profonda u b’hekk jitnaqqsu l-ispejjeż biex jintlaħaq l-objettiv tal-UE tal-2050 ta’ newtralità klimatika.”

Il-Kummissjoni ENVE ħatret lir-relaturi li ġejjin:

Dimitrios Karnavos (EL/PPE) , Sindku ta’ Kallithea, inħatar relatur dwar “It-8 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali”.

Vincent Chauvet (FR/RE) , Sindku ta’ Autun, inħatar relatur għal “It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 lejn il-COP 26”.

Adam Struzik (PL/PPE) , President tal-Provinċja ta’ Mazowieckie, inħatar relatur dwar “Strateġija għas-Sustanzi Kimiċi għas-sostenibbiltà.”

Sfond:

Aqra hawnhekk il-bullettin ENVOY (6 ta’ Novembru 2020).

Stqarrija għall-istampa (22 ta’ Ottubru 2020) Il-fondi diretti għall-bliet u r-reġjuni jibqgħu kruċjali għall-Patt Ekoloġiku fil-livell lokali .

Il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali huwa inizjattiva ġdida tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni li għandha l-għan li tqiegħed il-bliet u r-reġjuni fil-qalba tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tiżgura li kemm l-istrateġija tal-UE għat-tkabbir sostenibbli kif ukoll il-pjani ta’ rkupru mill-COVID-19 jissarrfu f’finanzjament dirett għall-bliet u r-reġjuni u proġetti tanġibbli għal kull territorju. Il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali tnieda fil-15 ta’ Ġunju 2020 bil-ħolqien ta’ Grupp ta’ Ħidma speċifiku magħmul minn 13-il membru . Aqra l-istqarrija għall-istampa hawnhekk .

Fit-13 ta’ Ottubru 2020, waqt dibattitu tas-sessjoni plenarja ma’ Frans Timmermans, il-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea għall-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) impenjaw ruħhom favur fażi ġdida ta’ kooperazzjoni biex jitħaffef it-twettiq tal-Patt Ekoloġiku fir-reġjuni u l-bliet tal-Ewropa. Aqra l-istqarrija għall-istampa hawnhekk.  

Il-bliet u r-reġjuni diġà qed iwettqu t-tranżizzjoni fil-prattika. Skopri 200 prattika tajba tal-Patt Ekoloġiku fil- mappa online tagħna .

Kuntatt:

David Crous

+32 (0) 470 88 10 37

david.crous@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-FUNDING-ALERT-AUGUST-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COVID-19-RECOVERY.ASPX

Green Deal Funding Alert - August 2023
Green Deal Funding Alert - August 2023
31.08.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REFORM-EU-ELECTRICITY-MARKET-BOOSTING-ENERGY-TRANSITION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COVID-19-RECOVERY.ASPX

Reform of the EU electricity market: Local action for boosting the energy transition
Reform of the EU electricity market: Local action for boosting the energy transition
06.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REDUCE-POLLUTION-SAVE-LIVES-ENVIRONMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COVID-19-RECOVERY.ASPX

Ambitious targets to reduce pollution will save lives and environment but regions and cities need support to deliver
Ambitious targets to reduce pollution will save lives and environment but regions and cities need support to deliver
06.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FLEXIBILITY-AND-BETTER-COORDINATION-AROUND-GREEN-DEAL-INITIATIVES.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COVID-19-RECOVERY.ASPX

Cities and regions need flexibility and better coordination around Green Deal initiatives
Cities and regions need flexibility and better coordination around Green Deal initiatives
06.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PRESIDENT-CORDEIRO-MEETS-COMMISSION-PRESIDENT-VON-DER-LEYEN-AHEAD-OF-PLENARY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COVID-19-RECOVERY.ASPX

President Cordeiro meets Commission President von der Leyen ahead of plenary debates on EU budget, green transition, and entrepreneurship
President Cordeiro meets Commission President von der Leyen ahead of plenary debates on EU budget, green transition, and entrepreneurship
03.07.2023