Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-pandemija tal-COVID-19 taċċellera t-trasformazzjoni diġitali tad-demokrazija lokali  

Il-pandemija tal-COVID-19 u b'konsegwenza tagħha l-użu akbar tal-għodod diġitali, jistgħu jitqiesu bħala impetu għall-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex ikunu lesti għall-era diġitali. L- Opinjoni “It-tisħiħ tal-governanza lokali u d-demokrazija rappreżentattiva permezz ta’ strumenti teknoloġiċi diġitali ġodda” ippreżentata minn Rait Pihelgas (EE/Renew Europe), President tal-Kunsill Muniċipali ta’ Järva, u adottata fis-sessjoni plenarja tal-KtR tal-10 ta’ Diċembru, tenfasizza wkoll li t-teknoloġiji u l-għodod diġitali ġodda għandhom il-potenzjal li jtejbu l-kwalità tat-teħid tad-deċiżjonijiet u t-trasparenza, jippromovu l-komunikazzjoni, irawmu ċ-ċittadinanza attiva u l-involviment fil-ħajja politika u għalhekk isaħħu d-demokrazija lokali fuq bażi permanenti.

Waħda mill-ħafna sfidi li qed jiffaċċjaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali hija t-tranżizzjoni lejn dinja diġitali ġdida. Din tirrikjedi bidliet importanti u d-demokrazija lokali għandha tadatta għal dawn il-bidliet u taħtaf l-opportunitajiet assoċjati ma’ teknoloġiji diġitali u għodod tal-ICT ġodda – bħall-użu ta’ formoli elettroniċi biss li jiffrankaw il-ħin għaċ-ċittadini u għall-awtoritajiet pubbliċi.

Ir-relatur tal-KtR Rait Pihelgas huwa tal-fehma li, “ L-iżviluppi diġitali joffru opportunitajiet biex jinħoloq ambjent ġdid għall-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni, tiġi pprovduta informazzjoni ta’ kwalità għolja, jiġi analizzat ir-rispons pubbliku, jintlaħqu ż-żoni remoti u ċ-ċittadini l-aktar żvantaġġati, jiġu inkorporati l-ħiliet, l-għarfien u l-għarfien espert taċ-ċittadini u, flimkien magħhom, titfassal politika li tissodisfa l-ħtiġijiet u l-aspettattivi tagħhom” .

Madankollu, għalkemm id-diġitalizzazzjoni tirrikjedi ammont kbir ta’ data u riżorsi, din ma għandhiex twarrab lin-nies. L-għoti ta’ servizzi pubbliċi għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini għandu jkun ibbażat fuq aċċess nondiskriminatorju għall-informazzjoni u l-għarfien. Id-distakk diġitali għandu jitnaqqas billi tissaħħaħ il-pożizzjoni tan-nies permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ, tingħata prijorità lit-taħriġ għall-anzjani u gruppi vulnerabbli jew emarġinati oħra. Għal dan il-għan, il-KtR jipproponi miżuri li jimmotivaw u jippremjaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex iħeġġuhom japplikaw il-prinċipji ta’ amministrazzjoni miftuħa u inklużiva.

Il-Kumitat iqis li l- Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa hija opportunità biex jiġu ttestjati għodod parteċipattivi diġitali biex tissaħħaħ id-demokrazija rappreżentattiva, tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini u jiġu integrati eżempji reġjonali u muniċipali fejn iċ-ċittadini huma involuti fi proċessi deliberattivi u dwar il-mekkaniżmi ta’ rispons tagħhom. Għal dan il-għan, f’Ottubru 2020, il-KtR ippropona li tiġi żviluppata għodda diġitali msejħa CitizEN – Citizen Engagement in the EU Network (L-Involviment taċ-Ċittadini fin-Network tal-UE) , sabiex iċ-ċittadini jiġu involuti fit-tfassil tal-politika.

“Ejjew noħolqu Ewropa lesta għall-era diġitali; ejjew nibdew l-ewwel nett mill-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħna. Billi nibnu fuq il-valuri u l-vantaġġi Ewropej tagħna, nistgħu nerġgħu nagħtu l-ħajja lid-demokrazija tagħna permezz ta’ din it-trasformazzjoni diġitali. L-użu u l-involviment ta’ għodod moderni tal-ICT jistgħu jieħdu ħafna ħin, iżda jekk ir-riżultat ikun soċjetà aktar koerenti jew gvern lokali trasparenti, ta’ min jinvesti fiha ”, ikkonkluda s-Sur Pihelgas .

Persuna ta’ kuntatt:

Marie-Pierre Jouglain

Tel: (+32) 0473524115

mariepierre.jouglain@cor.europa.eu

CoR Flickr gallery

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPE-FIGHT-GROWING-INEQUALITIES.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COVID-19-ACCELERATES-DIGITAL.ASPX

L-Ewropa teħtieġ politika ta’ koeżjoni aktar b’saħħitha, moderna u semplifikata biex tiġġieled l-inugwaljanzi li qed jikbru
L-Ewropa teħtieġ politika ta’ koeżjoni aktar b’saħħitha, moderna u semplifikata biex tiġġieled l-inugwaljanzi li qed jikbru
12.10.2022

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REGISTRATION-EUREGIONSWEEK-2022-OPEN.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COVID-19-ACCELERATES-DIGITAL.ASPX

Registration to #EURegionsWeek 2022 is open
Registration to #EURegionsWeek 2022 is open
31.08.2022

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUREGIONSWEEK2022-CALL-APPLICATIONS-SIDE-EVENTS-IS-OPEN.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COVID-19-ACCELERATES-DIGITAL.ASPX

#EURegionsWeek 2022: the call for applications for side events is open
#EURegionsWeek 2022: the call for applications for side events is open
13.05.2022

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/4TH-BROADBAND-PLATFORM.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COVID-19-ACCELERATES-DIGITAL.ASPX

The Broadband Platform discusses ways to improve digital cohesion in Europe
The Broadband Platform discusses ways to improve digital cohesion in Europe
10.05.2022

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-SUMMIT-MARSEILLE-DAY1.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COVID-19-ACCELERATES-DIGITAL.ASPX

Marseille Summit - Day 1 - EU’s cities, regions need to help Ukraine “now, not in 10 or 20 days”
Marseille Summit - Day 1 - EU’s cities, regions need to help Ukraine “now, not in 10 or 20 days”
03.03.2022