Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jniedu l-Kamra tal-Ambaxxaturi Nazzjonali tal-Patt tas-Sindki  

Il-Patt tas-Sindki huwa l-akbar moviment fid-dinja ta’ bliet u reġjuni li jwettqu azzjoni favur il-klima u l-enerġija

Il-Patt tas-Sindki tnieda fl-2008 mill-Kummissjoni Ewropea biex jappoġġja l-bliet u r-reġjuni fit-twettiq tal-miri tal-klima u l-enerġija tal-UE għall-2020. Il-Patt issa qed isaħħaħ ir-rwol tiegħu billi jallinja l-wegħda dwar il-klima mal-objettiv tal-UE li tilħaq in-newtralità klimatika sal-2050 flimkien mat-tnedija ta’ Kamra tal-Ambaxxaturi Nazzjonali ġdida li tappoġġja t-tnedija tal-Patt f’kull Stat Membru. Il-Patt tas-Sindki għandu aktar minn 10,000 firmatarju li jirċievu appoġġ tekniku u gwida finanzjarja biex ifasslu u jimplimentaw pjani dwar l-enerġija u l-klima li jikkontribwixxu biex iż-żieda fit-temperatura globali tinżamm taħt il-1.5 – l-ogħla ambizzjoni tal-ftehim ta’ Pariġi dwar il-klima.

Fil-21 ta’ April, is-sindki u l-mexxejja lokali minn madwar l-UE ngħaqdu mal-avveniment ta’ tnedija tal- Patt tas-Sindki l-ġdid. F’ċerimonja online, il- Bord Politiku ppreżenta l-viżjoni tal-Patt “għal Ewropa aktar ġusta u newtrali għall-klima”, il-wegħda l-ġdida għall-bliet u r-reġjuni li għandha l-għan li żżid l-ambizzjonijiet klimatiċi. Firmatarji ġodda se jimpenjaw ruħhom li jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra għall-2030 tal-anqas daqs il-mira nazzjonali rispettiva tagħhom u li jkunu konsistenti mal-objettiv tal-UE li tnaqqas 55 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030 minbarra li tilħaq in-newtralità klimatika sal-2050.

Kadri Simson , il-Kummissarju Ewropew għall-Enerġija, stiednet lir-rappreżentanti lokali kollha biex jingħaqdu mal-Patt il-ġdid u qalet: “Il-Patt tas-Sindki ilu l-punt ta’ referenza ewlieni għall-azzjoni lokali dwar l-enerġija u l-klima għal tlettax-il sena. Is-sena li għaddiet kienet diffiċli għalina lkoll. Ilkoll kemm aħna indirizzajna l-emerġenza tal-pandemija iżda fl-istess ħin, qatt ma waqafna nħejju għal futur aktar nadif, aktar ekoloġiku u aħjar. L-UE impenjat ruħha li tkun l-ewwel reġjun newtrali għall-klima fid-dinja mhux aktar tard mill-2050 u wegħedna wkoll li nnaqqsu l-emissjonijiet tagħna b’mill-inqas 55 % sal-2030. Issa wasal iż-żmien li jinfetaħ kapitlu ġdid għall-Patt tas-Sindki. Ejjew ningħaqdu flimkien u nieħdu pass ’il quddiem lejn il-Patt Ekoloġiku. Ewropa newtrali għall-klima, reżiljenti u ġusta, fejn il-bliet huma postijiet f’saħħithom fejn jgħixu ċ-ċittadini u fejn in-negozji lokali jirnexxu. Ejjew nagħmlu l-Patt post fejn il-bliet kollha tal-UE jistgħu jisfidaw lilhom infushom u juru l-eċċellenza tagħhom.”

L-avveniment serva bħala okkażjoni għat-tnedija tal- Kamra tal-Ambaxxaturi Nazzjonali tal-Patt tas-Sindki . Apostolos Tzitzikostas , President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, enfasizza: “Illum l-UE għamlet pass ’il quddiem, billi impenjat ruħha b’mod legali għan-newtralità klimatika sal-2050. Dan se jinkiseb biss permezz ta’ ħidma maċ-ċittadini tagħna u fil-komunitajiet tagħna. Inkella dan ma jseħħ xejn minnu. L-UE teħtieġ il-miljun politiku lokali u reġjonali tagħha jekk il-Patt Ekoloġiku għandu jirnexxi. Billi jġeddu l-impenji tagħha u jniedu n-network ta’ Ambaxxaturi Nazzjonali tal-Patt tas-Sindki, ir-reġjuni, il-bliet u l-irħula qed iżidu l-livell mistenni tal-klima biex jissodisfaw it-talbiet tan-nies u jipproteġu l-pjaneta tagħna .”

Graziella Galea (MT/PPE), membru tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, qalet: " Il-kunsilli lokali, bħala l-livell ta’ governanza li huwa l-aktar fdat u li huwa l-eqreb għaċ-ċittadini, jistgħu jinvolvu lill-komunitajiet lokali biex jikkontribwixxu għall-ambizzjonijiet klimatiċi tal-UE. Il-kooperazzjoni reġjonali tista’ tkun meħtieġa wkoll. Bħala Ambaxxatriċi Nazzjonali tal-Patt, li ġejja mill-post l-aktar popolat f’Malta, ninsab impenjata li nqajjem aktar kuxjenza dwar il-ħtieġa ta’ azzjoni klimatika lokali. Barra minn hekk, se nagħmel pressjoni għal finanzjament dirett mill-UE biex ngħinu lill-kunsilli lokali joħolqu l-ispazji ekoloġiċi tant meħtieġa fl-ambjenti urbani u biex il-kunsilli lokali jkunu involuti aktar fi proġetti nazzjonali li jikkonċernaw il-ġestjoni tal-iskart. L-awtoritajiet lokali għandhom jiġu appoġġjati fl-isforzi tagħhom biex jiksbu l-appoġġ meħtieġ għall-inizjattivi differenti li jistgħu jiġu proposti.”

L-għan primarju tal-Ambaxxaturi Nazzjonali tal-Patt tas-Sindki huwa li japprovaw u jsaħħu l-inizjattiva f’kull Stat Membru, li jieħdu sehem f’attivitajiet speċifiċi għall-pajjiż u li jsaħħu r-rabtiet u l-kooperazzjoni mal-Membri tal-Parlament Ewropew u mal-Gvernijiet Nazzjonali. Il-Kamra tal-Ambaxxaturi Nazzjonali għandha wkoll l-għan li tistabbilixxi kuntatt mal-bliet u l-muniċipalitajiet li jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ tekniku u gwida finanzjarja u jsiru aġenti attivi fit-twettiq tal-azzjoni klimatika.

Juan Espadas (ES/PSE), Sindku ta’ Sevilja u President tal-Kummissjoni ENVE tal-KtR u l-Grupp ta’ Ħidma dwar il- Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali tal-KtR, iddikjara: “ Il-Patt tas-Sindki huwa wieħed mill-akbar suċċessi ta’ kooperazzjoni fost il-gvernijiet lokali għall-azzjoni klimatika. Bħala Sindku, iżda wkoll bħala President tal-Kummissjoni għall-Ambjent tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, jiena kburi li ngħaqadt mal-Kamra tal-Ambaxxaturi Nazzjonali tal-Patt tas-Sindki, imnedija bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea. Hekk kif id-dinja tiċċelebra Jum id-Dinja għada, il-bliet u r-reġjuni għandhom messaġġ qawwi x’jaqsmu: aħna impenjati li mmexxu t-tranżizzjoni lejn Ewropa sostenibbli biex nipproteġu l-futur tagħna u biex ħadd ma jitħalla jibqa' lura.”

Rafał Trzaskowski (PL/PPE), Sindku ta’ Varsavja u rappreżentant tal-KtR fil- Bord Politiku tal-Patt , qal: “L-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-KtR huma impenjati bis-sħiħ biex iwettqu tranżizzjoni ekoloġika u rkupru ekoloġiku wara l-COVID-19. Inizjattivi bħall-Patt tas-Sindki huma kruċjali biex tinbena Ewropa newtrali għall-klima minn isfel għal fuq u biex jinkisbu riżultati tanġibbli għal kull ċittadin. Ser inkomplu nippromovu l-Patt, filwaqt li nappoġġjaw governanza f’diversi livelli, nappellaw għal fondi diretti tal-UE, nikkooperaw ma’ sindki u presidenti reġjonali oħra kif ukoll man-negozji u l-universitajiet, infittxu soluzzjonijiet innovattivi, niskambjaw l-aħjar prattiki u nespandu n-network. Bħala membri tal-KtR, l-Ambaxxaturi tagħna ser iżidu l-valur għall-Patt tas-Sindki bl-esperjenza politika tagħhom. Tistgħu tiddependu mill-KtR bħala msieħeb affidabbli u impenjat f’din l-inizjattiva.”

Is-27 membru tal-KtR (wieħed għal kull Stat Membru), li jikkostitwixxu l- Kamra tal-Ambaxxaturi Nazzjonali tal-Patt tas-Sindki , huma:

Sfond:

Il-Patt Ewropew tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija tnieda fl-2008 mill-Kummissjoni Ewropea bil-għan li jinvolvi u jappoġġja lis-sindki biex jilħqu l-miri tal-enerġija u tal-klima għall-2020 (tnaqqis ta’ 20 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra meta mqabbla mal-livelli tal-1990, 20 % tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u 20 % fl-effiċjenza enerġetika). Bil-viżjoni l-ġdida tiegħu, il-Patt tas-Sindki jallinja ruħu mal-għan tal-UE li tnaqqas 55 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030 u ssir l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050. Biex tissieħeb fil-Patt, jekk jogħġbok żur www.patttassindki.eu .

Il-lista tal-Ambaxxaturi Nazzjonali tal-Patt tas-Sindki tista’ titniżżel minn hawnhekk . Jekk jogħġbok żur il- portal web tagħna għal aktar informazzjoni

Skopri x’inhu l-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali hawnhekk .

Persuna ta’ kuntatt:

Floriane Cappelletti // floriane.cappelletti@eumayors.eu

David Crous // david.crous@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Informazzjoni relatata
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-FUNDING-ALERT-AUGUST-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COVENANT-OF-MAYORS.ASPX

Green Deal Funding Alert - August 2023
Green Deal Funding Alert - August 2023
31.08.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REFORM-EU-ELECTRICITY-MARKET-BOOSTING-ENERGY-TRANSITION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COVENANT-OF-MAYORS.ASPX

Reform of the EU electricity market: Local action for boosting the energy transition
Reform of the EU electricity market: Local action for boosting the energy transition
06.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REDUCE-POLLUTION-SAVE-LIVES-ENVIRONMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COVENANT-OF-MAYORS.ASPX

Ambitious targets to reduce pollution will save lives and environment but regions and cities need support to deliver
Ambitious targets to reduce pollution will save lives and environment but regions and cities need support to deliver
06.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FLEXIBILITY-AND-BETTER-COORDINATION-AROUND-GREEN-DEAL-INITIATIVES.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COVENANT-OF-MAYORS.ASPX

Cities and regions need flexibility and better coordination around Green Deal initiatives
Cities and regions need flexibility and better coordination around Green Deal initiatives
06.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PRESIDENT-CORDEIRO-PRESIDENT-VON-DER-LEYEN.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COVENANT-OF-MAYORS.ASPX

President Cordeiro discusses with President von der Leyen EU's top priorities to strengthen cooperation and voice the needs of regions and cities
President Cordeiro discusses with President von der Leyen EU's top priorities to strengthen cooperation and voice the needs of regions and cities
05.07.2023