Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-KtR jinsab lest li jwassal il-Konferenza dwar il-Futur tal-UE fir-reġjuni, il-bliet u l-irħula, biex isawwar Ewropa aħjar li tagħti riżultati skont il-ħtiġijiet taċ-ċittadini  

Il-Grupp ta’ Livell Għoli dwar id-Demokrazija Ewropea – ippresedut minn Herman Van Rompuy – ser jappoġġja lill-KtR biex jagħti lil-livell lokali u reġjonali l-leħen u l-influwenza li jistħoqqlu

Il-mexxejja lokali u reġjonali adottaw Riżoluzzjoni dwar il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (il-Konferenza) waqt il-144 sessjoni plenarja tal-KtR u ddiskutew ma’ Herman Van Rompuy, eks President tal-Kunsill Ewropew u President tal-Grupp ta’ Livell Għoli li għadu kif ġie stabbilit dwar id-Demokrazija Ewropea, dwar il-perspettiva tal-KtR għall-Futur tal-Ewropa u l-parteċipazzjoni tal-KtR fil-Konferenza. Il-Grupp ta’ Livell Għoli – korp konsultattiv indipendenti li l-missjoni tiegħu hija li jappoġġja lill-KtR – ser jipprovdi analiżi politika strateġika, li tiffoka fuq l-isfidi għall-awtoritajiet lokali u reġjonali. Huwa ser jaħdem mill-qrib mal-membri tal-KtR, b’mod partikolari mal-Konferenza tal-Presidenti u mal-membri tad-delegazzjoni tal-KtR għall-Konferenza.

Il-President tal-KtR Apostolos Tzitzikostas qal “ Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa toffri liċ-ċittadini u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom opportunità li ma nistgħux nitilfu. Il-mexxejja reġjonali u lokali mhumiex biss kruċjali biex jagħlqu d-distakk bejn l-Ewropej u l-istituzzjonijiet komuni tagħhom, iżda huma wkoll għodod b’saħħithom biex jarrikkixxu l-essenza demokratika tal-Unjoni. Nemmen li bid-dispożizzjonijiet tat-Trattat eżistenti hemm lok li tittejjeb il-governanza u jkun hemm leġiżlazzjoni aħjar. Il-KtR, bl-appoġġ tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar id-Demokrazija, immexxi mill-President Van Rompuy, ser juża din l-opportunità biex isawwar l-aħjar għodod għal Unjoni aħjar, li għandha tkun kapaċi taġixxi, tirreaġixxi, tipproteġi, tawtonomizza u tagħti riżultati skont il-ħtiġijiet espressi miċ-ċittadini tagħha . Il-Kumitat tagħna għamel enfasi fuq it-territorjalizzazzjoni tal-Konferenza, bil-għan li l-livell lokali u reġjonali jingħata l-leħen u l-influwenza li jistħoqqlu f’dan il-proċess importanti. Id-djalogu lokali tagħna tad-9 ta’ Mejju fi Strasburgu ser ifakkar id-dimensjoni territorjali tal-Konferenza, li jeħtieġ li tmur lil hinn minn Brussell u l-bliet kapitali.

Herman Van Rompuy , President tal-Grupp ta’ Livell Għoli tal-KtR dwar id-Demokrazija Ewropea, iddikjara “Id-demokrazija Ewropea hija dwar il-livelli kollha ta’ governanza. Hija kemm valur fiha nnifisha kif ukoll faċilitatur ta’ Ewropa li tipproteġi u tawtonomizza. Id-demokrazija trid tagħti riżultati u twieġeb għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini, u l-eżistenza stess tal-UE tiddependi minn din il-kapaċità li tagħti riżultati. Id-demokrazija tinsab fi kriżi globalment, fil-livell Ewropew u fl-Istati Membri. Taħdem l-aħjar fil-livelli reġjonali u lokali fejn hija l-aktar konnessa mill-qrib mal-ħtiġijiet taċ-ċittadini, għandha l-itwal tradizzjoni u għandha l-ogħla livell ta’ fiduċja. Fi żmien ta’ rivoluzzjoni diġitali u bidliet fis-soċjetà, id-demokrazija trid ukoll terġa’ tivvinta lilha nnifisha, tittejjeb u timmodernizza lilha nnifisha fil-livelli kollha. Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa tipprovdi opportunità biex tiġi żviluppata din ir-riflessjoni fil-livell tal-Unjoni, u l-Grupp ta’ Livell Għoli tal-KtR dwar id-Demokrazija Ewropea, li jien kuntent li nippresiedi, ser iħares lejn kif jistgħu jiġu involuti aħjar l-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala pedamenti għat-tisħiħ u t-titjib tad-demokrazija Ewropea minn isfel għal fuq. Il-valur miżjud tagħna ser ikun li nfittxu soluzzjonijiet oriġinali u innovattivi li jaħdmu, u li jimmiraw lejn riżultati li jiżguraw li l-UE twettaq il-wegħdiet u l-objettivi tagħha permezz tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-KtR .”

Sfond:

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jimpenja ruħu li jikkontribwixxi għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa b’erba’ modi. L-ewwelnett, il-KtR huwa rrappreżentat fil-Bord Eżekuttiv tal-Konferenza. F’dan il-korp, bħala parti mill-kompitu inizjali li jiġu definiti l-istrutturi tal-Konferenza, il-KtR qed jaħdem biex jiżgura li l-plenarja tal-Konferenza tinbena fuq pedamenti demokratiċi sodi u tinkludi għadd adatt ta’ rappreżentanti eletti minn parlamenti u kunsilli reġjonali u lokali flimkien ma’ rappreżentanti mill-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali. It-tieni, il-KtR qed jorganizza djalogi lokali fl-Istati Membri biex jikkontribwixxu biex ikun hemm sensibilizzazzjoni dwar il-Konferenza fl-UE kollha u biex jarrikkixxi l-Konferenza bil-kontributi taċ-ċittadini. It-tielet, il-KtR ser jorganizza sensiela ta’ dibattiti fis-sessjonijiet plenarji u fil-laqgħat tal-kummissjonijiet tiegħu u ser jadotta Opinjonijiet dwar suġġetti rilevanti għall-ħidma tal-Konferenza matul il-mandat tagħha. Il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet li jmiss u s-Summit tal-KtR f’Marsilja ser ikunu mumenti ewlenin ta’ dan il-proċess. Il-ħolqien ta’ Grupp ta’ Livell Għoli huwa r-raba’ element tal-ħidma tal-KtR biex jippromovi t-territorjalizzazzjoni tal-Konferenza, bil-għan li tissaħħaħ id-demokrazija Ewropea.

Eżatt qabel ma t-tliet istituzzjonijiet – il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-UE – nedew il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa f’Jum l-Ewropa, u biex ifakkar il-ħtieġa li l-Konferenza tiġi territorjalizzata, il-KtR organizza djalogu lokali fid-9 ta’ Mejju fi Strasburgu mat-tliet assoċjazzjonijiet territorjali Franċiżi, id-delegazzjoni Franċiża tal-KtR, il-Belt ta’ Strasburgu u r-rappreżentanti eletti u ċ-ċittadini tar-reġjuni, il-bliet u l-irħula fl-Unjoni Ewropea.

Il-ħolqien tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar id-Demokrazija Ewropea ġie approvat mill-Bureau tal-KtR f’Diċembru 2020 wara proposta tal-Konferenza tal-Presidenti tal-KtR. Il-Grupp ta’ Livell Għoli huwa magħmul minn “seba’ rġiel u nisa għorrief”:

Herman Van Rompuy , eks Prim Ministru tal-Belġju, u President Emeritus tal-Kunsill Ewropew;

Joaquin Almunia , eks Kummissarju Ewropew għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji;

Tomasz Grzegorz Grosse , Professur tal-Università ta’ Varsavja;

Rebecca Harms , eks Membru tal-Parlament Ewropew (MEP);

Silja Markkula , President tal-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ;

Maria João Rodrigues , eks Ministru għall-Kwalifiki u l-Edukazzjoni tal-Portugall u eks MEP; u

Androulla Vassiliou , eks Kummissarju għas-Saħħa u għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ.

Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa tnediet uffiċjalment fid-9 ta’ Mejju 2021 u għandha tasal għall-konklużjonijiet tagħha sar-rebbiegħa 2022.

Programm tad-djalogu lokali fi Strasburgu fid-9 ta’ Mejju

Link għall-avveniment

Dan l-avveniment huwa elenkat fuq il-pjattaforma multilingwi online tal-Konferenza.

Persuna ta’ kuntatt:

Marie-Pierre Jouglain

Tel. +32 (0)473524115

mariepierre.jouglain@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/YOUNG-ELECTED-POLITICIAN-PROGRAMME-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COR-READY-TO-BRING-CONFERENCE-ON-THE-FUTURE-OF-EU-TO-SHAPE-A-BETTER-EUROPE.ASPX

Young people entrusted with the responsibilities of elected office in Europe's cities and regions deserve a voice in the policy making process as key players in building European democracy
Young people entrusted with the responsibilities of elected office in Europe's cities and regions deserve a voice in the policy making process as key players in building European democracy
31.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/A-MORE-RESILIENT-INCLUSIVE-AND-DEMOCRATIC-EUROPE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COR-READY-TO-BRING-CONFERENCE-ON-THE-FUTURE-OF-EU-TO-SHAPE-A-BETTER-EUROPE.ASPX

A more resilient, more inclusive and more democratic Europe at the centre of a debate with Oliver Röpke, President of the European Economic and Social Committee
A more resilient, more inclusive and more democratic Europe at the centre of a debate with Oliver Röpke, President of the European Economic and Social Committee
26.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FOSTERING-DIVERSITY-AND-INCLUSION-ON-THE-GROUND.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COR-READY-TO-BRING-CONFERENCE-ON-THE-FUTURE-OF-EU-TO-SHAPE-A-BETTER-EUROPE.ASPX

Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/155-PLENARY-ANNOUNCEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COR-READY-TO-BRING-CONFERENCE-ON-THE-FUTURE-OF-EU-TO-SHAPE-A-BETTER-EUROPE.ASPX

On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
23.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CP-50-EUROPE-DAY-2023-CELEBRATING-EUROPEAN-UNITY-AND-DIVERSITY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COR-READY-TO-BRING-CONFERENCE-ON-THE-FUTURE-OF-EU-TO-SHAPE-A-BETTER-EUROPE.ASPX

Europe Day 2023: celebrating European unity and diversity
Europe Day 2023: celebrating European unity and diversity
27.04.2023