Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-KtR jitlob azzjoni issa li l-pandemija qed twessa’ d-disparità bejn il-ġeneri u n-nisa jirrappreżentaw biss 30% tal-miljun politiku lokali fil-livell tal-UE  

Fl-avveniment tal-KtR dwar il-Jum Internazzjonali tan-Nisa, il-mexxejja lokali u reġjonali jiddiskutu xejriet inkwetanti u jitolbu miżuri konkreti biex jappoġġjaw lin-nisa fil-politika

In-nisa ġew affettwati b’mod sproporzjonat mill-pandemija tal-COVID: huma jinsabu f’riskju ogħla ta’ esponiment għall-virus, peress li l-ħaddiema nisa fil-qasam tas-saħħa u l-indukrar, u l-impjieg tagħhom, intlaqtu agħar mill-irġiel fl-istess qasam, u dan għandu impatt potenzjali fit-tul fuq il-pagi u l-karriera. Il-lockdowns wessgħu d-distakk eżistenti bejn il-ġeneri f’xogħol ta’ indukrar mhux imħallas, wasslu għal żieda fil-vjolenza domestika kontra n-nisa, u fixklu l-aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ.

Barra minn hekk, is-sottorappreżentanza tan-nisa fil-politika reġjonali u lokali għadha allarmanti , meta wieħed iqis li n-nisa jirrappreżentaw biss 30% tal-miljun politiku reġjonali u lokali fil-livell tal-UE. 17.2% biss tas-sindki eletti, 34.1% tal-membri tal-parlamenti u l-assembleji reġjonali, u madwar 36% tal-membri tal-gvernijiet reġjonali huma nisa.

Dawn ix-xejriet u ċ-ċifri inkwetanti ġew diskussi fl-avveniment “Għal aktar nisa fil-politika” organizzat mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) fl-okkażjoni tal- Jum Internazzjonali tan-Nisa . Matul il-konferenza, l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi ppreżenta s-sejbiet ewlenin tal- Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020 , b’enfasi partikolari fuq il-poter fl-isfera politika lokali u reġjonali. Iċ-ċifri juru sottorappreżentanza inaċċettabbli tan-nisa fil-politika reġjonali u lokali. Saret enfasi wkoll fuq data mill- Barometru Reġjonali u Lokali tal-KtR biex jintwera kif il-pandemija qed ikollha impatt negattiv fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Il-President u l-membri tal-KtR, il-membri tal-Parlament Ewropew u l-parteċipanti fil-Programm Politiki Eletti Żgħażagħ tal-KtR enfasizzaw il-ħtieġa urġenti li jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet kruċjali. Huma talbu li l-livelli kollha ta’ governanza – Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali – jagħmlu sforz akbar biex inaqqsu d-distakk bejn il-ġeneri fil-politika, jindirizzaw il-problema tal-vjolenza kontra l-politiċi nisa eletti u n-nisa fil-ħajja pubblika, u jiġġieldu l-forom kollha ta’ attakki sessisti mmirati lejn in-nisa .

Fl-istqarrija tal-ftuħ tiegħu, il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Gvernatur tar-Reġjun tal-Maċedonja Ċentrali, Apostolos Tzitzikostas qal: “ Irridu nieħdu azzjoni konkreta billi norganizzaw u nappoġġjaw inizjattivi biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tan-nisa fid-dawl tal-elezzjonijiet lokali u reġjonali li jmiss, bil-għan jegħlbu d-diskriminazzjoni u l-ostakli li jiltaqgħu magħhom . Huwa wkoll ta’ importanza kbira li n-nisa jiġu appoġġjati biex joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet muniċipali u reġjonali. Għalkemm il-pandemija spiss qed tolqot lin-nisa b’mod aktar aħrax, m’għandniex inħallu l-kriżi tiddevjana mill-ħtieġa li ntejbu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u li nżidu l-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Dan ifisser li ninvolvu t-talent kollu li għandna, kemm tan-nisa kif ukoll tal-irġiel, għal soċjetà aħjar. Dan għandu jkun il-każ ukoll għall-Kumitat tagħna, u nistenna li l-membri kollha tagħna u l-familji politiċi tagħhom jaħdmu flimkien mal-assoċjazzjonijiet nazzjonali u d-delegazzjonijiet li jirrappreżentaw is-27 Stat Membru sabiex jittejjeb drastikament il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-listi tal-membri.”

Il-President tal-Gvern ta’ La Rioja, Concepción Andreu Rodríguez (ES/PSE), indirizzat ukoll il-kwistjoni tan-nuqqas ta’ nisa fl-ogħla karigi politiċi. “Minkejja l-fatt li 45% tal-membri tal-parlamenti reġjonali huma nisa, hemm biss 4 presidenti nisa fost is-17-il Komunità Awtonoma Spanjola. F’La Rioja, kellhom jgħaddu 38 sena biex ikun hemm mara bħala mexxejja tal-Gvern.” Andreu argumentat li “ l-inerzja tal-partiti politiċi, in-nuqqas ta’ nisa bħala mudelli eżemplari u d-diffikultà li jkun hemm bilanċ adegwat bejn ix-xogħol u l-ħajja privata” huma ostakli li jimpedixxu preżenza akbar tan-nisa fil-politika.

Vasco Alves Cordeiro , l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u membru tal-Parlament Reġjonali tal-Azores, qal: “ Li jkun hemm aktar nisa fil-politika jkun ta’ benefiċċju kbir ħafna għal kull livell tal-gvern . It-tmexxija tan-nisa hija essenzjali biex jinħolqu soċjetajiet aktar ġusti u ugwali għal kulħadd. Il-pandemija tal-COVID-19 qed tolqot lin-nisa agħar mill-irġiel, għalhekk irridu niżguraw li l-irkupru jagħti spinta lill-ugwaljanza, prrmezz ta’ emanċipazzjoni ekonomika reali u investiment fl-ekonomija tal-indukrar. Ma nistgħux nistennew mitt sena oħra; l-ugwaljanza bejn il-ġeneri trid tibda issa.”

Il-parteċipanti ddiskutew kif jistgħu jinvolvu b’mod attiv lill-politiċi lokali u reġjonali biex itejbu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jindirizzaw l-ostakli li n-nisa jiffaċċjaw meta jidħlu fil-politika, kif ukoll jidentifikaw il-passi u l-ideat biex jingħalaq id-distakk bejn il-ġeneri. Għadd ta’ politiċi eletti żgħażagħ qasmu l-esperjenzi tagħhom fil-livell lokali u reġjonali marbuta mal-indirizzar tal-ugwaljanza bejn il-ġenerii u d-demokrazija bbażata fuq il-parità. Esperti fil-ġlieda kontra l-miżinformazzjoni u d-diskors ta’ mibegħda online wrew kif il-politiċi nisa jistgħu jirreaġixxu b’mod effettiv u strutturat għall-vjolenza abbażi tal-ġeneru online .

Sfond:

L-avveniment huwa parti minn inizjattiva mnedija fl-2020 mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni biex jiġi promoss il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-politika lokali u reġjonali u fit-teħid tad-deċiżjonijiet, ikun hemm sensibilizzazzjoni u jiġi promoss l-iskambju tal-aħjar prattiki.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, bħala l-assemblea politika tal-politiċi lokali u reġjonali fl-UE, ħa azzjoni biex jikseb bilanċ bejn il-ġeneri fir-rappreżentanza u l-parteċipazzjoni politiki bħala kwistjoni ta’ ugwaljanza u demokrazija bl-adozzjoni tal-“ Istrateġija għal bilanċ bejn is-sessi fil-parteċipazzjoni tal-membri fil-KTR ” u l-Opinjoni tal-KtR dwar “ Unjoni ta’ ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għall-2020-2025 ”.

Il-Jum Internazzjonali tan-Nisa huwa ċċelebrat f’ħafna pajjiżi fid-dinja. Huwa jum li fih in-nisa jiġu rikonoxxuti għall-kisbiet tagħhom mingħajr ma jitqiesu d-diviżjonijiet nazzjonali, etniċi, lingwistiċi, kulturali, ekonomiċi jew politiċi. Mis-snin bikrin ’l hawn, il-Jum Internazzjonali tan-Nisa żviluppa dimensjoni globali ġdida għan-nisa kemm fil-pajjiżi żviluppati kif ukoll f’dawk li qed jiżviluppaw. Il-moviment internazzjonali tan-nisa, li ssaħħaħ minn erba’ konferenzi globali tan-Nazzjonijiet Uniti ddedikati għan-nisa, għen biex din il-kommemorazzjoni ssir punt ta’ referenza biex jinbena appoġġ għad-drittijiet tan-nisa u l-parteċipazzjoni tagħhom fix-xena politika u ekonomika. Il-Jum Internazzjonali tan-Nisa, li beda jiġi rikonoxxut uffiċjalment min-Nazzjonijiet Uniti fl-1977, għandu l-għeruq tiegħu fl-attivitajiet tal-għaqdiet tal-ħaddiema fil-bidu tas-seklu għoxrin fl-Amerika ta’ Fuq u fl-Ewropa.

It-tema ta’ din is-sena għall-Jum Internazzjonali, “ In-nisa fit-tmexxija: il-kisba ta’ futur ugwali f’dinja tal-COVID-19 ”, tiċċelebra l-isforzi enormi tan-nisa u l-bniet fid-dinja biex isawru futur iżjed ugwali, u l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19.

Aktar tagħrif dwar dan jinsab fil-pubblikazzjonijiet li ġejjin:

Diskors tal-President tal-KtR fil-Konferenza dwar l-inizjattiva tal-2021 “Għal aktar nisa fil-politika”

Opinjoni tal-KtR dwar Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija ta’ Ugwaljanza Bejn il-Ġeneri għall-2020-2025

Strateġija għal bilanċ bejn is-sessi fil-parteċipazzjoni tal-membri fil-KtR

Inizjattiva tal-KtR “ Għal aktar nisa fil-politika

Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi: ndiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020

URBACT: Gender Equal Cities

Studju – Id-Disparità bejn il-Ġeneri fl-Impjieg Pubbliku u t-Tmexxija tal-UE – 02-03-2021

In-nisa fil-politika fl-UE: il-qagħda attwali

4 ta’ Marzu 2021: Avveniment tal-Parlament Ewropew “Aħna b’saħħitna: in-nisa fuq quddiem nett tal-ġlieda kontra l-COVID-19” .

Intervista ma’ Concha Andreu (ES/PSE), relatur tal-KtR dwar l-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri

Links għall-webstreaming : Interactio jew

Segwi xandira diretta tal-avveniment fuq il-kanal YouTube tal-KtR

Persuna ta’ kuntatt:

Wioletta Wojewodzka

Tel. +32 (0)2 282 2289

Mowbajl: +32 (0)473 843 986

wioletta.wojewodzka@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/YOUNG-ELECTED-POLITICIAN-PROGRAMME-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COR-INTERNATIONAL-WOMEN'S-DAY.ASPX

Young people entrusted with the responsibilities of elected office in Europe's cities and regions deserve a voice in the policy making process as key players in building European democracy
Young people entrusted with the responsibilities of elected office in Europe's cities and regions deserve a voice in the policy making process as key players in building European democracy
31.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/A-MORE-RESILIENT-INCLUSIVE-AND-DEMOCRATIC-EUROPE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COR-INTERNATIONAL-WOMEN'S-DAY.ASPX

A more resilient, more inclusive and more democratic Europe at the centre of a debate with Oliver Röpke, President of the European Economic and Social Committee
A more resilient, more inclusive and more democratic Europe at the centre of a debate with Oliver Röpke, President of the European Economic and Social Committee
26.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FOSTERING-DIVERSITY-AND-INCLUSION-ON-THE-GROUND.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COR-INTERNATIONAL-WOMEN'S-DAY.ASPX

Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/155-PLENARY-ANNOUNCEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COR-INTERNATIONAL-WOMEN'S-DAY.ASPX

On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
23.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CP-50-EUROPE-DAY-2023-CELEBRATING-EUROPEAN-UNITY-AND-DIVERSITY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COR-INTERNATIONAL-WOMEN'S-DAY.ASPX

Europe Day 2023: celebrating European unity and diversity
Europe Day 2023: celebrating European unity and diversity
27.04.2023