Fir-rapport reċenti tagħha dwar regolazzjoni aħjar li ġie ppubblikat fil-15 ta’ April, il-Kummissjoni Ewropea ħadet nota tal-azzjonijiet reċenti li l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ħa biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet li saru s-sena l-oħra mit-Task Force dwar is-Sussidjarjetà.
Ir-rapport jgħid li “It-Task Force enfasizzat ukoll l-isfida li jinkisbu l-fehmiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali madwar l-Unjoni. Minn dakinhar, il-Kumitat tar-Reġjuni waqqaf Netwerk pilota ta’ Ċentri Reġjonali għal Rieżami tal-Implimentazzjoni tal-Politika tal-UE (RegHub) biex jivvaluta l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-prattika (20).
Il-Kummissjoni se żżid il-kollaborazzjoni tagħha mal-Kumitat tar-Reġjuni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, ir-rappreżentanzi tal-Kummissjoni fl-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali u assoċjazzjonijiet rappreżentattivi oħra biex titqajjem kuxjenza ġenerali dwar l-opportunitajiet għall-kontribuzzjoni fit-tfassil tal-politika tal-Kummissjoni.”