Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
#CohesionAlliance tfittex kooperazzjoni mal-MEPs biex tiżgura politika ta’ koeżjoni b’saħħitha 2021-27  
Il-membri ewlenin tal-COTER u tal-Kumitat REGI ddiskutew ir-riskji u l-opportunitajiet fin-negozjati bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill mal-assoċjazzjonijiet territorjali u settorjali.

It-tnaqqis baġitarju previst u ċ-ċentralizzazzjoni għadhom jirriskjaw li jipperikolaw il-kapaċità tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (SIE) 2021-27 għat-tnaqqis tad-distakki u l-firxa tat-tkabbir sostenibbli u inklużiv madwar l-UE. L-imsieħba tal- #CohesionAlliance – alleanza madwar l-UE kollha favur politika ta’ koeżjoni b’saħħitha wara l-2020 – iddiskutew kif jistgħu jingħelbu dawn ir-riskji f’dibattitu ma’ membri tal-Parlament Ewropew li għadhom kif inħatru, diskussjoni li saret fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) fl-10 ta’ Lulju.

“L-elezzjonijiet Ewropej taw mandat ċar lill-Parlament Ewropew il-ġdid biex l-Ewropa titqarreb lejn il-ħtiġijiet taċ-ċittadini. Il-politika ta’ koeżjoni toffri għodda unika u b’saħħitha biex jinkiseb dan l-għan billi jiġu involuti l-atturi rilevanti kollha f’kull reġjun Ewropew. Flimkien,irridu nipproteġu u ntejbu din il-politika, u nevitaw li din tintuża bħala riżerva ta’ flus biex takkomoda ftehimiet sigrieti fl-aħħar minuta dwar il-baġit futur tal-UE” , qal il-President tal-KtR, Karl-Heinz Lambertz, filwaqt li laqa’ lill-President il-ġdid tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Parlament Ewropew (REGI), Younous Omarjee, bħala sostenitur ġdid tal-#CohesionAlliance.

Is-Sur Omarjee esprima appoġġ sħiħ għall-prijoritajiet tal-Alleanza, inkluż ir-rwol ewlieni tal-koeżjoni territorjali, l-eliminazzjoni tal-kundizzjonalità makroekonomika, is-simplifikazzjoni tar-regoli u l-prinċipju tas-sħubija għal governanza inklużiva tal-pjani ta’ investiment. “ Irridu niġġieldu flimkien kontra kwalunkwe tnaqqis fil-politika ta’ koeżjoni tal-UE fil-baġit fit-tul li jmiss ”, qal, filwaqt li żied jgħid li, “ peress li ġew introdotti pjani ta’ awsterità matul il-kriżi finanzjarja, l-awtoritajiet reġjonali u lokali ta’ spiss ingħataw responsabbiltajiet u kompiti ġodda, filwaqt li qed jiffaċċjaw sfidi ġodda li jvarjaw mit-tibdil fil-klima sal-faqar. Jeħtieġ li niżguraw appoġġ adegwat mill-UE għar-reġjuni.”

Il-viċi president ta’ Nouvelle-Aquitaine u l-president tal-Kummissjoni tal-KtR għall-Politika ta' Koeżjoni Territorjali u l-Baġit tal-UE (COTER), Isabelle Boudineau (PSE/FR), enfasizzat li: " Il-bliet u r-reġjuni huma atturi u mhux spettaturi fil-bidla li l-Ewropa teħtieġ biex tiffaċċja sfidi importanti bħat-tibdil fil-klima u l-inugwaljanzi soċjali u territorjali. In-nies fl-Ewropa, speċjalment f’żoni rurali, iħossu li qed jitħallew barra. Jekk irridu nilħqu l-aspettattivi taċ-ċittadini tagħna, irridu nsaħħu l-politika ta’ koeżjoni tal-Ewropa. Bħala awtoritajiet lokali u reġjonali, hija l-għodda ewlenija tagħna għall-investiment u s-solidarjetà biex tiġi appoġġjata tranżizzjoni ġusta għaċ-ċittadini tagħna. B’din l-Alleanza, irnexxielna niżguraw rebħiet importanti bħas-salvagwardja tal-politika ta’ koeżjoni għar-reġjuni Ewropej kollha. Nissoktaw b’ħidmietna biex niżguraw li l-bliet u r-reġjuni jiġu involuti bis-sħiħ fit-tfassil ta’ aġenda politika ġdida bbażata fuq l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u politika ta’ koeżjoni b’saħħitha biex twettaqhom.

Matul dawn l-aħħar sentejn, l-Alleanza stabbilixxiet ruħha bħala l-ewwel pjattaforma ta’ komunikazzjoni li tlaqqa’ lill-partijiet interessati kollha involuti fil-politika ta’ koeżjoni, kemm mis-settur privat kif ukoll minn dak pubbliku. Għandha l-għan li tagħtihom vuċi fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE filwaqt li tinforma u tissensibilizza lill-pubbliku dwar l-impenn tal-Ewropa biex tnaqqas id-disparitajiet.

L-impatt ta’ din l-azzjoni ġie enfasizzat mir-rappreżentant tal-Land tas-Sassonja-Anhalt fi ħdan il-gvern federali u l-president tal-Grupp tal-PPE tal-KtR, Michael Schneider (PPE/DE), li kien fost l-inizjaturi tagħha: “ Ninsab fiduċjuż li l-Alleanza tal-Koeżjoni, li qed tikseb dejjem aktar momentum, ser ikollha impatt sinifikanti fuq it-tfassil finali tal-politika ta’ koeżjoni futura. Dan diġà joħroġ fd-dieher fil-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, li tirrifletti l-ħtiġijiet ewlenin tal-bliet u r-reġjuni tagħna.

Matul l-avveniment, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet pubbliċi, tas-soċjetà ċivili u tal-assoċjazzjonijiet tan-negozju enfasizzaw l-impatt tal-politika ta’ koeżjoni f’oqsma ta’ intervent li jvarjaw minn politiki dwar iż-żgħażagħ sa appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji, l-azzjoni dwar it-tibdil fil-klima u l-inklużjoni soċjali.

Il-“trilogi” bejn il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Kunsill dwar il-proposti leġislattivi għall-politika ta’ koeżjoni futura huma mistennija li jerġgħu jibdew f’Ottubru, sabiex tiġi finalizzata l-adozzjoni tar-regolamenti rilevanti sa tmiem l-2019.

Noti lill-edituri

#CohesionAlliance hija koalizzjoni ta’ dawk li jemmnu li l-politika ta’ koeżjoni tal-UE għandha tkompli tkun pilastru fil-ġejjieni tal-UE. Bħala konsegwenza tal-Brexit u l-ħtieġa biex l-UE tiffinanzja prijoritajiet ġodda bħad-difiża, is-sigurtà u l-kontroll tal-fruntieri esterni, l-allokazzjonijiet finanzjarji għall-politika tal-koeżjoni huma fil-periklu li jitnaqqsu fil-baġit fit-tul li jmiss tal-UE – il-Qafas Finanzjarju Pluriennali – li jistabbilixxi l-limiti massimi għall-infiq tal-UE għall-perjodu wara l-2020. Sabiex ikun hemm sensibilizzazzjoni dwar ir-rwol essenzjali tal-politika ta’ koeżjoni, tnediet #CohesionAlliance inizjalment mill-assoċjazzjonijiet ewlenin tar-reġjuni u l-bliet – l-Assoċjazzjoni tar-Reġjuni Ewropej tal-Fruntiera (AEBR), l-Assemblea tar-Reġjuni Ewropej (AER), il-Konferenza ta’ Assemblej Leġislattivi Reġjonali Ewropej (CALRE), il-Kunsill tal-Muniċipalitajiet u r-Reġjuni Ewropej (CEMR), il-Konferenza tar-Reġjuni Marittimi Periferiċi tal-Ewropa (CPMR) u EUROCITIES – kif ukoll il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni f’Ottubru 2017. L-Alleanza qed titlob li l-baġit tal-UE wara l-2020 jagħmel il-politika ta’ koeżjoni aktar b’saħħitha, aktar effettiva, viżibbli u disponibbli għal kull reġjun fl-Unjoni Ewropea. Sa mit-tnedija tagħha, id-dikjarazzjoni tal-Alleanza ġiet iffirmata minn iktar minn 12 000 firmatarju, 121 reġjun, 135 belt u kontea, 50 assoċjazzjoni tal-gvernijiet reġjonali u lokali, 40 Membru tal-Parlament Ewropew u 35 assoċjazzjoni settorjali tal-UE. Mill-gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali sal-SMEs, l-NGOs, l-iskejjel, l-universitajiet u l-organizzazzjonijiet kulturali, kull min jemmen fil-politika ta’ koeżjoni tal-UE huwa mistieden jissieħeb fil-#CohesionAlliance billi jiffirma d-dikjarazzjoni.

Kuntatt:

Pierluigi Boda

Tel: +32 2 282 2461

Mob: +32 473 85 17 43

pierluigi.boda@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HG18-EUROPEAN-INNOVATION-DAYS-SILICON-VALLEY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESIONALLIANCE-SEEKS-COOPERATION-WITH-MEPS-TO-SECURE-STRONG-COHESION-POLICY-2021-27.ASPX

Local and regional leaders on board for the first European Innovation Days in Silicon Valley
Local and regional leaders on board for the first European Innovation Days in Silicon Valley
21.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/DIGITAL-SKILLS-CONNECTIVITY-SMART-VILLAGES.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESIONALLIANCE-SEEKS-COOPERATION-WITH-MEPS-TO-SECURE-STRONG-COHESION-POLICY-2021-27.ASPX

Digital skills and connectivity are key to making rural villages 'smart' and attractive
Digital skills and connectivity are key to making rural villages 'smart' and attractive
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/STRONG-COHESION-POLICY-UNITED-FAIRER-FUTURE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESIONALLIANCE-SEEKS-COOPERATION-WITH-MEPS-TO-SECURE-STRONG-COHESION-POLICY-2021-27.ASPX

Only a strong Cohesion Policy can ensure a united and fairer future to the EU
Only a strong Cohesion Policy can ensure a united and fairer future to the EU
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/DEPOPULATION-AND-BRAIN-DRAIN.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESIONALLIANCE-SEEKS-COOPERATION-WITH-MEPS-TO-SECURE-STRONG-COHESION-POLICY-2021-27.ASPX

Depopulation and brain drain: It's time to act, local leaders say
Depopulation and brain drain: It's time to act, local leaders say
15.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CP30-THE-DANGER-OF-A-TALENT-TRAP.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESIONALLIANCE-SEEKS-COOPERATION-WITH-MEPS-TO-SECURE-STRONG-COHESION-POLICY-2021-27.ASPX

EU's regions: the danger of a talent trap
EU's regions: the danger of a talent trap
13.03.2023