Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Delegazzjoni tal-KtR lesta li tirrappreżenta miljun politiku elett reġjonali u lokali fil-Plenarja tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa  

18-il politiku elett fil-livell reġjonali u lokali, 9 nisa u 9 rġiel, ser jingħaqdu mal-laqgħa inawgurali tas-sessjoni plenarja tal-Konferenza biex jissaħħaħ ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-funzjonament demokratiku tal-UE u jinxteħet dawl fuq id-dimensjoni territorjali tal-politiki tal-UE.

Id-delegazzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa ltaqgħet illum biex tħejji l-kontribut tagħha għal- laqgħa inawgurali tal-Plenarja tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa li se ssir fid-19 ta’ Ġunju fi Strasburgu. Id-delegati jixtiequ jaħtfu l-opportunità ppreżentata mill-Konferenza biex tissaħħaħ id-dimensjoni demokratika tal-Unjoni Ewropea u biex terġa’ tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini fil-proġett Ewropew. Il-KtR, bħala l-korp rappreżentattiv tal-UE tal-livell ta’ gvern li huwa l-eqreb taċ-ċittadini, jimpenja ruħu li jressaq quddiem il-Konferenza l-ilħna tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, Apostolos Tzitzikostas , li qed imexxi d-delegazzjoni tal-KtR qal: “Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) huwa l-Assemblea politika tal-UE li tirrappreżenta miljun politiku lokali u elett madwar l-Ewropa. Il-prijorità tagħna hija li niżguraw li jinstema’ leħen il-poplu tagħna fir-reġjuni, il-bliet u l-irħula. Se niżguraw li l-proposti li għamlu ċ-ċittadini fid-djalogi lokali tagħna u l-kontribut politiku miġbur permezz tas-sessjonijiet plenarji tagħna, permezz tal-azzjonijiet tal-membri tagħna u permezz tal-avvenimenti ewlenin tagħna, jiġu inklużi fir-rapport finali”.

L-Ewwel Viċi President tal-KtR, Vasco Alves Cordeiro , li huwa wkoll membru tad-delegazzjoni tal-KtR, żied jgħid: “ Bħala politiċi lokali u reġjonali, aħna naċċettaw l-isfida li ngħinu nibnu Ewropa aħjar. Mhux se jkun biżżejjed li nisimgħu liċ-ċittadini. Hekk kif in-nies huma mistiedna jagħtu l-fehma tagħhom dwar il-futur tagħhom, il-mexxejja tal-UE, fil-livelli kollha, se jkollhom jagħtu riżultati. Dak li rridu lkoll mill-Konferenza huma bidliet konkreti biex l-UE titqarreb iktar lejn niesha. Il-KtR ser jimmobilizza kemm jista’ jkun politiċi lokali u reġjonali sabiex leħen il-poplu tat-territorji tagħna jinstema’ fil-Konferenza. U se nagħmlu proposti konkreti, dwar il-mod kif taħdem l-Unjoni u dwar il-politiki, għal Ewropa ġusta.”

Id-delegazzjoni tal-KtR, li se tieħu sehem fil-formati kollha tal-Plenarja tal-Konferenza, ser:

- tipprovdi kontributi bil-miktub bl-appoġġ tal- Grupp ta’ Livell Għoli dwar id-Demokrazija Ewropea , korp konsultattiv indipendenti ta’ seba’ rġiel u nisa għorrief ippresedut mill-eks President tal-Kunsill Ewropew Herman van Rompuy li l-missjoni tiegħu hija li jappoġġja r-rwol politiku u istituzzjonali tal-KtR billi jipprovdi analiżi politika strateġika b’enfasi fuq l-aspetti lokali u reġjonali.

- torganizza djalogi u dibattiti fil-kostitwenza tagħhom u tirrapporta lura dwar dawn id-djalogi.

- tibni alleanzi ta’ delegati tal-istess fehma fil-Konferenza biex jiġu promossi b’mod konġunt rakkomandazzjonijiet li huma ta’ rilevanza għar-reġjuni, il-bliet u l-irħula madwar l-UE.

- timmobilizza n-networks tagħha bħall-assoċjazzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali madwar l-UE, in-network tal-eks membri tal-KtR u n- network il-ġdid tal-kunsilliera lokali tal-UE sabiex tħeġġeġ lill-politiċi lokali u reġjonali jorganizzaw dibattiti maċ-ċittadini. Ir-riżultati ta’ dawn il-konsultazzjonijiet ser jiġu rrappurtati fil-Plenarja tal-Konferenza.

Il-KtR ser jippreżenta l-kontribut finali tiegħu għall-Konferenza fid- 9 Summit Ewropew tar-Reġjuni u l-Bliet , li ser isir matul il-Presidenza Franċiża tal-Kunsill fit-3 u l-4 ta’ Marzu 2022.

Lista tad-delegazzjoni tal-KtR għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa:

Apostolos Tzitsikostas , President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (Gvernatur tar-Reġjun tal-Maċedonja Ċentrali, il-Greċja, President tal-Assoċjazzjoni tar-Reġjuni Griegi)

Grupp PPE/KtR

Olgierd Geblewicz , President tal-Grupp PPE (President tar-Reġjun ta’ Zachodniopomorskie, il-Polonja, President tal-Assoċjazzjoni Pollakka tar-Reġjuni)

Jelena Drenjanin , l-1 Viċi President tal-Grupp PPE (Viċi Sindku ta’ Huddinge, l-Iżvezja, President tal-Kumitat dwar il-Governanza, Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali, Kunsill tal-Ewropa)

Mark Speich , President tal-Kummissjoni għaċ-Ċittadinanza, il-Governanza u l-Affarijiet Istituzzjonali u Esterni tal-Kumitat tar-Reġjuni (Segretarju tal-Istat, Reġjun ta’ Nordrhein-Westfalen, il-Ġermanja)

Isabel Díaz Ayuso , President tar-Reġjun ta’ Madrid, Spanja

Ilse Aigner , President tal-Parlament tal-Istat tal-Bavarja u delegata tal-KtR f’isem il-Parlamenti Reġjonali, il-Ġermanja

Grupp PSE/KtR

Vasco Alves Cordeiro , L-1 Viċi President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (membru tal-Parlament Reġjonali tal-Azores, il-Portugall)

Yoomi Renström , l-1 Viċi President tal-Grupp PSE (Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Ovanåker, l-Iżvezja)

Concepción Andreu Rodríguez , Viċi President tal-Grupp PSE (President tal-Gvern Reġjonali ta’ La Rioja, Spanja)

Kata Tüttő , Viċi President tal-Grupp PSE (Viċi Sindku ta’ Budapest, l-Ungerija)

Karl-Heinz Lambertz , President tal-Grupp ta’ Tmexxija tas-Sussidjarjetà tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (President tal-Parlament tal-Komunità li titkellem bil-Ġermaniż, il-Belġju)

Grupp Renew Europe/KtR

Paula Fernández , Ministru tal-Intern, il-Ġustizzja u l-Affarijiet tal-UE, Reġjun tal-Cantabria, Spanja

Mirja Vehkapera , Sindku tal-Belt ta’ Oulu, il-Finlandja

François Decoster , President tal-Grupp Renew Europe (Sindku ta’ Saint Omer, Franza)

Grupp KRE/KtR

Władysław Ortyl , President tal-Grupp KRE (Marixxal tar-Reġjun ta’ Podkarpackie, il-Polonja)

Roberto Ciambetti , President tal-Parlament Reġjonali tal-Veneto, l-Italja

Grupp AE/KtR

Kieran McCarthy , President tal-Grupp AE (Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Cork, l-Irlanda)

Grupp tal-Ħodor/KtR

Muhterem Aras , President tal-Parlament tal-Istat ta’ Baden-Württemberg, il-Ġermanja

Il-kriterji tal-għażla għat-18-il membru tad-delegazzjoni tal-KtR għall-Konferenza kienu r-rappreżentanza tal-affiljazzjoni politika, il-bilanċ ġeografiku, ir-rappreżentanza tal-livelli differenti tal-awtoritajiet sottonazzjonali u l-bilanċ bejn il-ġeneri.

Sfond:

Il-Plenarja tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa hija magħmula minn 433 membru: 108 rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, 54 tal-Kunsill, 3 tal-Kummissjoni Ewropea, 108 rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali, 80 rappreżentant mill-Panels taċ-Ċittadini Ewropej (li terz minnhom għandhom inqas minn 25 sena), il-President tal-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ, 27 rappreżentant tal-Panels taċ-Ċittadini Nazzjonali, 18-il rappreżentant kull wieħed għall-KtR u għall-KESE, u 8 rappreżentanti kull wieħed għall-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili.

Stħarriġ taċ-ċittadini tal-KtR dwar il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

Il-kontribut tal-KtR għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

Pjattaforma diġitali multilingwi tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

Persuna ta’ kuntatt:

Marie-Pierre Jouglain

Tel. +32 (0) 473 52 41 15

mariepierre.jouglain@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FOSTERING-DIVERSITY-AND-INCLUSION-ON-THE-GROUND.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COFOE-PLENARY-19-JUNE.ASPX

Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/155-PLENARY-ANNOUNCEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COFOE-PLENARY-19-JUNE.ASPX

On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
23.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LARGER-AND-MORE-RESILIENT-EU.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COFOE-PLENARY-19-JUNE.ASPX

A larger and more resilient EU in spotlight at CIVEX meeting
A larger and more resilient EU in spotlight at CIVEX meeting
19.04.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPCOM2023-OPEN.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COFOE-PLENARY-19-JUNE.ASPX

Join us for EuroPCom 2023!
Join us for EuroPCom 2023!
19.04.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/8TH-ENLARGEMENT-DAY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COFOE-PLENARY-19-JUNE.ASPX

The 8th Enlargement Day, 4-5 May 2023
The 8th Enlargement Day, 4-5 May 2023
18.04.2023