Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Tibdil fil-klima: wasal żmien għall-azzjoni  

Dikjarazzjoni mill-President Karl-Heinz Lambertz qabel is-summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-klima fi New York fit-23 ta’ Settembru 2019.

Jekk jiġu injorati l-eluf ta’ nies li qed jinżlu fit-toroq kull ġimgħa jitolbu li l-mexxejja dinjija jżommu l-wegħdiet li għamlu meta ffirmaw il-Ftehim ta’ Pariġi tan-NU dwar il-klima fl-2015, mhux biss ikollna katastrofu ambjentali, iżda jkun ukoll żball ekonomiku u morali. Ix-xettiċi dwar il-klima li jiddubitaw ir-rabta bejn l-imġiba umana u t-tibdil fil-klima jirriskjaw li mhux biss jinjoraw ix-xjenza, iżda li jitilfu l-opportunitajiet ekonomiċi u li titwessa’ l-qasma bejn il-poplu u l-politika. Il-gvernijiet f’kull livell għandhom id-dmir li jieħdu azzjoni, inkella l-ġenerazzjonijiet futuri se jkollhom iħallsu l-prezz ta’ nuqqas ta’ azzjoni.

Ix-xjenza mhijiex ambigwa: it-tibdil fil-klima qed javvanza. Diġà qed nesperjenzaw kundizzjonijiet tat-temp estremi b’rata iżjed regolari. Il-poli u l-glaċieri qed jinħallu, il-livelli tal-baħar qed jogħlew u t-telf tal-bijodiversità qed jilħaq rekords ġodda . L-argument ekonomiku huwa daqstant persważiv: it-tisħin globali jiswa EUR 12-il biljun kull sena. Il-bidla għal ekonomija mingħajr karbonju se toħloq impjiegi tant meħtieġa, tagħmel l-UE aktar kompetittiva u tnaqqas id-dipendenza tagħna fuq l-enerġija.

Waqt il-konferenza ewlenija dwar il-klima fi New York illum, Antonio Guterres – is-Segretarju Ġenerali tan-NU – ser jitlob li titħaffef l-azzjoni klimatika u se jimpenja ruħu għal miri klimatiċi ogħla. Id-dinja diġà laħqet l-aktar ftehim internazzjonali ambizzjuż dwar il-klima fl-istorja. Qbilna dwar il-miri, il-biċċa l-kbira tal-proċedimenti u r-regoli ta’ implimentazzjoni. Madankollu, it-temperaturi globali għadhom se jisħnu bi 3°C sal-2100, skont il-perkors attwali tagħna. Irridu nżidu l-livell ta’ ambizzjoni tagħna, u b’hekk il-wegħdiet jissarrfu f’riżultati. U ħadd ma jista’ jwettaq dawk il-wegħdiet mingħajr ma jinvolvi lill-komunitajiet lokali, il-bliet u r-reġjuni.

Nofs il-popolazzjoni tad-dinja tgħix fil-bliet, proporzjon li x’aktarx se tilħaq 70% fl-2050. Il-bliet jikkunsmaw sa 80% fil-mija tal-produzzjoni tal-enerġija u jarmu kważi l-istess ammont ta’ emissjonijiet globali ta’ gassijiet b’effett ta’ serra. Il-gvernijiet lokali huma kruċjali, minħabba li huma responsabbli għal aktar minn 70% tal-miżuri ta’ mitigazzjoni tal-klima u sa 90% tal-azzjonijiet ta’ adattament għall-klima. Rapport tan-NU li ħareġ din il-ġimgħa qal li l-investiment f’miżuri b’livell baxx ta’ karbonju fil-bliet se jkollu redditu ta’ mill-inqas US$ 23,9 triljun sal-2050.

Madankollu, il-gvernijiet lokali, il-bliet u r-reġjuni, għad m’għandhomx siġġu formali mal-mejda tat-taħditiet globali dwar il-klima. L-impenji u l-kisbiet klimatiċi tal-bliet u r-reġjuni għad iridu jiġu rikonoxxuti formalment u stabbiliti fil-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-klima. Billi wħud qed jgħidu li għandna biss 12-il sena biex inbiddlu t-triq, li nkejlu u ninkludu l-isforzi tagħhom hija kwistjoni ta’ urġenza. Dawn il- Kontributi Stabbiliti fil-Livell Lokali u Reġjonali huma vitali biex jiġu sfruttati l-kisbiet klimatiċi tal-bliet u r-reġjuni.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tal-mexxejja lokali u reġjonali, jaf b’mod ċar ir-rwol kruċjali tal-bliet u r-reġjuni fit-twettiq tal-azzjoni klimatika. Il-membri tagħna għandhom kompetenzi diretti f’oqsma ewlenin tal-proċess ta’ dekarbonizzazzjoni u jaħdmu kuljum biex żoni urbani jkunu aktar ekoloġiċi barra milli jużaw firxa wiesgħa ta’ soluzzjonijiet sostenibbli, mit-trasport sal-produzzjoni u l-konsum tal-enerġija, il-ġestjoni tal-iskart u l-protezzjoni tal-bijodiversità. Iżda l-gvernijiet lokali jeħtieġu aktar minn rikonoxximent u appoġġ.

Nappellaw lill-gvernijiet u l-istati biex jirreplikaw u jespandu l- Patt tas-Sindki , li llum huwa appoġġjat minn aktar minn 9 500 belt li volontarjament jimpenjaw ruħhom li jaqbżu l-miri tal-UE dwar il-klima u l-enerġija. Is-sistema strutturata tiegħu ta’ assistenza teknika u finanzjarja qed tgħin lill-gvernijiet lokali jagħmlu t-tranżizzjoni ekoloġika. L-appoġġ finanzjarju Ewropew permezz ta’ strumenti bħall- Assistenza Ewropea għall-Enerġija Lokali (ELENA) imniedi 10 snin ilu mill-Bank Ewropew tal-Investiment, s’issa mmobilizza madwar EUR 6 biljun f’investimenti favur il-klima għall-gvernijiet lokali.

Permezz tal-hekk imsejjaħ Green Deal , l-Unjoni Ewropea qiegħda tqiegħed it-tranżizzjoni tal-enerġija u d-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija bħala l-ewwel prijorità tagħha. L-Ewropa trid iżżid il-miri tagħha tal-enerġija u l-klima u żżomm il-politika reġjonali tal-UE – il-politika ta’ koeżjoni – bħala għodda ewlenija biex titwassal l-azzjoni klimatika. Il-baġit fit-tul li jmiss tal-UE għal wara l-2020 li attwalment qed jiġi nnegozjat ma jistax ikun ta’ ħsara għall-klima u l-gvernijiet iridu jtemmu s-sussidjar ta’ investimenti bbażati fuq il-karburanti fossili.

It-tibdil fil-klima huwa wieħed mill-akbar theddidiet li qed niffaċċjaw u l-verità inkontrovertibbli hija li din hija tellieqa kontra l-ħin. Huwa ċar li l-ebda azzjoni waħda waħedha ma tista’ twaqqaf it-tisħin globali, u jeħtieġ sforz konġunt mil-livelli kollha tal-gvern, in-negozji, is-soċjetà ċivili u l-individwi. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ilu jappella għal newtralità klimatika tal-UE sal-2050 sa minn qabel Pariġi, għan li dan l-aħħar ġie stabbilit fil-liġi Ewropea iżda li għadu ma daħalx fis-seħħ. Nappellaw lill-istati madwar id-dinja biex iressqu l-pjani tagħhom biex jilħqu dan l-objettiv, inkluża dimostrazzjoni dwar kif ser jinkludu u jappoġġjaw il-gvernijiet lokali u reġjonali.

Kuntatt:

pressecdr@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ENVE-SEMINAR-IN-TALLINN-ON-CIRCULAR-ECONOMY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CLIMATE-CHANGE-TIME-FOR-ACTION.ASPX

Local and regional representatives gather in Tallinn to accelerate the transition towards circular economy
Local and regional representatives gather in Tallinn to accelerate the transition towards circular economy
07.06.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/WE-NEED-TO-BUILD-A-RESILIENT-AGRICULTURAL-SYSTEM-EU-REGIONAL-AND-LOCAL-LEADERS-URGE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CLIMATE-CHANGE-TIME-FOR-ACTION.ASPX

We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
02.06.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-GOING-LOCAL-WORKING-GROUP-ON-MULTIGOVERNANCE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CLIMATE-CHANGE-TIME-FOR-ACTION.ASPX

Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
31.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-LONG-TERM-BUDGET-MUST-BE-IMPROVED-TO-TACKLE-CURRENT-AND-FUTURE-CHALLENGES-AND-PROMOTE-COHESION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CLIMATE-CHANGE-TIME-FOR-ACTION.ASPX

EU long-term budget must be improved to tackle current and future challenges and promote cohesion
EU long-term budget must be improved to tackle current and future challenges and promote cohesion
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BETTER-PREPARE-FUTURE-CRISES-EXTREME-EVENTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CLIMATE-CHANGE-TIME-FOR-ACTION.ASPX

Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
24.05.2023