Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
It-tibdil fil-klima: mexxejja lokali jappoġġjaw “L-Istrajk Globali favur il-Ġejjieni” u jappellaw għal UE newtrali fil-karbonju sal-2050  
F’Bucharest, il-bliet u r-reġjuni jappoġġjaw il-moviment “Żgħażagħ favur il-Klima” u jappellaw lill-UE għal aktar ambizzjoni klimatika u investiment biex it-tisħin jinżamm sew taħt iż-2°C

Il-bliet u r-reġjuni tal-UE appoġġaw il-protesti " Strajk Globali favur il-Ġejjieni " , li mistennija jlaqqgħu mijiet ta’ eluf ta’ żgħażagħ madwar id-dinja għada l- 15 ta’ Marzu sabiex jitolbu aktar miżuri urġenti ħalli jiġi indirizzat it-tisħin globali . Matul is-Summit (Re)New EUrope f’Bucharest, mexxejja lokali u reġjonali tennew it-talba tagħhom biex l-UE żżid l-isforzi tagħha, timpenja ruħha biex it-tisħin fit-temperaturi jinżamm sew taħt iż-2°C u timpenja ruħha biex twassal lejn Ewropa newtrali fil-karbonju sal-2050. Minn Awwissu tal-2018, eluf ta’ studenti niżlu fit-toroq f’aktar minn 30 pajjiż madwar id-dinja biex jitolbu miżuri addizzjonali li jindirizzaw it-tibdil fil-klima. Fl-2018, l-emissjonijiet globali tas-CO 2 laħqu l-ogħla livell li qatt kien hemm.

Ir-rapport xjentifiku l-aktar reċenti dwar it-tibdil fil-klima, ippubblikat mill-IPCC tan-NU f’Novembru 2018 , juri li fadal inqas minn 20 sena biex tiġi evitata katastrofi klimatika li tagħmel it-tisħin globali fattur inkontrollabbli. Ix-xjentisti jwissu li, skont ix-xejriet attwali, it-temperaturi globali se jogħlew bi 3°C sal-2100, u b’mod irriversibbli jagħmlu ħsara lill-bijodiversità tagħna u jwasslu biex it-temp sever ma jkunx jista’ jiġi evitat.

B’referenza għal stqarrija reċenti mill-attivista Żvediża ta’ sittax-il sena favur il-klima Greta Thunberg fi Brussell, Karl-Heinz Lambertz , il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, iddikjara li: " Iż-żgħażagħ Ewropej qed jinżlu fit-toroq b’talba sempliċi: biex il-mexxejja dinjija jirrispettaw l-impenji klimatiċi tagħhom li ħadu f’Pariġi. Huwa fil-livell lokali fejn se tintrebaħ il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u l-bliet u r-reġjuni qed jiżbqu l-ambizzjoni nazzjonali. L-UE stabbiliet miri u qed iżżid l-investiment, iżda dan xorta mhux biżżejjed: jeħtieġ li nagħmlu aktar biex ir-reġjuni u l-bliet ikunu jistgħu jagħmlu t-tranżizzjoni, joħolqu impjiegi ekoloġiċi, isiru effiċjenti fl-enerġija u jnaqqsu l-emissjonijiet. Ix-xjenza hija ċara, iż-żgħażagħ għamlu xogħolhom, u issa huwa f’idejna biex nipproteġu l-pjaneta u l-ġejjieni tagħhom, u din hija r-raġuni għalfejn qed nitolbu Ewropa newtrali fil-karbonju sal-2050 ”.

Meta tkellem fis-Summit, li jinkludi 1 5 0 politikant żagħżugħ elett lokalment u jirrappreżenta lill-akbar raggruppament ta’ mexxejja lokali u reġjonali sa mill-COP21 f’Pariġi, l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni Markku Markkula , qal: " Ħadd ma jista’ jegħleb waħdu t-tibdil fil-klima: ilkoll kemm aħna rridu naġixxu u nikkontribwixxu. L-uniku mod biex wieħed jirnexxi huwa billi kull livell tal-gvern jaħdem flimkien mal-industrija u n-negozji, filwaqt li jisfrutta l-innovazzjoni ta’ kwalità għolja. Jeħtieġ li nintegraw l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli tan-NU fil-politiki, iżda ma neħtiġux biss il-kliem, neħtieġu investimenti. Il-fondi tal-UE u pubbliċi jistgħu jgħinu biex jikkofinanzjaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Madankollu, fuq kollox, jeħtieġ li noħolqu l-ambjent adatt lokalment biex nippermettu u ninkoraġġixxu lin-negozji sostenibbli jiffjorixxu .”

Fl-2018, l-emissjonijiet globali tas-CO 2 laħqu l-ogħla livell li qatt kien hemm. Dan wassal biex l-istudenta ta’ 16-il sena Greta Thunberg tniedi l-moviment globali “Żgħażagħ favur il-Klima” li qanqal lill-istudenti madwar id-dinja biex jipprotestaw kull ġimgħa filwaqt li jitolbu aktar azzjoni dwar it-tibdil fil-klima.

Meta pparteċipa fis-sessjoni dwar " Il-bliet u r-reġjuni tal-UE jibnu futur sostenibbli " fis-summit ta’ Bucharest, il-Membru tal-KtR Vasco Alves Cordeiro (PT/PSE) , President tal-Konferenza tar-Reġjuni Periferiċi Marittimi u tal-Gvern Reġjonali tal-Azores, il-Portugall, iddikjara li: "Hemm il-ħtieġa li kull wieħed u waħda minna, f’kull livell ta’ setgħa, jifhem li l-isfidi tal-klima li qed inħabbtu wiċċna magħhom mhumiex kwistjonijiet tal-futur. Dawn huma sfidi attwali u diġà fis-seħħ li l-effetti tagħhom huma diġà dejjiema u li se jingħelbu biss jekk naġixxu b’mod kollettiv u miftiehem. Dan huwa dak li ż-żgħażagħ qed jitolbuna nagħmlu: li naħdmu flimkien illum biex niggarantixxu l-futur li huma intitolati għalih il-ġenerazzjonijiet żgħażagħ. Ir-reġjuni Ewropej qed imexxu bl-eżempju, iżda hemm il-ħtieġa li l-UE u l-imsieħba internazzjonali tagħha ma jnaqqsux il-livell ta’ ambizzjoni klimatika tagħhom.”

Fl-intervent tiegħu f’Bucharest, Magnus Berntsson , il-President tal-Assemblea tar-Reġjuni Ewropej u ta’ R20 - Reġjuni għall-azzjoni klimatika u Ministru Reġjonali tal-Ambjent u Viċi President tal-Kunsill Reġjonali ta’ Västra Götaland, l-Iżvezja, qal: “ Il-gvernijiet reġjonali u lokali tal-Ewropa u madwar id-dinja japprovaw bis-sħiħ il-Ftehim ta’ Pariġi u jitolbu azzjonijiet klimatiċi ambizzjużi. Aħna nagħmlu parti minn din is-soluzzjoni. Fil-komunitajiet lokali tagħna, nifhmu l-ħtiġijiet taċ-ċittadini tagħna u naħdmu flimkien man-negozji u l-akkademiċi lokali biex noħolqu tkabbir u impjiegi ekoloġiċi biex jissostitwixxu dawk li ntilfu fit-tranżizzjoni. Billi naħdmu flimkien u naqsmu eżempji tajbin se noħorġu rebbieħa. Dan huwa wkoll dak li l-ġenerazzjoni żagħżugħa titlob minna. "

Nota lill-edituri:

Is-summit Re (New) Europe se jikkonkludi bl-adozzjoni ta’ Dikjarazzjoni minn mexxejja lokali u reġjonali dwar Nibnu l-UE mill-ġdid mar-reġjuni u l-bliet tagħna . Id-dikjarazzjoni se tingħadda formalment lill-President tar-Rumanija, Klaus Iohannis . L-appell se jservi bħala l-pożizzjoni tar-reġjuni u l-bliet lill-mexxejja tal-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern li se jiltaqgħu f’Sibiu, ir-Rumanija, fid-9 ta’ Mejju biex jiddiskutu l-futur tal-UE .

Flimkien mal-governanza u d-demokrazija, il-koeżjoni u l-impatt tal-Brexit fuq l-ekonomiji reġjonali, is-summit ta’ Bucharest ressaq l-iżvilupp sostenibbli fuq quddiem tal-aġenda f’sessjoni li għandha turi kif il-bliet u r-reġjuni qed iwettqu l-azzjoni klimatika fuq il-post. Ikklikkja hawn biex tiskopri xi wħud mill-inizjattivi ta’ sostenibbiltà li qed jimplimentaw bħalissa l-bliet u r-reġjuni tal-UE.

Ir-reġjuni u l-bliet jaġixxu dwar it-tibdil fil-klima

It-tranżizzjoni tal-enerġija tal-Ewropa u d-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija huma prijorità ewlenija għall-bliet u r-reġjuni tal-UE. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – l-Assemblea tal-UE ta’ 350 politiku elett lokali u reġjonali – bħalissa qed jaħdem fuq żewġ opinjonijiet formali tal-UE biex irawwem l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli fl-Ewropa. Fis-sessjoni plenarja li jmiss tas-26-27 ta’ Ġunju, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti lokali u reġjonali hija mistennija tadotta opinjoni dwar l-istrateġija tal-UE dwar il-klima newtrali , ippubblikata mill-Kummissjoni Ewropea f’Novembru 2018 .

Stqarrijiet għall-istampa tal-KtR dwar it-tibdil fil-klima:

18/12/2018 COP24: Il-bliet u r-reġjuni se jkomplu jinsistu fuq ambizzjoni akbar rigward il-klima

13/12/2018 COP24: il-bliet u r-reġjuni jappellaw għal rwol formali fil-Ftehim ta’ Pariġi

18/11/2018 It-tibdil fil-klima: “Tistgħu torbtu fuqna” - Kelmtejn ta’ qabel mill-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni Karl-Heinz Lambertz u l-ewwel Viċi President Markku Markkula

15/11/2018 COP24: Lesti?

19/09/2018 Local governments take climate ambition to the next level (Il-gvernijiet lokali jieħdu l-ambizzjoni klimatika fil-livell li jmiss) (Mhux disponibbli bil-Malti)

06/07/2018 Tibdil fil-klima: aktar ambizzjoni u governanza ġdida meħtieġa biex jitwettaq il-ftehim ta’ Pariġi

Photos of "(Re)New Europe - 8th European Summit of Regions and Cities" are available here .

Kuntatt:

David Crous | david.crous@cor.europa.eu | +32 (0) 470 88 10 37

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BETTER-PREPARE-FUTURE-CRISES-EXTREME-EVENTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CLIMATE-CHANGE-LOCAL-LEADERS-BACK-GLOBAL-STRIKE-FOR-FUTURE.ASPX

Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/155-PLENARY-ANNOUNCEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CLIMATE-CHANGE-LOCAL-LEADERS-BACK-GLOBAL-STRIKE-FOR-FUTURE.ASPX

On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
23.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-TARGETS-FOR-WASTEWATER-TREATMENT-AND-AIR-QUALITY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CLIMATE-CHANGE-LOCAL-LEADERS-BACK-GLOBAL-STRIKE-FOR-FUTURE.ASPX

Regions and cities need support to comply with ambitious EU targets for wastewater treatment and air quality
Regions and cities need support to comply with ambitious EU targets for wastewater treatment and air quality
11.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-FUNDING-ALERT-APRIL-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CLIMATE-CHANGE-LOCAL-LEADERS-BACK-GLOBAL-STRIKE-FOR-FUTURE.ASPX

Green Deal Funding Alert - April 2023
Green Deal Funding Alert - April 2023
28.04.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HAVE-YOUR-SAY-ROLE-LOCAL-REGIONAL-AUTHORITIES-NATIONAL-ENERGY-CLIMATE-PLANS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CLIMATE-CHANGE-LOCAL-LEADERS-BACK-GLOBAL-STRIKE-FOR-FUTURE.ASPX

Have your say: The role of local and regional authorities in defining and implementing National Energy and Climate Plans
Have your say: The role of local and regional authorities in defining and implementing National Energy and Climate Plans
27.04.2023