Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-bliet u r-reġjuni jeħtieġu finanzjament dirett mill-UE biex jitħaffef l-irkupru ekoloġiku mill-COVID-19  

F’din l-intervista, Rafał Trzaskowski, Sindku ta’ Varsavja u kandidat għall-President tal-Polonja, jaqsam il-fehmiet tiegħu bħala relatur dwar il- Patt Klimatiku Ewropew , l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tagħti bidu għal impenn pubbliku dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew u t-triq lejn in-newtralità klimatika. Bħalissa hemm kwestjonarju miftuħ b’rabta ma’ dan bħala parti mill-istudju tal-KtR “Nagħtu spinta lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jimplimentaw il-Patt Ekoloġiku: Sett ta’ għodod għall-Patt Klimatiku”.

Bħala r-Relatur tal-KtR dwar il-“Patt Klimatiku”, tista’ tgħidilna għaliex dan is-suġġett huwa importanti?

Għalija dan huwa ċar u sempliċi. Mingħajr komunitajiet lokali, l-għan ambizzjuż ta’ newtralità klimatika tal-Patt Ekoloġiku Ewropew sempliċement ma jseħħx. Aħna nimplimentaw 70 % tal-leġislazzjoni kollha tal-UE. Nirrappreżentaw terz tal-infiq pubbliku u żewġ terzi tal-investiment pubbliku fl-UE. Nimplimentaw 90 % tal-miżuri ta’ adattament għall-klima u aħna responsabbli għal 70 % tal-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni tal-klima. Għalhekk huwa ċar li r-rwol u l-impenn tagħna huma kruċjali. Biex tintlaħaq in-newtralità klimatika, neħtieġu li kulħadd ikun inkluż: il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-aktar importanti, iċ-ċittadini. Dawn jeħtieġ li jifhmu għaliex dan huwa vallapena, jifhmu b’mod ċar x’inhuma l-benefiċċji li t-tranżizzjoni klimatika tista’ ġġib għal-saħħithom, il-benessri tagħhom u għal buthom. F’dan nara rwol speċjali għall-awtoritajiet lokali, peress li aħna ninsabu l-eqreb tal-poplu u aħna l-livell ta’ amministrazzjoni li jgawdi l-ogħla fiduċja min-nies. Din hija r-raġuni għaliex qed niddefendi u ninkoraġġixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni sabiex niksbu l-għan komuni tagħna li nagħmlu lill-UE newtrali għall-klima.  

Taħseb li l-Patt Klimatiku xorta jista’ jkun utli fil-kuntest attwali ta’ kriżi tas-saħħa u ekonomika?

Naħseb li llum dan huwa saħansitra aktar rilevanti milli kien qabel it-tifqigħa tal-COVID-19. Għal darb’ oħra, il-pandemija wriet kemm huma vitali l-gvernijiet lokali, li jinsabu fuq quddiem nett u qed jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-biżgħat taċ-ċittadini b’mod ditrett. Fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jeħtieġ li jkunu mgħammra b’sett konkret ta’ strumenti li jippermettulna nwettqu bidla reali fuq il-post, li n-nies jistgħu effettivament jarawha. Inkella, l-idea ta’ newtralità klimatika se tibqa’ biss wegħda, u mhux waħda popolari ħafna, aktar u aktar bi kriżi ekonomika quddiemna. Hekk kif ninsabu f’salib it-toroq, huwa importanti li nieħdu d-deċiżjonijiet it-tajbin, nimxu lejn ekonomija aktar sostenibbli għan-nies u bin-nies fil-qalba tagħha.   

Dan l-aħħar inti nedejt konsultazzjoni wiesgħa dwar il-Patt Klimatiku Ewropew biex tikkomplementa dik imnedija mill-Kummissjoni Ewropea. X’informazzjoni qed tistenna?

L-ewwel u qabel kollox, nixtieq insir naf kif il-pandemija biddlet il-perċezzjoni tal-komunitajiet lokali fir-rigward tal-politika dwar il-klima.  Għal dawk li qisuh bħala prijorità, dan se jibqa’ hekk? Jeħtieġ li nkunu konxji li l-pandemija u t-tfixkil ekonomiku li qed tikkawża qed jaffettwaw serjament lill-komunitajiet lokali. L-awtoritajiet lokali u reġjonali diġà qed ibatu, kif qed tagħmel Varsavja, minn differenza enormi fid-dħul tal-baġits rispettivi tagħhom. Dawn se jkunu għadhom lesti li jinvestu fit-tranżizzjoni ekoloġika, jew kif qed tissejjaħ issa, l-irkupru ekoloġiku? Irrid inkun naf x’inhuma l-ħtiġijiet eżatti tagħhom biex nibda nimxi din it-triq.  

Bħalissa l-Kummissjoni Ewropea qed tistabbilixxi l-bażi ta’ dan il-Patt Klimatiku. Kieku kellek tagħti parir wieħed lill-Kummissjoni, xi jkun?

 

Il-pandemija tefgħet lis-soċjetajiet u l-ekonomija tagħna f’sitwazzjoni li mhix familjari għalihom. Personalment nemmen li l-unika triq ’il quddiem hija dik li nirkupraw billi nagħmlu użu mis-saħħa u l-opportunitajiet li ttina l-Unjoni Ewropea. Madankollu, nibża’ li hemm oħrajn li qed jargumentaw l-oppost. Għalhekk, nagħti parir lill-Kummissjoni Ewropea biex tieħu l-lezzjoni u tibqa’ qrib kemm jista’ jkun taċ-ċittadini. Il-Kummissjoni Ewropea għandha alleati b’saħħithom fostna, il-gvernijiet lokali u reġjonali. Aħna lesti biex ngħinu ħalli niksbu l-għanijiet li nikkondividu, inkluż dak dwar in-newtralità klimatika. Nerġa’ ngħid: aħna impenjati li nappoġġjaw l-irkupru ekoloġiku, iżda biex dan iseħħ, neħtieġu riżorsi finanzjarji xierqa biex inħaffu l-proċess. Il-bliet fl-UE kollha, bħal Varsavja, għandhom jingħataw finanzjament dirett mill-UE, għax aħna nafu fejn u kif ininvestu b’mod effiċjenti sabiex iċ-ċittadini jaraw riżultati ċari fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. 

Noti:

L-abbozz ta’ Opinjoni dwar il-Patt Klimatiku Ewropew tar-relatur Rafał Trzaskowski, Sindku ta’ Varsavja, huwa disponibbli hawnhekk fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. It-test għandu jiġi diskuss u vvotat matul il-laqgħa li jmiss tal-Kummissjoni ENVE fit-8 ta’ Ġunju . Il-votazzjoni finali u l-adozzjoni huma skedati għas-sessjoni plenarja ta’ Ottubru 2020.

Il-kwestjonarju huwa attwalment miftuħ . Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) iqis il-Patt Klimatiku bħala opportunità eċċellenti biex jiġi żgurat approċċ aktar inklużiv u effettiv għall-implimentazzjoni tal-Ftehim Ekoloġiku Ewropew. Il-KtR nieda studju biex jinvestiga l-perspettiva speċifika tal-bliet u r-reġjuni fit-triq lejn in-newtralità klimatika. Ir-riżultati tal-kwestjonarju se jikkontribwixxu għall-Opinjoni ta’ Rafał Trzaskowski. Il-kwestjonarju huwa parti mill-istudju tal-KtR “Nagħtu spinta lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jimplimentaw il-Patt Ekoloġiku: Sett ta’ għodod għall-Patt Klimatiku”:

L-1 Parti: diskussjoni dwar l-impatti tal-pandemija attwali u l-effetti ekonomiċi sussegwenti fuq il-politiki tal-Patt Ekoloġiku fil-livell lokali u reġjonali

It-2 Parti: l-identifikazzjoni ta’ għodod u strumenti biex jiġu appoġġjati aħjar l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-Ftehim Ekoloġiku.

It-3 Parti: awtovalutazzjoni tal-progress li kisbet l-awtorità tiegħek fit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika.

L-aġenda u d-dokumenti l-oħrajn tal-laqgħa tal-Kummissjoni ENVE tat-8 ta’ Ġunju jistgħu jitniżżlu minn hawn .

Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni dwar il-Patt Klimatiku Ewropew.

Kuntatt għall-Istampa:

David Crous

Tel.: +32 (0) 470 88 10 37

david.crous@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-GOING-LOCAL-WORKING-GROUP-ON-MULTIGOVERNANCE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CITIES-AND-REGIONS-NEED-DIRECT-EU-FUNDING-TO-ACCELERATE-A-COVID-19-GREEN-RECOVERY.ASPX

Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
31.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-LONG-TERM-BUDGET-MUST-BE-IMPROVED-TO-TACKLE-CURRENT-AND-FUTURE-CHALLENGES-AND-PROMOTE-COHESION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CITIES-AND-REGIONS-NEED-DIRECT-EU-FUNDING-TO-ACCELERATE-A-COVID-19-GREEN-RECOVERY.ASPX

EU long-term budget must be improved to tackle current and future challenges and promote cohesion
EU long-term budget must be improved to tackle current and future challenges and promote cohesion
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BETTER-PREPARE-FUTURE-CRISES-EXTREME-EVENTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CITIES-AND-REGIONS-NEED-DIRECT-EU-FUNDING-TO-ACCELERATE-A-COVID-19-GREEN-RECOVERY.ASPX

Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/155-PLENARY-ANNOUNCEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CITIES-AND-REGIONS-NEED-DIRECT-EU-FUNDING-TO-ACCELERATE-A-COVID-19-GREEN-RECOVERY.ASPX

On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
23.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-TARGETS-FOR-WASTEWATER-TREATMENT-AND-AIR-QUALITY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CITIES-AND-REGIONS-NEED-DIRECT-EU-FUNDING-TO-ACCELERATE-A-COVID-19-GREEN-RECOVERY.ASPX

Regions and cities need support to comply with ambitious EU targets for wastewater treatment and air quality
Regions and cities need support to comply with ambitious EU targets for wastewater treatment and air quality
11.05.2023