Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-bliet u r-reġjuni jinsabu fil-qalba tat-trasformazzjoni Ewropea lejn in-newtralità f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju u tat-trasformazzjoni diġitali  
L-assemblea tal-UE tal-bliet u r-reġjuni tpoġġi l-inklużività fl-Aġenda Diġitali tal-Ewropa u d-djalogu f’diversi livelli bħala l-uniku mod biex jintlaħqu l-miri Ewropej dwar l-enerġija u l-klima.

Din il-ġimgħa, f’Bucharest, ġew ospitati żewġ avvenimenti ta’ livell għoli taħt il-Presidenza Rumena tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bil-preżenza qawwija tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR): l-Assemblea Diġitali 2019 u t-12-il Konferenza dwar il-Pjan SET. Il-bliet u r-reġjuni tal-UE poġġew l-inklużività fiċ-ċentru tal-istrateġija Ewropea tad-diġitalizzazzjoni, filwaqt li wissew li d-djalogi effettivi f’diversi livelli huma l-uniku mod kif jintlaħqu l-miri tal-UE dwar l-enerġija u l-klima, kif ukoll l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU.

L- Assemblea Diġitali 2019 – il-forum ewlieni tal-UE li jqis il-kisbiet tal-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali – tat appoġġ lill-appell tal-KtR li s-Suq Uniku Diġitali għandu jkollu l-inklużività fiċ-ċentru tiegħu. F’Bucharest, il-KtR ippreżenta d-dokument “Ewropa Diġitali għal kulħadd” – sensiela ta’ proposti mill-President tal-KtR, Karl-Heinz Lambertz u l-Ewwel Viċi President, Markku Markkula – li jikkontribwixxi għat-tiġdid tal-mandat tal-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tas-Suq Uniku Diġitali għall-ħames snin li ġejjin.

Bħala kelliem ewlieni tas-sessjoni tal-għeluq tal-Assemblea Diġitali, l-Ewwel Viċi President, Markku Markkula (FI/PPE) , qal: “Ir-revoluzzjoni diġitali tibda fil-livell lokali. Jeħtieġ li niżguraw li d-diġitalizzazzjoni tal-Ewropa tkun kompletament inklużiva u ma tħalli l-ebda komunità taqa’ lura. Huwa fundamentali li s-soluzzjonijiet diġitali u sostenibbli jkunu affordabbli u disponibbli għal kulħadd. Għandna nikkollegaw ukoll l-internet tal-oġġetti mal-oqsma tat-trasport, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-ekonomija ċirkolari sabiex nagħmlu interkonnessjoni tad-diġitalizzazzjoni tal-Ewropa mat-tlestija tal-miri tal-UE dwar l-enerġija u l-klima u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli.”

Il-proposti mressqa mill-KtR fid-dokument “L-Ewropa Diġitali għal kulħadd” , jinkludu l-iżvilupp ta’ Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali lokali biex jintegra aħjar il-varjetà ta’ “sitwazzjonijiet diġitali” tal-bliet u r-reġjuni tal-Ewropa. Il-proposti tal-KtR għad-diġitalizzazzjoni tas-suq uniku issa se jitressqu quddiem il-Presidenza Finlandiża tal-Kunsill tal-UE li jmiss u jkunu parti mid-diskussjonijiet dwar il- Programm Ewropa Diġitali , oriġinarjament proposti f’Ġunju 2018.

F’Bucharest, il-President tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Tipperary u membru tal-KtR Michel Murphy (IE/PPE) irċieva wieħed mill-ewwel vawċers Wifi4EU ta’ EUR 15,000 għall-installazzjoni ta’ Wi-Fi mingħajr ħlas fil-komunità tiegħu. WiFi4EU hija skema ġdida tal-UE biex tipprovdi aċċess għall-Wi-Fi mingħajr ħlas lill-komunitajiet lokali.

L-24 laqgħa tal-Kummissjoni għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Enerġija (ENVE) tal-KtR kienet ukoll ospitata f’Bucharest bejn it-12 u l-14 ta’ Ġunju. Il-KtR ikkontribwixxa għall-organizzazzjoni tal- Konferenza dwar il-Pjan SET f’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, l-Assoċjazzjoni tal-Muniċipalitajiet Rumeni u l-Presidenza Rumena tal-Kunsill tal-UE. Il-Viċi President Markkula enfasizza li l-Ewropa mhux se tkun tista’ tilħaq in-newtralità f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2050, u lanqas ma tista’ twettaq l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU, mingħajr sħubija strutturata u mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea, l-akkademja, in-negozji u l-livelli governattivi nazzjonali, reġjonali u lokali.

“L-involviment aħjar tal-livelli sottonazzjonali fl-iżvilupp tal-Pjani Nazzjonali tal-Enerġija u l-Klima huwa kruċjali, u l-għażla taż-żmien tal-Presidenza Finlandiża tal-UE li jmiss hija kritika f’dan ir-rigward. Jeħtieġ li titkompla l-ħidma tal-kollegi Rumeni tagħna dwar l-implimentazzjoni tal-Pakkett tal-Enerġija Nadifa, b’mod partikolari fir-rigward tal-integrazzjoni tal-Unjoni tal-Enerġija fil-politiki nazzjonali tal-Istati Membri u b’mod aktar speċifiku fil-Pjani Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima. Jeħtieġ li niżguraw li f’kull wieħed minn dawn il-pjani jkun hemm livell suffiċjenti ta’ ambizzjoni dwar l-enerġija u l-klima. Huwa biss permezz ta’ djalogi strutturati f’diversi livelli, li jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali iżda wkoll in-negozji u s-soċjetà ċivili, li l-Istati Membri jistgħu jilħqu tranżizzjoni lejn enerġija nadifa b’mod effettiv ", iddikjara l-Ewwel Viċi President Markku Markkula fis-sessjoni tal-għeluq tal-konferenza dwar il-Pjan SET.

“Matul il-Presidenza Finlandiża tal-UE, il-bliet u r-reġjuni tagħna jixtiequ juru kif qed jitfasslu u jiġu implimentati l-pjani lokali dwar l-enerġija u l-klima. Il-KtR jista’ u se juża għodod differenti biex iħeġġeġ il-pijunieri minn kull parti tal-UE ħalli jieħdu rwol ta’ tmexxija għall-implimentazzjoni tal-SDGs tan-NU”, temm jgħid.

Aktar informazzjoni:

Taħt it-titolu "Making the energy transition happen locally” (“Inwettqu t-tranżizzjoni tal-enerġija lokalment”), il-konferenza dwar il-Pjan SET tat ħarsa lejn l-istrateġiji meħtieġa fil-livell lokali u reġjonali biex tiġi aċċelerata t-tranżizzjoni tal-enerġija sostenibbli u analizzat l-għażliet ta’ investiment disponibbli attwalment biex ikun sfruttat il-potenzjal tan-negozji għall-ħolqien ta’ ekonomiji innovattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fil-livell lokali u reġjonali. Id-delegati vvalutaw l-isfidi u s-soluzzjonijiet lokali lejn l-integrazzjoni ta’ sistemi differenti tal-enerġija u l-modi konkreti li permezz tagħhom il-Pjan SET jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomiji lokali.

Il- Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija (Pjan SET)  għandu l-għan li jaċċelera l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tat-teknoloġiji b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju. L-għan tiegħu huwa li jtejjeb it-teknoloġiji l-ġodda u jnaqqas l-ispejjeż billi jikkoordina l-isforzi fir-riċerka u jgħin fil-finanzjament tal-proġetti.

Fil- pjan direzzjonali Ewropa Diġitali għal kulħadd , li ġie ffirmat mill-President tal-KtR Karl-Heinz Lambertz u mill-Ewwel Viċi President Markku Markkula, il-KtR jippreżenta s-suġġerimenti tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea li jmiss, fost l-oħrajn:

L-iżvilupp ta’ netwerk Ewropew ta’ Ċentri tal-Innovazzjoni Diġitali b’rabta ma’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti reġjonali.

L-użu ta’ strumenti ta’ finanzjament differenti tal-UE, inklużi l-fondi strutturali, biex tissaħħaħ l-introduzzjoni taċ-Ċentri tal-Innovazzjoni Diġitali u l-konnettività tal-broadband b’veloċità għolja fir-reġjuni kollha tal-UE.

L-iżvilupp ta’ alleanzi tal-ħiliet diġitali reġjonali mas-settur tal-edukazzjoni u t-taħriġ sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet diġitali tan-negozji lokali.

L-użu tar-reviżjoni tad-direttiva dwar l-akkwist pubbliku sabiex tkun promossa l-introduzzjoni faċli ta’ servizzi intelliġenti f’assoċjazzjoni mill-qrib maċ-Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali; l-użu ottimali ta’ arranġamenti ta’ xiri kollettiv u l-ħidma mal-Bank Ewropew tal-Investiment sabiex ix-xiri kollettiv isir aktar faċli.

It-tnedija ta’ sejħa sabiex jintgħażlu mudelli intelliġenti ta’ rħula u reġjuni f’kull Stat Membru flimkien ma’ taħriġ iddedikat u l-integrazzjoni ta’ azzjonijiet.

L-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali ġodda fil-livell lokali għal djalogu permanenti maċ-ċittadini dwar kwistjonijiet li jvarjaw miċ-ċibersigurtà għas-servizzi pubbliċi diġitali.

Il-forniment ta’ skema Ewropea ta’ vawċers għal awditjar tal-governanza elettronika għal 700 belt ta’ daqs żgħir u medju fejn esperti fil-gvern lokali jipprovdu servizz ta’ konsulenza ta’ 15-il jum lill-kunsill tal-belt;

L-introduzzjoni ta’ sett ta’ indikaturi sinifikanti li jistgħu jkejlu l-progress li jkun sar fil-livelli lokali u reġjonali u jippubblikaw rapport regolari dwar is-sitwazzjoni attwali tad-dimensjoni lokali/reġjonali tas-Suq Uniku Diġitali.

L- Assemblea Diġitali 2019 hija forum għall-partijiet interessati biex jevalwaw il-kisbiet tal-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali, jisiltu tagħlimiet u jaqsmu bejniethom fehmiet dwar il-profili ta’ politika diġitali futura. L-avveniment huwa wkoll opportunità tajba ħafna biex jintwera kif id-diġitali qed jittrasforma s-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna, u kif jista’ jġib bidla pożittiva f’ħajjitna. Dan huwa koorganizzat mill-Kummissjoni Ewropea u l-Presidenza Rumena tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Kuntatti:

Lauri Ouvinen lauri.ouvinen@cor.europa.eu

David Crous david.crous@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/WE-NEED-TO-BUILD-A-RESILIENT-AGRICULTURAL-SYSTEM-EU-REGIONAL-AND-LOCAL-LEADERS-URGE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CITIES-AND-REGIONS-ARE-AT-THE-HEART-OF-EUROPES-CARBON-NEUTRAL-AND-DIGITAL-TRANSFORMATION.ASPX

We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
02.06.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PARTNERSHIPS-FOR-REGIONAL-INNOVATION-IN-DALARNA.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CITIES-AND-REGIONS-ARE-AT-THE-HEART-OF-EUROPES-CARBON-NEUTRAL-AND-DIGITAL-TRANSFORMATION.ASPX

Local and regional leaders gathered in Dalarna to share and discuss the achieved results of the Partnerships for Regional Innovation (PRI)
Local and regional leaders gathered in Dalarna to share and discuss the achieved results of the Partnerships for Regional Innovation (PRI)
01.06.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-GOING-LOCAL-WORKING-GROUP-ON-MULTIGOVERNANCE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CITIES-AND-REGIONS-ARE-AT-THE-HEART-OF-EUROPES-CARBON-NEUTRAL-AND-DIGITAL-TRANSFORMATION.ASPX

Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
31.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BROADBAND-PLATFORM-FOCUS-ON-INCREASING-CONNECTIVITY-DIGITAL-RESILIENCE-AND-DIGITAL-MATURITY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CITIES-AND-REGIONS-ARE-AT-THE-HEART-OF-EUROPES-CARBON-NEUTRAL-AND-DIGITAL-TRANSFORMATION.ASPX

Broadband Platform: focus on increasing connectivity, digital resilience and digital maturity
Broadband Platform: focus on increasing connectivity, digital resilience and digital maturity
30.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CLEARER-RULES-ADEQUATE-FUNDING-NEEDED.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CITIES-AND-REGIONS-ARE-AT-THE-HEART-OF-EUROPES-CARBON-NEUTRAL-AND-DIGITAL-TRANSFORMATION.ASPX

Clearer rules and adequate funding are needed to ensure interoperability and digitalise public services
Clearer rules and adequate funding are needed to ensure interoperability and digitalise public services
24.05.2023