Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Nibdlu l-mod kif taħdem l-UE: il-parlamenti reġjonali jniedu inizjattiva biex isaħħu r-rwol tagħhom fit-tfassil tal-liġijiet tal-UE  
Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni se jikkoordina dibattiti madwar ir-reġjuni lejn il-proċess leġislattiv tal-UE

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ( KtR ) u l-Konferenza tal-Assemblej Reġjonali Leġislattivi Ewropej ( CALRE ) illum taw bidu għal proġett pilota biex jissaħħaħ l-involviment tal-parlamenti reġjonali b’kompetenzi leġislattivi fil-proċess leġislattiv tal-UE.

L-inizjattiva “Input minn dibattiti politiċi fil-parlamenti reġjonali” tnediet illum matul id- 9 Konferenza dwar is-Sussidjarjetà li saret fis-Senat Taljan f’Ruma. Is-suġġetti tad-dibattiti reġjonali li jsiru madwar l-Ewropa se jintużaw biex jiġi alimentat il-proċess leġislattiv tal-UE minn kmieni matul l-abbozzar tal- programm ta’ ħidma annwali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kumitat - l-assemblea tal-UE tal-gvernijiet lokali u reġjonali - ser jissorvelja l-proġett, jiġbor il-kontribut, u b’hekk jiżgura l-implimentazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u li d-deċiżjonijiet jittieħdu qrib iċ-ċittadini, fejn l-UE taġixxi biss meta titqies li hija aktar effettiva mil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Il-President tal-Kumitat Karl-Heinz Lambertz , li huwa wkoll il-President tal-Parlament tal-Komunità li titkellem bil-Ġermaniż fil-Belġju, qal: “Din l-inizjattiva tagħti bidu għall-involviment tal-parlamenti tar-reġjuni fit-tfassil tal-politika tal-UE fi stadju bikri. Dan il-proġett jasal f’mument perfett eżatt qabel ma l-UE tniedi l-Konferenza tagħha dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa biex terġa’ tingħaqad maċ-ċittadini tagħha. Jeħtieġ li nimmassimizzaw l-impatt ta’ kull liġi tal-UE billi ninvolvu l-livell it-tajjeb tal-gvern – inklużi dawk li huma l-eqreb taċ-ċittadini – ir-reġjuni u l-bliet – matul it-tfassil tal-politika sabiex jiġi żgurat li jħallu impatt fuq il-ħajja ta’ kuljum. Ir-riżultati ta’ dawn id-dibattiti tal-parlamenti reġjonali ser jiġu kondiviżi mal-Kummissjoni Ewropea u ser jikkontribwixxu għat-tfassil tal-politika futura. Dan mhuwiex dwar anqas Ewropa, iżda dwar Ewropa effettiva li tagħti riżultati filwaqt li tqiegħed liċ-ċittadini fl-ewwel post”.

Il-President tas-Senat Taljan Maria Elisabetta Alberti Casellati , tat bidu għall-konferenza u saħqet dwar kemm huwa urġenti li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jipprovdu tweġibiet adegwati għaċ-ċittadini li jitolbu li jingħaddu aktar fid-deċiżjonijiet tal-UE:

L-inizjattiva ġiet approvata minn Antonio Tajani , President tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament Ewropew: “Il-proġett pilota jmur fid-direzzjoni t-tajba u jimmira għal involviment aktar b’saħħtu tal-parlamenti reġjonali fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE. Ir-rwol tar-reġjuni huwa essenzjali fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE li jvarjaw mill-agrikoltura sat-turiżmu, mit-trasport sas-saħħa. Il-Kunsilliera reġjonali għandhom ikunu parti mill-Konferenza li jmiss dwar il-ġejjieni tal-Ewropa, li se tissejjaħ mill-President von der Leyen is-sena d-dieħla. Huwa biss bl-involviment ta’ rappreżentanti eletti demokratikament li nistgħu inġibu lill-istituzzjonijiet tal-UE eqreb taċ-ċittadini” huwa qal.

Prijorità li hija kondiviża bis-sħiħ mill-koordinatur tal-assoċjazzjoni Taljana tal-Presidenti tal-Kunsilli Reġjonali Rosa D’Amelio :D’Amelio qalet li “l-Assembleji leġislattivi reġjonali Taljani u Ewropej jinsabu lesti li jikkontribwixxu l-esperjenza tagħhom f’konferenza dwar il-ġejjieni tal-Ewropa, li, jekk tkun imfassla tajjeb, se tkun tista’ tirrappreżenta spazju pubbliku Ewropew, agora minn fejn nistgħu nerġgħu nibdew”.

Barbara Duden, il-President tal-Kummissjoni CIVEX tal-KtR fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u Membru tal-Parlament tal-Belt ta’ Hambourg, qalet: “Ir-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tiswir tas-sussidjarjetà attiv, li jenfasizza l-valur miżjud tal-azzjoni komuni fil-livell tal-UE, qed isir dejjem aktar ċar, u dan huwa rikonoxxut ukoll mill-imsieħba istituzzjonali tagħna. Għalhekk irridu niżguraw li d-dibattitu politiku kostruttiv dwar f’liema livell l-aħjar jiġu regolati liema kwistjonijiet, ma jiġix sostitwit minn regoli riġidi (bħall-prinċipju ta’ “one-in-one-out”), li ma jirriflettux il-kumplessità tal-kwistjoni.”

Roberto Ciambetti, President tal-Assemblea Reġjonali tal-Veneto, Viċi Koordinatur tal-Konferenza Taljana tal-Presidenti tal-Parlamenti Reġjonali, qal: “Il-messaġġ tagħna,” kompla Ciambetti “hu li ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni mingħajr ma jiġu involuti r-reġjuni Ewropej u l-parlamenti reġjonali. Aħna mistennija li napplikaw 70 % tal-leġislazzjoni Ewropea, iżda mhux li niddefinixxuha: jekk dan huwa l-mod kif l-Unjoni trid li ssolvi d-defiċit demokratiku, reġgħet sabet ruħha fit-triq il-ħażina. Il-Kumitat tar-Reġjuni,” enfasizza, “huwa konnessjoni essenzjali bejn it-territorji u l-istituzzjonijiet tal-UE, iżda l-parteċipazzjoni effettiva tiegħu fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE trid tiġi żgurata b’modijiet xierqa.”

Il-kontribut tal-parlamenti reġjonali matul dan il-proġett se jintuża biex jikkontribwixxi għall-istadju bikri tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE. Il-parlamenti reġjonali kollha tal-UE b’setgħa leġislattiva huma mistiedna jipparteċipaw fil-proġett "billi jikkuntattjaw lis-segretarjat tal-CALRE ( calre2020@parcan.es ) sal- 24 ta’ Jannar 2020 . Il-parlamenti li qed jipparteċipaw se jintgħażlu ftit wara d-data tal-għeluq b’dibattiti mistennija li jseħħu bejn l-1 ta’ Marzu u l-15 ta’ Mejju 2020.

Dan jikkumplimenta proġett ieħor li qed jiġi organizzat mill-Kumitat – il-proġett taċ- Ċentri Reġjonali (Reghubs) imniedi fl-2019 – fejn 36 reġjun qed jivvalutaw l-effikaċja ta’ numru magħżul ta’ politiki tal-UE li attwalment qed jiġu implimentati, bħall-akkwist pubbliku u l-kwalità tal-arja.

Nota lill-Edituri:

Il- Konferenza dwar is-Sussidjarjetà hija mmexxija mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni kull sentejn bil-għan li jissaħħaħ il-momentum tal-ħidma interistituzzjonali ta’ monitoraġġ tas-sussidjarjetà u jiġi permess djalogu reali bejn l-imsieħba kollha involuti fil-proċess ta’ monitoraġġ tas-sussidjarjetà. L-avveniment ta’ Ruma huwa d-disa’ wieħed minn dawn il-konferenzi, li kull waħda minnhom saret fi Stat Membru differenti tal-UE.

Is-sussidjarjetà tiżgura li l-UE tista’ taġixxi biss meta tkun aktar effettiva mil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali fl-indirizzar ta’ ċerti kwistjonijiet. Huwa dwar l-iżgurar li jkun hemm biżżejjed valur miżjud fl-azzjonijiet kollha tal-UE.

Il-kunċett ta’ Sussidjarjetà Attiva huwa mod ġdid ta’ ħidma li jieħu approċċ tradizzjonali lejn is-sussidjarjetà pass ’il quddiem. Hija tħeġġeġ lill-atturi istituzzjonali, nazzjonali u sottonazzjonali kollha biex jikkontribwixxu b’mod kostruttiv għat-titjib tal-valur miżjud tal-leġislazzjoni tal-UE matul iċ-ċiklu ta’ tfassil ta’ politika. L-approċċ ta’ Sussidjarjetà Attiva ġie propost mill-KtR matul it- Task Force dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u Isir Anqas b’Aktar Effiċjenza stabbilit mill-President attwali tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, f’Novembru 2017 u ppresedut mill-Viċi President Frans Timmermans. Il-kunċett ta’ Sussidjarjetà Attiva ġie inkluż fil- Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità f’Ottubru 2018. .

Kuntatt:

Pierluigi Boda

Tel. +32 473 851 743

pierluigi.boda@cor.europa.eu

Marie-Pierre Jouglain

Tel. +32 2 282 2566

mariepierre.jouglain@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HL42---TIMISOARA-CONFERENCE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CHANGING-THE-WAY-THE-EU-WORKS.ASPX

Legacy of the Conference of the Future of Europe rests on 'implementation'
Legacy of the Conference of the Future of Europe rests on 'implementation'
22.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CIVEX-TIMISOARA.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CHANGING-THE-WAY-THE-EU-WORKS.ASPX

Ukraine and local democracy: a call for EU support and resilience
Ukraine and local democracy: a call for EU support and resilience
19.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PRESIDENT-CORDEIRO-PRESIDENT-VON-DER-LEYEN.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CHANGING-THE-WAY-THE-EU-WORKS.ASPX

President Cordeiro discusses with President von der Leyen EU's top priorities to strengthen cooperation and voice the needs of regions and cities
President Cordeiro discusses with President von der Leyen EU's top priorities to strengthen cooperation and voice the needs of regions and cities
05.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-REGIONAL-AND-EUROPEAN-LAWMAKERS-FORM-A-UNITED-FRONT-IN-COMBATING-DISINFORMATION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CHANGING-THE-WAY-THE-EU-WORKS.ASPX

Local, regional and European lawmakers form a united front in combating disinformation on the ground and call for increased funding to defend democracy
Local, regional and European lawmakers form a united front in combating disinformation on the ground and call for increased funding to defend democracy
05.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PATRICK-MOLINOZ-ELECTED-CHAIR-OF-CIVEX.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CHANGING-THE-WAY-THE-EU-WORKS.ASPX

Patrick Molinoz, vice-president of Bourgogne-Franche-Comté, elected to chair of CIVEX
Patrick Molinoz, vice-president of Bourgogne-Franche-Comté, elected to chair of CIVEX
21.06.2023